EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1883

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1883 tat-18 ta' Ottubru 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar it-talba tal-Istati Uniti għal eżenzjoni tad-WTO biex tippermetti lill-Istati Uniti jipprovdu trattament preferenzjali lil prodotti eliġibbli li joriġinaw min-Nepal

ĠU L 289, 25.10.2016, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1883/oj

25.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1883

tat-18 ta' Ottubru 2016

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar it-talba tal-Istati Uniti għal eżenzjoni tad-WTO biex tippermetti lill-Istati Uniti jipprovdu trattament preferenzjali lil prodotti eliġibbli li joriġinaw min-Nepal

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu IX tal-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“il-Ftehim tad-WTO”) jistipulaw il-proċeduri għall-eżenzjoni minn obbligu impost fuq Membru permezz tal-Ftehim tad-WTO jew ta' kwalunkwe Ftehim Multilaterali dwar il-Kummerċ.

(2)

Bis-saħħa tal-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Ftehim tad-WTO, l-Istati Uniti ppreżentaw talba għall-eżenzjoni sal-31 ta' Diċembru 2025 mill-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu I u l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu XIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 sa fejn ikun neċessarju biex l-Istati Uniti jkunu jistgħu jipprovdu trattament preferenzjali lill-prodotti eliġibbli li joriġinaw min-Nepal importati fit-territorju doganali tal-Istati Uniti.

(3)

L-aċċettazzjoni tat-talba tal-Istati Uniti għal eżenzjoni tad-WTO ma jaffettwax negattivament l-ekonomija tal-Unjoni jew ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-benefiċjarju tad-eżenzjoni.

(4)

Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO biex tkun appoġġjata t-talba għal eżenzjoni tal-Istati Uniti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għandha tkun li tappoġġa t-talba tal-Istati Uniti għależenzjonii mill-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu I u l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu XIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 sal-31 ta' Diċembru 2025 f'konformità mat-termini tat-talba għal eżenzjoni tal-Istati Uniti.

Din il-pożizzjoni għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


Top