Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1860

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1860 tas-17 ta' Ottubru 2016 li taħtar żewġ membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 284, 20.10.2016, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1860/oj

    20.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 284/31


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1860

    tas-17 ta' Ottubru 2016

    li taħtar żewġ membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fis-16 ta' Diċembru 2015, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2361 (4), is-Sur Ignazio MARINO ġie sostitwit mis-Sur Antonio DECARO bħala membru u s-Sur Antonio DECARO ġie sostitwit mis-Sur Andrea BALLARÈ bħala membru supplenti. Fil-21 ta' April 2016, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/643 (5), is-Sur Mauro D'ATTIS ġie maħtur mill-ġdid fil-Kumitat tar-Reġjuni biex jittieħed kont tal-mandat il-ġdid tiegħu. Fit-12 ta' Settembru 2016, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1670 (6), is-Sur Andrea BALLARÈ ġie maħtur mill-ġdid fil-Kumitat tar-Reġjuni biex jittieħed kont tal-mandat il-ġdid tiegħu.

    (2)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Mauro D'ATTIS u tas-Sur Antonio DECARO saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (3)

    Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Andrea BALLARÈ bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

    (a)

    bħala membri:

    Is-Sur Mauro D'ATTIS, Consigliere del Comune di Brindisi (BR) (bidla fil-mandat),

    Is-Sur Andrea BALLARÈ, Consigliere del Comune di Novara (NO),

    u

    (b)

    bħala membru supplenti:

    Is-Sur Antonio DECARO, Sindaco del Comune di Bari (BA).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ottubru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. SÓLYMOS


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

    (4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2361 tas-16 ta' Diċembru 2015 li taħtar membru Taljan u membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 331, 17.12.2015, p. 29).

    (5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/643 tal-21 ta' April 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 108, 23.4.2016, p. 35).

    (6)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1670 tat-12 ta' Settembru 2016 li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 249, 16.9.2016, p. 37).


    Top