Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1850

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1850 tal-21 ta' Novembru 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Gana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

    ĠU L 287, 21.10.2016, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1850/oj

    Related international agreement

    21.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 287/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1850

    tal-21 ta' Novembru 2008

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Gana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 133 u 181, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta' Ġunju 2002 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika mal-pajjiżi tal-AKP.

    (2)

    In-negozjati ta' Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim (minn hawn 'il quddiem “EPA interim”) ġew konklużi mal-Gana u kien hemm qbil dwar l-EPA interim fit-13 ta' Diċembru 2007.

    (3)

    L-Artikolu 75 tal-EPA interim jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tiegħu sakemm dan jidħol fis-seħħ.

    (4)

    L-EPA interim għandu jkun iffirmat f'isem il-Komunità u applikat, għal dak li jirrigwarda elementi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità, fuq bażi provviżorja suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Gana, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

    It-test tal-EPA interim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Għall-finijiet tal-Artikolu 73(2) tal-EPA interim, il-Kumitat tal-EPA huwa ffurmat, minn naħa waħda, mill-membri tal-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, mir-rappreżentanti tal-gvern tal-Gana. Il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill, għad-deċiżjoni tiegħu, il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea bil-ħsieb tan-negozjazzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat tal-EPA.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna/i mogħtija s-setgħa li jiffirmaw l-EPA interim f'isem il-Komunità Ewropea suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 4

    Għal dak li jirrigwarda l-elementi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità, l-EPA interim għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja kif stipulat fl-Artikolu 75 tiegħu, sakemm titlesta l-proċedura għall-konklużjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika notifika li tagħti tagħrif dwar id-data tal-applikazzjoni provviżorja.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. WOERTH


    Top