This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1783
Council Decision (CFSP) 2016/1783 of 4 August 2016 on the signing and the conclusion on behalf of the Union of the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and the Islamic Republic of Afghanistan on the extension of the agreement on the status of the European Union Police Mission in Afghanistan (EUPOL AFGHANISTAN)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1783 tal-4 ta' Awwissu 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan dwar l-estensjoni tal-ftehim dwar l-istatus tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1783 tal-4 ta' Awwissu 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan dwar l-estensjoni tal-ftehim dwar l-istatus tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)
ĠU L 273, 8.10.2016, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1783
tal-4 ta' Awwissu 2016
dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan dwar l-estensjoni tal-ftehim dwar l-istatus tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta' Mejju 2007, bl-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK (1), il-Kunsill stabbilixxa l-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN). Il-mandat tal-EUPOL AFGHANISTAN, kif emendat bid-Deċiżjoni 2014/922/PESK (2), jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016. |
(2) |
Fl-14 ta' Ottubru 2010, l-Unjoni u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan iffirmaw Ftehim (3) dwar l-Istatus tal-EUPOL AFGHANISTAN (SOMA). Dak il-Ftehim jiskadi fl-14 ta' Ottubru 2016. |
(3) |
Wara l-adozzjoni fis-26 ta' Ottubru 2015 ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f'konformità mal-Artikolu 37 tat-TUE, innegozjat Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan bi ħsieb li testendi s-SOMA għall-finalizzazzjoni tal-mandat tal-EUPOL AFGHANISTAN u x-xoljiment tal-EUPOL AFGHANISTAN. |
(4) |
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan dwar l-estensjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan dwar l-istatus tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri sabiex tintrabat l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/369/PESK tat-30 ta' Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGANISTAN) (ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/922/PESK tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 152).
(3) Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan dwar l-Istatus tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan, EUPOL AFGHANISTAN (ĠU L 294, 12.11.2010, p. 2).