This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1757
Commission Implementing Decision (EU) 2016/1757 of 29 September 2016 on setting up the European Multidisciplinary Seafloor and Water Column Observatory — European Research Infrastructure Consortium (EMSO ERIC) (notified under document C(2016) 5542) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1757 tad-29 ta' Settembru 2016 dwar it-twaqqif tal-Osservatorju Multidixxiplinarju Ewropew ta' Qiegħ il-Baħar u tal-Kolonni tal-Ilma — il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EMSO ERIC) (notifikata bid-dokument C(2016) 5542) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1757 tad-29 ta' Settembru 2016 dwar it-twaqqif tal-Osservatorju Multidixxiplinarju Ewropew ta' Qiegħ il-Baħar u tal-Kolonni tal-Ilma — il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EMSO ERIC) (notifikata bid-dokument C(2016) 5542) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/5542
ĠU L 268, 1.10.2016, p. 113–117
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/113 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1757
tad-29 ta' Settembru 2016
dwar it-twaqqif tal-Osservatorju Multidixxiplinarju Ewropew ta' Qiegħ il-Baħar u tal-Kolonni tal-Ilma — il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EMSO ERIC)
(notifikata bid-dokument C(2016) 5542)
(It-testi bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Portugiż, bir-Rumen u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC) (1), u b'mod partikolari il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Irlanda, il-Greċja, Franza, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit talbu lill-Kummissjoni tistabbilixxi Osservatorju Multidixxiplinarju Ewropew ta' Qiegħ il-Baħar u tal-Kolonni tal-Ilma — il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EMSO ERIC). |
(2) |
L-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit qablu li l-Italja għandha tkun l-Istat Membru ospitanti ta' ERIC EMSO. |
(3) |
Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, ivvalutat l-applikazzjoni u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Osservatorju Multidixxiplinarju Ewropew ta' Qiegħ il-Baħar u tal-Kolonni tal-Ilma — il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka imsejjaħ “EMSO ERIC” huwa b'dan stabbilit.
2. L-elementi essenzjali tal-Istatuti ta' EMSO ERIC huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata, lir-Repubblika tal-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Carlos MOEDAS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-ELEMENTI ESSENZJALI TAL-ISTATUTI TAL-EMSO ERIC
1. IL-KOMPITI U L-ATTIVITAJIET
1. |
Il-kompiti tal-EMSO ERIC għandhom ikunu kif ġej:
|
2. |
Fit-twettiq tal-kompiti taiegħu l-EMSO ERIC għandu:
|
2. IS-SEDE STATUTORJA
Is-sede statutorja tal-EMSO ERIC għandha tkun f'Ruma fit-territorju tar-Repubblika Taljana, minn hawn 'il quddiem “il-Membru Ospitanti”.
3. L-ISEM
Osservatorju Multidixxiplinarju Ewropew ta' Qiegħ il-Baħar u tal-Kolonni tal-Ilma — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EMSO ERIC) twaqqaf skont ir-Regolament (KE) Nru 723/2009.
4. IT-TUL TAŻ-ŻMIEN U L-PROĊEDURA TA' STRALĊ
1. |
L-EMSO ERIC għandu jiġi stabbilit sal-31 ta' Diċembru 2024. |
2. |
L-Assemblea tal-Membri tista' tiddeċiedi li ttemm l-EMSO ERIC b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti tal-Membri li jkunu preżenti. |
3. |
Notifika dwar id-deċiżjoni ta' stralċ tal-EMSO ERIC u dwar l-għeluq tal-proċedura ta' stralċ skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 għandha ssir mid-Direttur Ġenerali. |
4. |
L-assi li jkun għad fadal wara l-ħlas tad-djun tal-EMSO ERIC għandhom jitqassmu fost il-Membri fi proporzjon mal-kontribut akkumulat tagħhom għall-EMSO ERIC fi żmiem ix-xoljiment. |
5. IL-PRINĊIPJI BAŻIĊI
5.1. Il-politika ta' aċċess għall-utenti
(a) |
L-aċċess għad-data prodotta mill-EMSO ERIC għandu, kull meta huwa possibbli u filwaqt li tittieħed kunsiderazzjoni tal-liċenzji ta' partijiet terzi u ta' kwalunkwe arranġament eżistenti minn qabel, ikun mingħajr ħlas u miftuħ għall-membri kollha ta' istituzzjonijiet xjentifiċi u għal partijiet interessati oħrajn. Barra minn hekk, l-aċċess għall-infrastruttura tal-EMSO ERIC għandu jingħata lill-komunitajiet xjentifiċi Ewropej u internazzjonali kkwalifikati, li l-proġetti tagħhom għandhom jiġu evalwati għal dan il-għan. L-EMSO ERIC għandu jutilizza kriterji ta' għażla li għandhom jiġu żviluppati skont il-pariri tal-komunità ta' utenti xjentifiċi rilevanti. L-użu u l-ġbir tad-data huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet statutorji rilevanti tal-privatezza tad-data. |
(b) |
Il-Membri għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jospitaw xjenzati, inġiniera u tekniċi viżitaturi għal kollaborazzjonijiet ma' dawk direttament involuti f'attivitajiet tal-EMSO ERIC fil-laboratorji tagħhom. |
5.2. Il-politika ta' evalwazzjoni xjentifika
(a) |
L-evalwazzjoni xjentifika annwali tal-attivitajiet tal-EMSO ERIC għandha titwettaq mill-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku, Tekniku u tal-Etika. Ir-rapport dwar l-evalwazzjoni għandu jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-Assemblea tal-Membri. |
(b) |
Reviżjoni tal-attivitajiet u t-tħaddim tal-EMSO ERIC għandha titwettaq kull 5 snin minn tim ta' esperti indipendenti li jinħatru mill-Assemblea tal-Membri, fuq proposta tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku, Tekniku u tal-Etika. |
5.3. Il-politika ta' disseminazzjoni
(a) |
L-EMSO ERIC jista' jikkomunika data miġbura lil utenti oħrajn, minbarra l-membri tal-istituzzjonijiet xjentifiċi u partijiet interessati oħrajn u l-komunitajiet xjentifiċi Ewropej u internazzjonali kkwalifikati, soġġett għal evalwazzjoni ta' miżata. Din il-miżata għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-ispejjeż kollha konnessi mal-użu tal-infrastruttura tal-EMSO ERIC minn dak l-utent, b'konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u liġijiet applikabbli oħrajn. Ir-rekwiżit preċedenti għal kontribuzzjoni finanzjarja ma għandux japplika fir-rigward ta' talbiet għall-aċċess tal-katalgu u, fir-rigward tat-talbiet l-oħra kollha, il-kontribuzzjoni ma għandhiex teċċedi ammont raġonevoli. |
(b) |
Meta d-data prodotta mill-EMSO ERIC hija kondiviża ma' partijiet terzi, l-EMSO ERIC għandu jżomm kull dritt, interess u titolu fuq din id-data. |
(c) |
L-utenti tal-EMSO ERIC għandhom jiġu mħeġġa jippubblikaw ir-riżultati tagħhom fil-letteratura xjentifika riveduta mill-pari, jippreżentaw komunikazzjonijiet f'konferenzi xjentifiċi, kif ukoll f'midja oħra mmirata lejn udjenzi akbar inkluż il-pubbliku ġenerali, l-istampa, il-gruppi taċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni. |
(d) |
L-EMSO ERIC għandu jiżviluppa prodotti tad-data b'valur miżjud li jaqdu firxa wiesgħa ta' utenti privati u pubbliċi, bil-għan li jiġu żviluppati prodotti biex jilħqu l-ħtiġijiet tal-partijiet interessati. |
5.4. Il-politika dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
(a) |
Il-proprjetà intellettwali għandha tfisser proprjetà skont id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali, magħmula fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967. |
(b) |
Kwalunkwe Dritt tal-Proprjetà Intellettwali, li huwa maħluq, miksub jew żviluppat mill-EMSO ERIC għandu jkun stabbilit fl-EMSO ERIC u jkun il-proprjetà assoluta tiegħu. |
(c) |
L-Assemblea tal-Membri għandha tiddetermina l-politika tal-EMSO ERIC b'rabta mal-identifikazzjoni, il-protezzjoni, il-ġestjoni u l-manutenzjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali tal-EMSO ERIC, inkluż l-aċċess għal dawk id-drittijiet, kif stabbilit fir-Regoli ta' Implimentazzjoni tal-EMSO ERIC. |
(d) |
Id-Direttur Ġenerali għandu jipproponi politika ta' pprezzar ibbażata fuq l-irkupru sħiħ tal-ispejjeż b'konsultazzjoni mal-Kumitat Eżekuttiv u li tkun approvata mill-Assemblea tal-Membri. |
(e) |
Fir-rigward ta' kwistjonijiet tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, ir-relazzjonijiet bejn il-Membri u l-Osservaturi tal-EMSO ERIC għandhom jiġu rregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettivi tal-Membri u tal-Osservaturi u minn kwalunkwe ftehim internazzjonali li l-Membri u l-Osservaturi huma parti minnu. |
(f) |
Id-dispożizzjonijiet ta' dawn l-Istatuti u r-Regoli ta' Implimentazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali li oriġinarjament huma l-proprjetà tal-Membri u tal-Osservaturi. |
5.5. Il-politika dwar l-impjiegi, inklużi l-opportunitajiet indaqs
(a) |
L-EMSO ERIC għandu jħaddan politika ta' opportunitajiet indaqs. Il-proċeduri għall-għażla ta' applikanti għall-pożizzjonijiet ta' persunal tal-EMSO ERIC għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji u jirrispettaw l-ugwaljanza. |
(b) |
Il-kuntratti tal-impjieg għandhom ikunu konformi mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali applikabbli tal-pajjiż li fih il-persunal iwettaq l-attivitajiet tiegħu. |
(c) |
Soġġett għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kull Membru fi ħdan il-ġurisdizzjoni tiegħu għandu jiffaċilita l-moviment u r-residenza taċ-ċittadini tal-Membri involuti fil-kompiti tal-EMSO ERIC kif ukoll tal-familjari tagħhom. |
5.6. Il-politika dwar l-akkwist li tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni
(a) |
Il-politika dwar l-akkwist tal-EMSO ERIC għandha tiġi rregolata mill-prinċipji ta' tat-trasparenza, tat-trattament ugwali, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni miftuħa. |
(b) |
Il-politika dwar l-akkwist għandha tiġi definita fid-dettall fir-Regoli ta' Implimentazzjoni. |
(1) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(2) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).