This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1749
Council Decision (EU) 2016/1749 of 17 June 2016 on the conclusion, on behalf of the European Union, of the Protocol to Eliminate Illicit Trade in Tobacco Products to the World Health Organisation's Framework Convention on Tobacco Control, with the exception of its provisions falling within the scope of Title V of Part Three of the Treaty on the Functioning of the European Union
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1749 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1749 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
ĠU L 268, 1.10.2016, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1749
tas-17 ta' Ġunju 2016
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 33, 113, 114 u 207 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Qafas dwar il-kontroll fuq it-Tabakk (FCTC) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ġiet approvata f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/513/KE (1). |
(2) |
B'konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/744/UE (2) u 2013/745/UE (3), il-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk tad-WHO FCTC (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fl-20 ta' Diċembru 2013, bil-kundizzjoni li jiġi konkluż f'data aktar tard. |
(3) |
Il-Protokoll jirrappreżenta kontribut sinifikanti għall-isforzi internazzjonali biex tiġi eliminata kull forma ta' kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk u biex b'hekk tiġi miġġielda ċ-ċirkomvenzjoni tal-obbligi tat-taxxa u d-dazji doganali u jonqos il-forniment ta' prodotti tat-tabakk b'konformità mal-Artikolu 15 tal-FCTC tad-WHO. Il-Protokoll jagħti wkoll kontribut għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk filwaqt li jiżgura livell għoli ta' saħħa pubblika. |
(4) |
L-Unjoni għandha kompetenza esklużiva għal numru ta' dispożizzjonijiet tal-Protokoll li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni jew f'oqsma fejn l-Unjoni stabbilixxiet regoli komuni (4). Il-Protokoll jista' jaffettwa tali regoli komuni msemmija hawn fuq jew jaltera l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. Għalhekk, il-Protokoll għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni, fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni sa fejn il-Protokoll jista' jaffettwa biss dawn ir-regoli komuni jew jaltera l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. |
(5) |
Bil-konklużjoni tal-Protokoll, l-Unjoni mhux ser tkun qed teżerċita kompetenza kondiviża, għalhekk l-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom fl-oqsma koperti mill-Protokoll li ma jaffettwawx regoli komuni jew ma jalterawx il-kamp ta' applikazzjoni ta' tali regoli komuni. |
(6) |
L-Artikoli 14, 16, 26, 29 u 30 tal-Protokoll jikkonċernaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u d-definizzjoni ta' reati kriminali, u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1750 (5), adottata b'mod parallel ma' din id-Deċiżjoni, tikkonċerna dawk id-dispożizzjonijiet. |
(7) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas dwar il-kontroll fuq it-Tabakk tad-WHO, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 14, 16, 26, 29 u 30, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna/persuni awtorizzata/i biex tiddepożita/jiddepożitaw f'isem l-Unjoni:
(a) |
l-istrument provdut fl-Artikolu 44(1) tal-Protokoll; |
(b) |
id-dikjarazzjoni tal-kompetenzi stipulata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, f'konformità mal-Artikolu 44(3) tal-Protokoll. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
J.R.V.A. DIJSSELBLOEM
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/513/KE tat-2 ta' Ġunju 2004 tat-2 ta' Ġunju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-kontroll fuq it-Tabakk (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 8).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/744/UE tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas dwar il-kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, mad-definizzjoni ta' reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 333, 12.12.2013, p. 73).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/745/UE tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, mad-definizzjoni ta' reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 333, 12.12.2013, p. 75).
(4) Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1);
Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15);
Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1);
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazji tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12);
Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta' Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1750 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewroepa, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk tal-Konvenzjoni Qafas dwar il-kontroll fuq it-Tabakk (FCTC) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, rigward id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u d-definizzjoni ta' reati kriminali (ara l-paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
DIKJARAZZJONI TAL-KOMPETENZI MILL-UNJONI EWROPEA RIGWARD IL-MATERJI KOPERTI MILL-PROTOKOLL BIEX JIĠI ELIMINAT IL-KUMMERĊ ILLEĊITU TAL-PRODOTTI TAT-TABAKK
(F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 44 TAL-PROTOKOLL)
L-Unjoni Ewropea (UE) tissottometti, f'konformità mal-Artikolu 44 tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu fil-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (“il-Protokoll FCTC”), id-Dikjarazzjoni ta' Kompetenzi segwenti li tispeċifika l-kategoriji u l-oqsma ta' politika li għalihom l-Istati Membri tal-UE taw kompetenzi lill-UE fl-oqsma koperti mill-Protokoll FCTC.
1. Prinċipji Ġenerali
Il-kategoriji u l-oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni huma stipulati fl-Artikoli 2 sa 6 TFUE. Meta t-Trattati jagħtu kompetenza esklużiva lill-UE f'qasam speċifiku, l-UE biss tista' tilleġiżla u tadotta atti legalment vinkolanti, u l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu dan biss jekk jingħataw is-setgħa mill-UE jew sabiex jimplimentaw l-atti tal-UE. Meta t-Trattati jagħtu lill-UE kompetenza kondiviża mal-Istati Membri f'qasam speċifiku, l-UE u l-Istati Membri jistgħu jilleġiżlaw u jadottaw atti legalment vinkolanti f'dak il-qasam. L-Istati Membri jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom sakemm l-UE ma tkunx eżerċitat il-kompetenza tagħha. L-Istati Membri jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom mill-ġdid sakemm l-Unjoni tkun iddeċidiet li tieqaf teżerċita l-kompetenza tagħha.
Fir-rigward tal-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali, għall-oqsma ta' politika elenkati fl-Artikolu 3(1) TFUE, hija l-UE biss li għandha l-kompetenza li taġixxi. Għall-oqsma ta' politika elenkati fl-Artikolu 4(2) TFUE, l-UE tikkondividi l-kompetenza mal-Istati Membri, iżda hija l-UE biss li għandha l-kompetenza li taġixxi meta l-azzjoni maħsuba hija neċessarja biex tippermetti li l-Unjoni teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew sakemm id-dispożizzjonijiet fil-ftehim jistgħu jaffettwaw regoli komuni jew jalteraw l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) TFUE; sakemm dan ma jkunx il-każ (jiġifieri il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) TFUE ma jkunux issodisfati), l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom li jaġixxu f'dawn l-oqsma ta' politika.
Il-kompetenzi li mhumiex attribwiti lill-UE mit-Trattati jaqgħu fil-kompetenzi tal-Istati Membri tal-UE.
Kif suppost, l-UE tinnotifika kwalunkwe modifika sostanzjali fil-firxa tal-kompetenzi tagħha, b'konformità mal-Artikolu 44 tal-Protokoll, mingħajr ma dan jikkostitwixxi prerekwiżit għall-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha fi kwistjonijiet koperti mill-Protokoll FCTC.
2. Kompetenza esklużiva tal-UE
2.1. L-UE għandha kompetenza esklużiva sabiex taġixxi fir-rigward tal-materji koperti mill-Protokoll FCTC li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali komuni tal-UE (l-Artikolu 207 tat-TFUE).
2.2. Barra minn hekk, l-UE għandha l-kompetenza esklużiva biex taġixxi fir-rigward ta' materji koperti mill-Protokoll FCTC li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni doganali (l-Artikolu 33 TFUE), l-approssimazzjoni tal-liġijiet fis-suq intern (Artikoli 113 u 114 TFUE), il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali (Artikolu 82 TFUE) u d-definizzjoni ta' reati kriminali (Artikolu 83 TFUE), biss sa fejn id-dispożizzjonijiet ta' att tal-Unjoni jistabbilixxu regoli komuni li jistgħu jiġu affettwati jew alterati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tagħhom permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll FCTC.
Il-lista ta' atti tal-Unjoni ta' hawn taħt turi l-punt sa fejn l-Unjoni eżerċitat il-kompetenza interna tagħha f'dawn l-oqsma f'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni li jirriżulta minn dawn l-atti jrid ikun ivvalutat b'referenza għad-dispożizzjonijiet preċiżi ta' kull miżura, u b'mod partikolari l-punt sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu regoli komuni li jirriskjaw li jiġu affettwati jew alterati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, mid-dispożizzjonijiet tal-Protokoll FCTC jew xi att adottat fl-implimentazzjoni tagħhom.
— |
Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1); |
— |
Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15); |
— |
Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1); |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12); |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta' Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24); |
— |
Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, id-detezzjoni u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1); |
— |
L-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 li jfassal il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48). |
3. Kompetenza tal-Istati Membri
L-Istati Membri jibqgħu kompetenti biex jaġixxu fir-rigward ta' kwistjonijiet oħrajn koperti mill-Protokoll FCTC li mhumiex imsemmija fit-taqsimiet 2.1 u 2.2, u li l-UE ma għandhiex il-kompetenza esklużiva biex taġixxi fuqhom.