Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1748

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1748 tad-29 ta' Settembru 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    ĠU L 264, 30.9.2016, p. 38–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1748/oj

    30.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 264/38


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1748

    tad-29 ta' Settembru 2016

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

    (2)

    Fis-7 ta' Settembru 2016 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

    (3)

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. ŽIGA


    (1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


    ANNESS

    I.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati kif jinsabu hawn taħt.

    “A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

    (13)

    Mohammad Shafiqullah Ahmadi Fatih Khan(magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Shafiq Ahmadi, (b) Mullah Shafiqullah).

    Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Samangan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1956-1957. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Charmistan, Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (b) Raħal ta' Marghi, Distrett ta' Nawa, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Oriġinarjament mill-Provinċja ta' Ghazni, iżda aktar tard għex f'Uruzgan, (b) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta' Paktika minn tmiem l-2012. (c) Iservi bħala membru tal-Kummissjoni Militari minn Lulju 2016., (d) Jappartjeni lit-tribù Hotak. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    (35)

    Shahabuddin Delawar

    Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi tal-Qorti Superjuri taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) 1957, (b) 1953. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Numru tal-passaport Afgan OA296623. Informazzjoni oħra: (a) Viċi Kap tal-Ambaxxata tat-Taliban f'Riyadh, l-Arabja Sawdija sal-25 ta' Settembru 1998. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    (44)

    Din Mohammad Hanif (magħruf ukoll bħala (a) Qari Din Mohammad (b) Iadena Mohammad)

    Titlu: Qari. Raġuni għall-elenkar: (a) Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1955, (b)01.01.1969 (bħala Iadena Mohammad). Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Shakarlab, Distrett ta' Yaftali Pain, Provinċja ta' Badakhshan, l-Afganistan, (b) Badakhshan (bħala Iadena Mohammad) Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: OA 454044 (bħala Iadena Mohammad). Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta' Takhar u Badakhshan. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    (53)

    Sayyed Mohammed Haqqani (magħruf ukoll bħala Sayyed Mohammad Haqqani).

    Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Kap tal-Informazzjoni u l-Kultura fil-Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1965. Post tat-twelid: Raħal ta' Chaharbagh, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Gradwat tal-Madrassa ta' Haqqanija f'Akora Khattak, il-Pakistan, (b) Maħsub li kellu relazzjonijiet mill-qrib mal-mexxej tat-Taliban Mullah Mohammad Omar, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban sa Ġunju 2010, (e) Jappartjeni lit-tribù Barakzay. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Maħsub li ilu mejjet minn Jannar 2016. Data tan-nomina tan-NU:31.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Sayyed Mohammed Haqqani huwa alleat ma' Gulbbudin Hekmatyar u ilu bosta snin jappoġġa lil Mullah Mohammad Omar. Bħala Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi tar-reġim tat-Taliban, huwa ddistribwixxa karti tal-identità Afgani lil barranin marbuta ma' Al-Qaida li ġġieldu fl-Afganistan u ġabar ammont sinifikanti ta' fondi minn għandhom.

    Sayyed Mohammed Haqqani ltaqa' diversi drabi ma' Aiman Muhammed Rabi al-Zawahiri u Farhad, is-segretarju ta' Mohammed Omar, fl-2003 u l-2004. Huwa fetaħ ħanut tal-kotba fil-bażar ta' Qissa Khwani, f'Peshawar, il-Pakistan, li kien implikat fil-finanzjament tat-Taliban. Sa Marzu 2009, hu kien għadu mexxej attiv tar-ribelli Talibani.

    (64)

    Khairullah Khairkhwah (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Khairullah Khairkhwah (b) Khirullah Said Wali Khairkhwa).

    Titlu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Herat (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kelliem tar-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban, (d) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1963 (b)1 ta' Jannar 1967 (taħt l-isem Khirullah Said Wali Khairkhwa). Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Poti, Distrett ta' Arghistan, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Kandahar, Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Qatar. Informazzjoni oħra: (a) Jappartjeni lit-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    (66)

    Jan Mohammad Madani Ikram.

    Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Chargé d'Affaires, Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 1954- 1955. Post tat-twelid: Raħal ta' Siyachoy, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Jappartjeni lit-tribù Alizai. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

    (72)

    Fazl Mohammad Mazloom (magħruf ukoll bħala (a) Molah Fazl, (b) Fazel Mohammad Mazloom).

    Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Viċi Kap tal-Persunal tal-Armata tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Uruzgan, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Qatar. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Fazl Mohammed Mazloom kien assoċjat qrib ta' Mohammed Omar u għenu jistabbilixxi l-Gvern tat-Taliban. Mazloom kien fil-kamp ta' taħrig ta' Al-Farouq stabbilit minn Al-Qaida. Huwa kellu għarfien li t-Taliban ipprovda għajnuna lill-Moviment Iżlamiku tal-Użbekistan fil-forma ta' appoġġ finanzjarju, armi u appoġġ loġistiku bi skambju għall-forniment ta' suldati lit-Taliban.

    Huwa kien kmandant ta' madwar 3 000 suldat Taliban front-line fil-provinċja ta' Takhar, f'Ottubru 2001.

    (82)

    Allah Dad Tayeb Wali Muhammad (magħruf ukoll bħala (a) Allah Dad Tayyab, (b) Allah Dad Tabeeb).

    Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru taħt Komunikazzjoni tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Ghorak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Nesh, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni lit-tribù Popalzai. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Ilu mejjet minn Novembru 2015. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    (88)

    Nurullah Nuri (magħruf ukoll bħala Norullah Noori).

    Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balkh (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap taż-Żona tat-Tramuntana taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1958, (b) 1 ta' Jannar 1967. Post tat-twelid: Distrett ta' Shahjoe, Provinċja ta' Zabul, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Qatar. Informazzjoni oħra: (a) Jappartjeni lit-tribù Tokhi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    (90)

    Mohammed Omar Ghulam Nabi

    Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Mexxej tal-Fidili (“Amir ul- Mumineen”), Afganistan. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1966, (b) 1960, (c) 1953. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Naw Deh, Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (b) Raħal ta' Noori, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Missieru jismu Ghulam Nabi, magħruf ukoll bħala Mullah Musafir, (b) L-għajn tax-xellug nieqsa, (c) Ħaten Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni li Maħsub li ilu mejjet minn April 2013. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Mohammad Omar għandu t-titolu ta' “Kmandant tal-Fidili tal-Emirat Islamiku tal-Afganistan” u huwa l-mexxej suprem tal-moviment Taliban fil-ġerarkija Talibana. Huwa ta kenn lil Usama bin Laden u lin-netwerk tal-Al-Qaida tiegħu fis-snin qabel l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti. Huwa kien ilu jidderieġi lit-Taliban kontra l-Gvern tal-Afganistan u l-alleati tagħhom fl-Afganistan mill-2001.

    Mohammed Omar jikkmanda l-alleanza ta' mexxeja prominenti militari oħra fir-reġjun, bħal Jalaluddin Haqqani. Gulbuddin Hekmatyar ikkoopera wkoll ma' Mohammed Omar u t-Taliban.

    (97)

    Mohammad Hasan Rahmani (magħruf ukoll bħala Gud Mullah Mohammad Hassan).

    Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandahar (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan (b) Distrett ta' Chora, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (c) Distrett ta' Charchino, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Għandu riġlu l-leminija prostetika, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban min-nofs l-2013, u aġixxa bħala viċi ta' Mullah Mohammed Omar f'Marzu 2010, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan (d) Jappartjeni lit-tribù ta' Achekzai. Ilu mejjet mid-9 ta' Frar 2016. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    (113)

    Sher Mohammad Abbas Stanekzai Padshah Khan.

    Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Viċi Ministru tas-Saħħa Pubblika taħt ir-reġim Taliban, (b) Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Qala-e-Abbas, iż-żona Shah Mazar, Distrett ta' Baraki Barak, Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    (119)

    Abdul-Haq Wassiq (magħruf ukoll bħala: (a) Abdul-Haq Wasseq, (b) Abdul Haq Wasiq).

    Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1975, (b) 1971. Data tat-twelid: Raħal ta' Gharib, Distrett ta' Khogyani, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Qatar. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Abdul-Haq Wassiq huwa alleat ma' Gulbuddin Hekmatyar. Taħt ir-reġim Taliban, kellu pożizzjonijiet suċċessivi bħala kmandant lokali fil-provinċji ta' Nimroz u Kandahar. Huwa mbagħad sar Viċi Direttur Ġenerali tal-Intelligence, u kien jaħdem għal Qari Ahmadullah. F'din il-funzjoni, huwa kien responsabbli milli jieħu ħsieb ir-relazzjonijiet ma' ġellieda barranin marbuta mal-Al-Qaida u l-kampijiet ta' taħriġ tagħhom fl-Afganistan. Kien ukoll magħruf għall-metodi repressivi tiegħu kontra l-opponenti tat-Taliban fin-Nofsinhar tal-Afganistan.

    (123)

    Mohammad Zahid. (magħruf ukoll bħala (a) Jan Agha Ahmadzai (b) Zahid Ahmadzai)

    Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: It-Tielet Segretarju, Ambaxxata Talibana, Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-Passaport: D 001206 (maħruġ fis-17.7.2000). Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    (139)

    Rahmatullah Shah Nawaz

    Isem (bil-kitba oriġinali): Image

    Titlu: Alhaj Deżinjazzjoni: m/d DTT: (a) 1981 (b) 1982 PTT: Shadal (varjant Shadaal) Bazaar, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan Psewdonimu affidabbli.: (a) Qari Rahmat (qabel kien elenkat hekk) (b) Kari Rahmat Psewdonimu inqas affidabbli: m/d Nazzjonalità: Afgana Nru. tal-passaport: m/d Nru. tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d Indirizz: (a) Kamkai Village, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan (b) Kamkai Village, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan (c) Surkhel village, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan (d) Batan village, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan Elenkat fi:21 ta' Awwissu 2014 (emendat fil-21 ta' Lulju 2016) Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella, kulur tax-xagħar: iswed, piż: 77-81 kg, tul: 178 cm daqna sewda qasira-medja, xagħar iswed qasir. Jappartjeni għat-tribù Shinwari, is-sottotribù Sepahi. Kmandant tat-Taliban tal-inqas minn Frar 2010. Jiġbor taxxi u jxaħħam f'isem it-Taliban minn April 2015. Jikkoordina ma' u jipprovdi lill-aġenti tat-Taliban fil-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, informazzjoni, gwida, akkomodazzjoni u armi u qiegħed apparat esplożiv improvviżat (IED) u mexxa attakki kontra l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF) u l-forzi Afgani. Data tan-nomina min-NU:21.8.2014.”


    Top