Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1716

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1716 tal-20 ta' Settembru 2016 li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju ta' Spanja fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 258, 24.9.2016, pp. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1716/oj

24.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1716

tal-20 ta' Settembru 2016

li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju ta' Spanja fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Alberto FABRA PART u tas-Sinjura Nuria MARÍN MARTÍNEZ saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Francisco Javier LEÓN DE LA RIVA u tas-Sur Fernando MARTÍNEZ-MAILLO TORIBIO saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Juan ESPADAS CEJAS, Alcalde de Sevilla,

Is-Sur Antonio ROMÁN JASANADA, Alcalde de Guadalajara,

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Pedro Luis SANZ CARLAVILLA, Alcalde de Meco,

Is-Sur David PÉREZ GARCÍA, Alcalde de Alcorcón.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


Top