Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1711

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1711 tas-27 ta' Settembru 2016 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

    ĠU L 259I, 27.9.2016, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1711/oj

    27.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 259/3


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1711

    tas-27 ta' Settembru 2016

    li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1) li tapplika ċerti miżuri restrittivi għal persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness.

    (2)

    Fid-dawl tal-ftehim ta' paċi tal-Kolombja l-miżuri kontra waħda mill-entitajiet għandhom jiġu sospiżi, soġġett għal reviżjoni speċifika mill-Kunsill wara sitt xhur.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK hija emendata kif ġej:

    Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4, safejn dawn japplikaw għall-“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”), dawn għandhom jiġu sospiżi.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Settembru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/CFSP tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


    Top