This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1706
Council Decision (EU, Euratom) 2016/1706, taken by common accord with the President of the Commission, of 19 September 2016 appointing a Member of the European Commission
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/1706, meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, tad-19 ta' Settembru 2016 li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/1706, meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, tad-19 ta' Settembru 2016 li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea
ĠU L 257, 23.9.2016, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2019
23.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/1706,
meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni,
tad-19 ta' Settembru 2016
li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikulari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Fit-23 ta' Ottubru 2014 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2014/749/UE (2) li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2019. |
(2) |
F'ittra bid-data tal-25 ta' Ġunju 2016, is-Sur Jean-Claude JUNCKER, President tal-Kummissjoni, għarraf lill-Kunsill li s-Sur Jonathan HILL kien irriżenja mill-kariga tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni b'effett mill-15 ta' Lulju 2016 f'nofsillejl. |
(3) |
F'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, post battal ikkawżat minn riżenja jenħtieġ li jimtela għall-bqija tal-mandat tal-Membru minn Membru ġdid tal-istess nazzjonalità. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li jinħatar Membru ġdid tal-Kummissjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Bi qbil komuni mas-Sur Jean-Claude JUNCKER, President tal-Kummissjoni, il-Kunsill jaħtar lis-Sur Julian KING bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-31 ta' Ottubru 2019.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) Opinjoni tal-15 ta' Settembru 2016 (għad mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 311, 31.10.2014, p. 36.