Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1636

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1636 tas-6 ta' Settembru 2016 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi ta' Stati terzi għall-Missjoni ta' Taħriġ tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/1/2016)

    ĠU L 243, 10.9.2016, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1636/oj

    10.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 243/13


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/1636

    tas-6 ta' Settembru 2016

    dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi ta' Stati terzi għall-Missjoni ta' Taħriġ tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/1/2016)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1),

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi.

    (2)

    Wara rakkomandazzjoni mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE dwar kontribut mill-Georgia u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontribut mill-Georgia għandu jiġi aċċettat.

    (3)

    F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhux qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u la hi marbuta biha u lanqas mhija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Kontributi ta' Stati Terzi

    1.   Il-kontribut mill-Georgia għal EUTM RCA huwa aċċettat u meqjus bħala sinifikanti.

    2.   Il-Georgia hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUTM RCA.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Settembru 2016.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21.


    Top