Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1623

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja ta' Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra

    ĠU L 250, 16.9.2016, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1623/oj

    Related international agreement

    16.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 250/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1623

    tal-1 ta' Ġunju 2016

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja ta' Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwaril-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207(3) u (4) u 209(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta' Ġunju 2002, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għal Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika mal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku.

    (2)

    In-negozjati ġew konklużi u l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC (il-Botswana, il-Lesoto, il-Mozambique, in-Namibja, is-Swaziland u l-Afrika t'Isfel) min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie inizjalat fil-15 ta' Lulju 2014.

    (3)

    Il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000, jirrikjedi li jiġu konklużi Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika kompatibbli mad-WTO.

    (4)

    L-Artikolu 113(3) tal-Ftehim jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tiegħu mill-Unjoni u mill-Istati EPA SADC sakemm dan jidħol fis-seħħ.

    (5)

    Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u għandu jiġi applikat, għal dak li jirrigwarda l-elementi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri li jikkonkluduh,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC min-naħa l-oħra, huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni ta' dan il-Ftehim.

    2.   It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina lill-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

    Artikolu 3

    1.   Fir-rigward ta' dawk l-elementi li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, il-Ftehim għandu jiġi applikat mill-Unjoni fuq bażi provviżorja kif previst fl-Artikolu 113(3) tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri li jikkonkluduh. Dan ma jippreġudikax id-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha f'konformità mat-Trattati.

    2.   L-Artikolu 12(4) tal-Ftehim ma għandux jiġi applikat b'mod provviżorju mill-Unjoni.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż li jindika d-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat fis-sens li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati jew it-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ġunju 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.G. KOENDERS


    Top