Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1432

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2016/1432 tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta' Awwissu 2016 li taħtar id-Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

ĠU L 232, 27.8.2016, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1432/oj

27.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/10


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/1432 TAL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Awwissu 2016

li taħtar id-Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-lista ta' kandidati stabbilita fl-14 ta' Lulju 2016 minn kumitat ta' selezzjoni magħmul mis-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni wara sejħa miftuħa għal kandidati, bil-ħsieb tal-ħatra tad-Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jistabbilixxi Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej-.

(2)

L-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedi li d-Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandu jinħatar għal terminu li ma jiġġeddidx ta' ħames snin bi qbil komuni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-Sur Michael ADAM huwa b'dan maħtur bħala Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2021.

2.   Id-Direttur għandu jinħatar bħala aġent temporanju fil-grad AD 12, skala 1.

3.   Il-ħatra hija soġġetta għall-iffirmar mid-Direttur nnominat tad-dikjarazzjoni ta' indipendenza u nuqqas ta' konflitt ta' interessi li hija annessa ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Awwissu 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK

Għall-Kummissjoni

L-Ewwel Viċi President

F. TIMMERMANS


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.


ANNESS

Jiena, is-sottoskritt, …, niddikjara li ħadt nota tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u ser neżerċita l-funzjonijiet tiegħi ta' Direttur tal-Awtorità b'mod kompletament indipendenti u f'konformità totali mar-regoli ta' dak ir-Regolament. Meta nkun qed naġixxi f'isem l-Awtorità, jien mhux ser nitlob jew nieħu struzzjonijiet minn xi istituzzjoni jew gvern, jew minn xi entità, uffiċċju jew aġenzija oħra. Jien ser nastjeni minn kwalunkwe att li huwa inkompatibbli man-natura tad-dmirijiet tiegħi.

Niddikjara li, sa fejn naf jien, ma ninsabx f'sitwazzjoni ta' konflitt ta' interessi. Jeżisti konflitt ta' interessi fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta' Direttur tal-Awtorità jkun kompromess minħabba raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja personali, l-affinità politika, nazzjonali, filosofika jew reliġjuża, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma' riċevitur. B'mod partikolari, niddikjara li m'iniex membru tal-Parlament Ewropew, ma għandi l-ebda mandat elettorali u m'iniex, u qatt ma kont, impjegat ta' xi partit politiku Ewropew jew ta' xi fondazzjoni politika Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

[DATA + FIRMA

tad-Direttur nominat]


Top