This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1316
Council Decision (EU) 2016/1316 of 26 July 2016 amending Decision 2009/908/EU, laying down measures for the implementation of the European Council Decision on the exercise of the Presidency of the Council, and on the chairmanship of preparatory bodies of the Council
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1316 tas-26 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2009/908/UE, li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1316 tas-26 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2009/908/UE, li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill
ĠU L 208, 2.8.2016, pp. 42–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
2.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 208/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1316
tas-26 ta' Lulju 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2009/908/UE, li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi,
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2009/908/UE (2) l-Kunsill stabbilixxa l-ordni li fih kellu jkun il-mandat tal-Presidenza tal-Kunsill għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' Ġunju 2020, u stabbilixxa fiha d-diviżjoni ta' dak l-ordni ta' Presidenzi fi gruppi ta' tliet Stati Membri. |
|
(2) |
L-Unjoni Ewropea ġiet imkabbra fl-1 ta' Lulju 2013 biex tinkludi l-Kroazja bħala Stat Membru ġdid. |
|
(3) |
Għalkemm għadha ma waslet l-ebda notifika skont l-Artikolu 50 TUE mill-gvern tiegħu, Stat Membru għamel magħruf pubblikament il-fatt li huwa ser jirtira mill-Unjoni. L-ordni tal-presidenzi tal-Kunsill għandu jiġi emendat biex jieħu kont ta' dik iċ-ċirkostanza, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi ta' dak l-Istat Membru. |
|
(4) |
Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-ordni li fih għandu jkun il-mandat tal-President tal-Kunsill fil-futur qrib. Dak l-ordni għandu jiġi ddeterminat skont il-kriterji stipulati fit-Trattati u fid-Deċiżjoni 2009/881/UE tal-Kunsill Ewropew. Id-Deċiżjoni 2009/908/UE għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill, għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 L-ordni li fih l-Istati Membri għandu jkollhom il-Presidenza tal-Kunsill mill-1 ta' Lulju 2017 u sal-31 ta' Diċembru 2030, kif ukoll id-diviżjoni ta' dan l-ordni ta' Presidenzi fi gruppi ta' tliet Stati Membri tinsab fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 Il-Kunsill għandu, qabel il-31 ta' Diċembru 2029, jiddeċiedi l-ordni li fih l-Istati Membri ser ikollhom il-Presidenza tal-Kunsill mill-1 ta' Jannar 2031”; |
|
(3) |
It-test tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2017.
Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) ĠU L 315, 2.12.2009, p. 50.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 28).
ANNESS
“ANNESS I
Abbozz ta' Tabella tal-Presidenzi tal-Kunsill (*1)
|
Netherlands (*2) |
Jannar-Ġunju |
2016 |
|
Slovakkja (*2) |
Lulju-Diċembru |
2016 |
|
Malta (*2) |
Jannar-Ġunju |
2017 |
|
Estonja |
Lulju-Diċembru |
2017 |
|
Bulgarija |
Jannar-Ġunju |
2018 |
|
Awstrija |
Lulju-Diċembru |
2018 |
|
Rumanija |
Jannar-Ġunju |
2019 |
|
Finlandja |
Lulju-Diċembru |
2019 |
|
Kroazja |
Jannar-Ġunju |
2020 |
|
Ġermanja |
Lulju-Diċembru |
2020 |
|
Portugall |
Jannar-Ġunju |
2021 |
|
Slovenja |
Lulju-Diċembru |
2021 |
|
Franza |
Jannar-Ġunju |
2022 |
|
Repubblika Ċeka |
Lulju-Diċembru |
2022 |
|
Żvezja |
Jannar-Ġunju |
2023 |
|
Spanja |
Lulju-Diċembru |
2023 |
|
Belġju |
Jannar-Ġunju |
2024 |
|
Ungerija |
Lulju-Diċembru |
2024 |
|
Polonja |
Jannar-Ġunju |
2025 |
|
Danimarka |
Lulju-Diċembru |
2025 |
|
Ċipru |
Jannar-Ġunju |
2026 |
|
Irlanda |
Lulju-Diċembru |
2026 |
|
Litwanja |
Jannar-Ġunju |
2027 |
|
Greċja |
Lulju-Diċembru |
2027 |
|
Italja |
Jannar-Ġunju |
2028 |
|
Latvja |
Lulju-Diċembru |
2028 |
|
Lussemburgu |
Jannar-Ġunju |
2029 |
|
Netherlands |
Lulju-Diċembru |
2029 |
|
Slovakkja |
Jannar-Ġunju |
2030 |
|
Malta |
Lulju-Diċembru |
2030 |
(*1) Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tar-Renju Unit bħala Stat Membru.
(*2) It-triju attwali huwa mdaħħal f'dan l-Anness għall-finijiet ta' informazzjoni.”.