Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1218

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1218 tat-18 ta' Lulju 2016 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

    ĠU L 201, 27.7.2016, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1218/oj

    Related international agreement

    27.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 201/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1218

    tat-18 ta' Lulju 2016

    dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-Artikolu 218(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-2005, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra (minn hawn il-quddiem “il-Protokoll”) ġie ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fit-18 ta' Ġunju 2015.

    (2)

    Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija (1).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  Il-Protokoll jinsab mehmuż mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.


    Top