EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1207

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1207 tal-20 ta' Lulju 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa f'konformità mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo.), EULEX KOSOVO (EULEX KOSOVO/1/2016)

ĠU L 198, 23.7.2016, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/06/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1207/oj

23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/1207

tal-20 ta' Lulju 2016

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (*), EULEX KOSOVO (EULEX KOSOVO/1/2016)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta' Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap ta' Missjoni.

(2)

Fl-14 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/947 (2) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u li testendi t-tul ta' żmien ta' EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ġunju 2018.

(3)

Fil-11 ta' Lulju 2016, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sinjura Alexandra PAPADOPOULOU bħala Kap tal-Missjoni ta' EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-14 ta' Ġunju 2017,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Alexandra PAPADOPOULOU hija b'dan maħtura bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO, għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-14 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2016.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa f'konformità mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo.

(1)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/947 tal-14 ta' Ġunju 2016 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 26).


Top