This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1205
Council Decision (EU) 2016/1205 of 18 July 2016 appointing two alternate members, proposed by the Kingdom of the Netherlands of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1205 tat-18 ta' Lulju 2016 li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1205 tat-18 ta' Lulju 2016 li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 198, 23.7.2016, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020
23.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1205
tat-18 ta' Lulju 2016
li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Netherlandiż,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Nhar it-13 ta' Lulju 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1140 (4), is-Sur N.A. (André) VAN DE NADORT ġie sostitwit mis-Sur H.J.J. (Henri) LENFERINK bħala membru supplenti. Nhar it-18 ta' Settembru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1573 (5), is-Sur J.H.J. (Hans) KONST ġie sostitwit mis-Sur A. (Ard) VAN DER TUUK bħala membru supplenti. |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur H.J.J. (Henri) LENFERINK u s-Sur A. (Ard) VAN DER TUUK, saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b'dan maħturin bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:
— |
Is-Sur B.R. (Bouke) ARENDS, Wethouder van de gemeente Emmen, |
— |
Is-Sur T. (Tjisse) STELPSTRA, Gedeputeerde van de provincie Drenthe. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
G. MATEČNÁ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1140 tat-13 ta' Lulju 2015 li taħtar żewġ membri Olandiżi u żewġ membri supplenti Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 185, 14.7.2015, p. 17).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1573 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar erba' membri Netherlandiżi u ħames membri supplenti Netherlandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 245, 22.9.2015, p. 10)