Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1108

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1108 tas-7 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

    ĠU L 183, 8.7.2016, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1108/oj

    8.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 183/65


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1108

    tas-7 ta' Lulju 2016

    li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-3 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1) li kompliet l-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2013.

    (2)

    Fit-2 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1064 (2) li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u estendiet l-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016.

    (3)

    Konsegwentement għall-Analiżi Strateġika Intermedja tal-EUPOL COPPS, jeħtieġ li l-Missjoni tiġi estiża għal perijodu addizzjonali ta' 12-il xahar, sat-30 ta' Ġunju 2017.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

    (5)

    L-EUPOL COPPS ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 12(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017 għandu jkun EUR 10 320 000”;

    (2)

    fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2017.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2016.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. LAJČÁK


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1064 tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 174, 3.7.2015, p. 21).


    Top