Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1079

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1079 tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni EUNAVFOR MED/1/2015 (EUNAVFOR MED/2/2016)

ĠU L 179, 5.7.2016, pp. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/04/2017; Imħassar b' 32017D0681

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1079/oj

5.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/1079

tat-23 ta' Ġunju 2016

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni EUNAVFOR MED/1/2015 (EUNAVFOR MED/2/2016)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA (“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(2)

Fis-17 ta' Ġunju 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/958 (2) li taħtar lill-Viċi Ammirall Andrea GUEGLIO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda li jinħatar il-Viċi Ammirall Giuseppe BERUTTI BERGOTTO bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE biex jieħu post il-Viċi Ammirall Andrea GUEGLIO mis-27 ta' Ġunju 2016.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/958 għandha għalhekk titħassar.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall Giuseppe BERUTTI BERGOTTO huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) mis-27 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/958 hija b'dan imħassra b'effett mis-27 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Ġunju 2016.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/958 tas-17 ta' Ġunju 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (EUNAVFOR MED/1/2015) (ĠU L 156, 20.6.2015, p. 24).


Top