This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1023
Council Decision (EU) 2016/1023 of 17 June 2016 abrogating Decision 2010/289/EU on the existence of an excessive deficit in Slovenia
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1023 tas-17 ta' Ġunju 2016 li tabroga d-Deċiżjoni 2010/289/UE dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fis-Slovenja
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1023 tas-17 ta' Ġunju 2016 li tabroga d-Deċiżjoni 2010/289/UE dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fis-Slovenja
ĠU L 166, 24.6.2016, pp. 17–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
24.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1023
tas-17 ta' Ġunju 2016
li tabroga d-Deċiżjoni 2010/289/UE dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fis-Slovenja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-2 ta' Diċembru 2009, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/289/UE (1) abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda, f'konformità mal-Artikolu 126(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li kien jeżisti defiċit eċċessiv fis-Slovenja. Il-Kunsill innota li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ppjanat għall-2009 kien ta' 5,9 % u għalhekk iktar mill-valur referenzjarju skont it-Trattat ta' 3 % tal-PDG. Id-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika kien mistenni li jilħaq l-34,2 % tal-PDG fl-2009, għalhekk 'l isfel mill-valur referenzjarju skont it-Trattat ta' 60 % tal-PDG. |
|
(2) |
Fit-2 ta' Diċembru 2009, skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2), il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, bagħat rakkomandazzjoni lis-Slovenja bl-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sal-2013. Dik ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ġiet ippubblikata. |
|
(3) |
Fil-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill ikkonkluda li s-Slovenja kienet ħadet azzjoni effettiva bi qbil mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2009 skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE iżda li kienu seħħew ċerti avvenimenti ekonomiċi negattivi u mhux mistennija b'konsegwenzi ta' żvantaġġ kbir għall-finanzi pubbliċi wara l-adozzjoni ta' dik ir-Rakkomandazzjoni. Għaldaqstant, il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, qies li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 kienu ġew issodisfati, u adotta rakkomandazzjoni ġdida indirizzata lis-Slovenja skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE, bl-għan li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sal-2015. Dik ir-rakkomandazzjoni l-ġdida tal-Kunsill ġiet ippubblikata. |
|
(4) |
Fil-5 ta' Marzu 2014, f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fid-dawl tar-riskji biex tinkiseb korrezzjoni fit-tul tad-defiċit eċċessiv sal-2015, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjoni lis-Slovenja bl-għan li tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex tiżgura konformità sħiħa mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013, b'mod partikolari billi tissodisfa l-isforz fiskali rrakkomandat mill-Kunsill. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, il-Kummissjoni tipprovdi d-data għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dak il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern kif ukoll dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta' April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (4). |
|
(6) |
Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni biex tiġi abrogata d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fuq il-bażi tad-data notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata biss jekk it-tbassir tal-Kummissjoni jindika li d-defiċit ma jkunx ser jaqbeż il-valur referenzjarju skont it-Trattat ta' 3 % tal-PDG tul il-perjodu ta' tbassir (5). |
|
(7) |
Abbażi tad-data pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009, wara n-notifika mis-Slovenja f'April 2016, u abbażi tal-Programm ta' Stabbiltà tal-2016 u t-tbassir tar-rebbiegħa 2016 tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:
|
|
(8) |
Mill-2016, li hija s-sena ta' wara dik li fiha saret il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, is-Slovenja hija soġġetta għall-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u għandha timxi lejn l-objettiv tat-terminu l-medju tagħha b'pass xieraq, inkluż billi tirrispetta l-livell referenzjarju tal-infiq, u tikkonforma mal-kriterju tad-dejn skont l-Artikolu 2(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. F'dak il-kuntest, jidher li hemm ir-riskju ta' xi devjazzjoni mill-aġġustament meħtieġ ta' 0,6 % tal-PDG lejn l-objettiv ta' terminu medju fl-2016. Fl-2017, taħt politiki mingħajr tibdil, jidher li hemm ir-riskju ta' xi devjazzjoni mill-aġġustament rakkomandat ta' 0,6 % tal-PDG lejn l-objettiv ta' terminu medju. Huwa mbassar li s-Slovenja tkun konformi mar-regola tad-dejn tranżizzjonali fl-2016 u ġeneralment konformi fl-2017. Għalhekk, se jinħtieġu iktar miżuri fl-2016 u l-2017. |
|
(9) |
F'konformità mal-Artikolu 126(12) tat-TFUE, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata meta, fil-fehma tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat. |
|
(10) |
Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fis-Slovenja ġie kkoreġut, u għaldaqstant id-Deċiżjoni 2010/289/UE għandha tiġi abrogata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fis-Slovenja ġiet ikkoreġuta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2010/289/UE hija abrogata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
J.R.V.A. DIJSSELBLOEM
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/289/UE tat-2 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fis-Slovenja (ĠU L 125, 21.5.2010, p. 46).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).
(3) Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).
(5) B'konformità mal-Ispeċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Linji Gwida dwar il-format u l-kontenut ta' Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza.