Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0989

    Deċiżjoni (UE) 2016/989 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni minn Franza — EGF/2015/010 FR/MoryGlobal)

    ĠU L 162, 21.6.2016, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/989/oj

    21.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 162/10


    DEĊIŻJONI (UE) 2016/989 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-8 ta' Ġunju 2016

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni minn Franza — EGF/2015/010 FR/MoryGlobal)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom u li l-attività tagħhom tkun intemmet minħabba bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji kkawżati mill-globalizzazzjoni, jew minħabba l-issoktar tal-kriżi finanzjarja u ekonomika dinjija, jew minħabba kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u biex jgħinhom biex jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

    (2)

    Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

    (3)

    Fid-19 ta' Novembru 2015, Franza ressqet l-applikazzjoni EGF/2015/010 FR/MoryGlobal għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara li ngħataw is-sensji mill-MoryGlobal SAS fi Franza. Din kienet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

    (4)

    Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mobilizzat biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 5 146 800 għall-applikazzjoni ppreżentata minn Franza.

    (5)

    Biex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien biex jiġi mobilizzat il-FEG, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jagħti s-somma ta' EUR 5 146 800 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tapplika mit-8 ta' Ġunju 2016.

    Magħmula fi Strasburgu, 8 ta' Ġunju 2016,

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    M. SCHULZ

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.G. KOENDERS


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

    (2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


    Top