This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0981
Council Decision (EU, Euratom) 2016/981 of 16 June 2016 appointing a member of the Court of Auditors
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/981 tas-16 ta' Ġunju 2016 li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/981 tas-16 ta' Ġunju 2016 li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri
ĠU L 161, 18.6.2016, p. 39–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/06/2022
|
18.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/981
tas-16 ta' Ġunju 2016
li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Repubblika tal-Litwanja,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-mandat tas-Sinjura Rasa BUDBERGYTĖ skada fis-6 ta' Mejju 2016. |
|
(2) |
Għandha għalhekk issir ħatra ġdida, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Rimantas ŠADŽIUS huwa b'dan maħtur membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mis-16 ta' Ġunju 2016 sal-15 ta' Ġunju 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
L.F. ASSCHER
(1) L-Opinjoni tas-7 ta' Ġunju 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).