Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0941

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/941 tat-30 ta' Mejju 2016 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (il-FAEG) għas-sena finanzjarja 2015 (notifikata bid-dokument C(2016) 3237)

C/2016/3237

ĠU L 155, 14.6.2016, pp. 29–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/06/2016

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/941/oj

14.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/29


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/941

tat-30 ta' Mejju 2016

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (il-FAEG) għas-sena finanzjarja 2015

(notifikata bid-dokument C(2016) 3237)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, u li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet, opinjoni ta' verifika dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet u anki r-rapporti stabbiliti mill-korpi ta' ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta' Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta' Ottubru tas-sena N. Meta jiġu approvati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2015, għandha titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta' Ottubru 2014 u l-15 ta' Ottubru 2015, kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (2).

(3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew jitħallsu lilu, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) ta' dak ir-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti ta' kull xahar imħallsa għas-sena finanzjarja kkonċernata, jiġifieri l-2015, min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena skont l-Artikolu 33(1). Il-Kummisjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jkun imiss jew iżżidu miegħu.

(4)

Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni li ressqu l-Istati Membri u sat-30 ta' April 2016 ikkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lill-Istati Membri flimkien mal-emendi meħtieġa.

(5)

Għal ċerti aġenziji tal-pagamenti, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża jippermettu li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa.

(6)

L-informazzjoni mressqa minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra teħtieġ li jsir aktar stħarriġ u għalhekk il-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f'din id-Deċiżjoni.

(7)

Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (3), kull skadenza maqbuża matul Awwissu, Settembru u Ottubru għandha titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul dawn ix-xhur fl-2015 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Għalhekk din id-Deċiżjoni għandha tiffissa t-tnaqqis rilevanti.

(8)

Skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni diġà naqqset jew issospendiet għadd ta' pagamenti ta' kull xahar mad-dħul fil-kontijiet tan-nefqa għas-sena finanzjarja 2015 għax ikunu nqabżu l-limiti finanzjarji jew ma jkunux ġew rispettati l-iskadenzi tal-pagamenti jew għax ikun hemm xi nuqqasijiet ta' kontroll. Hija u tadotta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti mnaqqsa jew sospiżi sabiex tevita li tagħmel il-pagamenti kollha mhux xierqa jew mhux f'waqthom, jew li tħallas lura ammonti li aktar tard jistgħu jkunu soġġetti għal aġġustament finanzjarju. Meta jkun xieraq, l-ammonti inkwistjoni jistgħu jiġu eżaminati aktar skont il-proċedimenti tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(9)

L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jeħtieġ li mal-kontijiet annwali li jridu jressqu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-Istati Membri jehmżu wkoll tabella ċċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jġarrbu skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistipula l-mudell tat-tabella li l-Istati Membri għandhom jużaw biex jipprovdu informazzjoni dwar l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati fl-2016. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta' rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba' jew tmien snin, rispettivament.

(10)

Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru jekk ikollhom raġunijiet iġġustifikati kif imiss. Din id-deċiżjoni tista' tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu ġġarrbu diġà u ta' dawk li x'aktarx jiġġarrbu, ikun jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru ma jkunx jista' jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin meta l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas tal-irkupru għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni għandhom ikunu inklużi fir-rapport ta' sinteżi msemmi fl-Artikolu 54(4) flimkien mal-punt (c)(iv) tal-Artikolu 102(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għaldaqstant, l-Istati Membri kkonċernati ma għandhomx jagħmlu tajjeb għal dawn l-ammonti u minflok għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni.

(11)

Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni hija bla preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni tista' tieħu biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bl-eċċezzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2015, huma approvati b'din id-Deċiżjoni.

L-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jistipula l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew jitħallsu lilu skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2015, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-FAEG, stabbiliti fl-Anness II, mhumiex koperti minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet fil-ġejjieni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija bla preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità possibbli li l-Kummissjoni tista' tieħu fil-ġejjieni skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).


ANNESS I

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI

SENA FINANZJARJA 2015

Ammont li jrid jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lilu

NB: Nomenklatura 2016: 05 07 01 06, 6701, 6702

SM

 

2015 — Nefqa/Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagamenti li l-kontijiet tagħhom huma

Total ta' a + b

Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha (1)

Tnaqqis skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Total inklużi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet

Pagamenti li saru lill-Istati Membri għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) l-Istat Membru (2)

approvati

diżassoċjati

= nefqa/dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa/dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

 

 

a = A (kol.i)

b = A (kol.h)

c = a + b

d = – C1 (kol. e)

e = – 50 – 50

f = c + d + e

g

h = f – g

BE

EUR

620 028 329,03

0,00

620 028 329,03

– 525 730,33

– 381 681,06

619 120 917,64

619 356 710,51

– 235 792,87

BG

EUR

0,00

659 685 389,24

659 685 389,24

0,00

0,00

659 685 389,24

659 685 389,24

0,00

CZ

EUR

895 742 857,33

0,00

895 742 857,33

0,00

0,00

895 742 857,33

895 727 329,81

15 527,52

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

– 2 041 831,34

– 2 041 831,34

0,00

– 2 041 831,34

DK

EUR

907 649 247,35

0,00

907 649 247,35

– 172 161,96

0,00

907 477 085,39

906 244 097,31

1 232 988,08

DE

EUR

5 065 304 844,22

0,00

5 065 304 844,22

– 279 044,04

– 78 000,00

5 064 947 800,18

5 064 549 030,37

398 769,81

EE

EUR

118 570 682,91

0,00

118 570 682,91

0,00

– 24 285,16

118 546 397,75

118 540 290,36

6 107,39

IE

EUR

1 215 973 716,18

0,00

1 215 973 716,18

– 153 843,27

– 106 218,99

1 215 713 653,92

1 215 095 188,94

618 464,98

EL

EUR

2 026 923 435,50

0,00

2 026 923 435,50

– 16 410 802,55

– 1 109 364,29

2 009 403 268,66

2 010 745 895,07

– 1 342 626,41

ES

EUR

5 584 801 342,03

0,00

5 584 801 342,03

– 2 499 098,54

– 923 986,74

5 581 378 256,75

5 581 960 961,83

– 582 705,09

FR

EUR

7 364 148 851,70

389 707 430,67

7 753 856 282,37

9 593 200,48

– 164 665,16

7 763 284 817,69

7 763 809 500,56

– 524 682,87

HR

EUR

165 210 965,71

0,00

165 210 965,71

0,00

0,00

165 210 965,71

165 212 373,47

– 1 407,76

IT

EUR

2 171 691 846,44

2 255 827 174,77

4 427 519 021,21

– 4 240 845,62

– 740 672,62

4 422 537 502,97

4 423 790 286,76

– 1 252 783,79

CY

EUR

57 276 537,11

0,00

57 276 537,11

0,00

0,00

57 276 537,11

57 275 647,93

889,18

LV

EUR

166 200 825,05

0,00

166 200 825,05

0,00

– 2 064,08

166 198 760,97

166 200 825,05

– 2 064,08

LT

LTL

0,00

0,00

0,00

0,00

– 317,24

– 317,24

0,00

– 317,24

LT

EUR

395 421 448,46

0,00

395 421 448,46

0,00

0,00

395 421 448,46

395 379 479,53

41 968,93

LU

EUR

32 275 082,07

0,00

32 275 082,07

0,00

0,00

32 275 082,07

32 138 642,90

136 439,17

HU

HUF

0,00

0,00

0,00

0,00

– 60 650 346,00

– 60 650 346,00

0,00

– 60 650 346,00

HU

EUR

1 311 850 189,94

0,00

1 311 850 189,94

– 655 597,29

0,00

1 311 194 592,65

1 311 621 663,79

– 427 071,14

MT

EUR

5 615 099,49

0,00

5 615 099,49

0,00

– 201 499,67

5 413 599,82

5 615 099,49

– 201 499,67

NL

EUR

741 369 266,22

0,00

741 369 266,22

– 82 869,92

0,00

741 286 396,30

742 413 245,16

– 1 126 848,86

AT

EUR

696 110 648,47

0,00

696 110 648,47

0,00

– 272,15

696 110 376,32

695 219 296,33

891 079,99

PL

PLN

0,00

0,00

0,00

0,00

– 1 257 688,33

– 1 257 688,33

0,00

– 1 257 688,33

PL

EUR

3 456 279 694,23

0,00

3 456 279 694,23

– 74 784,66

0,00

3 456 204 909,57

3 456 190 528,81

14 380,76

PT

EUR

676 657 210,74

0,00

676 657 210,74

– 42 322,62

– 1 247 702,15

675 367 185,97

675 203 428,36

163 757,61

RO

RON

0,00

0,00

0,00

0,00

– 6 314,87

– 6 314,87

0,00

– 6 314,87

RO

EUR

1 420 132 557,71

0,00

1 420 132 557,71

0,00

0,00

1 420 132 557,71

1 420 242 043,49

– 109 485,78

SI

EUR

139 556 508,94

0,00

139 556 508,94

0,00

– 35,99

139 556 472,95

139 556 252,20

220,75

SK

EUR

436 709 901,57

0,00

436 709 901,57

0,00

– 94 305,14

436 615 596,43

436 709 901,57

– 94 305,14

FI

EUR

538 369 644,43

0,00

538 369 644,43

– 36,11

– 447,48

538 369 160,84

538 378 089,60

– 8 928,76

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

– 346 528,73

– 346 528,73

0,00

– 346 528,73

SE

EUR

696 399 384,16

0,00

696 399 384,16

– 130 079,25

0,00

696 269 304,91

696 269 385,26

– 80,35

UK

GBP

0,00

0,00

0,00

0,00

– 16 942,82

– 16 942,82

0,00

– 16 942,82

UK

EUR

3 057 991 785,02

0,00

3 057 991 785,02

– 11 464,00

0,00

3 057 980 321,02

3 058 694 235,89

– 713 914,87


SM

 

Nefqa (3)

Dħul assenjat (3)

Artikolu 54(2) (= e)

Total (= h)

05 07 01 06

6701

6702

i

j

k

l = i + j + k

BE

EUR

147 672,56

– 1 784,37

– 381 681,06

– 235 792,87

BG

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

CZ

EUR

15 527,52

0,00

0,00

15 527,52

DK

DKK

0,00

0,00

– 2 041 831,34

– 2 041 831,34

DK

EUR

1 232 988,08

0,00

0,00

1 232 988,08

DE

EUR

476 769,81

0,00

– 78 000,00

398 769,81

EE

EUR

30 392,55

0,00

– 24 285,16

6 107,39

IE

EUR

724 683,97

0,00

– 106 218,99

618 464,98

EL

EUR

0,00

– 233 262,12

– 1 109 364,29

– 1 342 626,41

ES

EUR

341 281,65

0,00

– 923 986,74

– 582 705,09

FR

EUR

0,00

– 360 017,71

– 164 665,16

– 524 682,87

HR

EUR

253,93

– 1 661,69

0,00

– 1 407,76

IT

EUR

0,00

– 512 111,17

– 740 672,62

– 1 252 783,79

CY

EUR

889,18

0,00

0,00

889,18

LV

EUR

0,00

0,00

– 2 064,08

– 2 064,08

LT

LTL

0,00

0,00

– 317,24

– 317,24

LT

EUR

41 968,93

0,00

0,00

41 968,93

LU

EUR

136 439,17

0,00

0,00

136 439,17

HU

HUF

0,00

0,00

– 60 650 346,00

– 60 650 346,00

HU

EUR

0,00

– 427 071,14

0,00

– 427 071,14

MT

EUR

0,00

0,00

– 201 499,67

– 201 499,67

NL

EUR

1 300 135,07

– 2 426 983,93

0,00

– 1 126 848,86

AT

EUR

891 352,14

0,00

– 272,15

891 079,99

PL

PLN

0,00

0,00

– 1 257 688,33

– 1 257 688,33

PL

EUR

14 380,76

0,00

0,00

14 380,76

PT

EUR

1 411 459,76

0,00

– 1 247 702,15

163 757,61

RO

RON

0,00

0,00

– 6 314,87

– 6 314,87

RO

EUR

0,00

– 109 485,78

0,00

– 109 485,78

SI

EUR

256,74

0,00

– 35,99

220,75

SK

EUR

0,00

0,00

– 94 305,14

– 94 305,14

FI

EUR

0,00

– 8 481,28

– 447,48

– 8 928,76

SE

SEK

0,00

0,00

– 346 528,73

– 346 528,73

SE

EUR

0,00

– 80,35

0,00

– 80,35

UK

GBP

0,00

0,00

– 16 942,82

– 16 942,82

UK

EUR

0,00

– 713 914,87

0,00

– 713 914,87


(1)  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li tqiesu fis-sistema tal-pagamenti, li magħhom jiżdiedu b'mod partikolari l-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' rispett tal-iskadenzi tal-pagamenti stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2015 u tnaqqis ieħor fil-kuntest tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(2)  Għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand Stat Membru jew imħallas lilu, l-ammont li tqies huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (il-kolonna a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa diżassoċjata (il-kolonna b).

Rata tal-kambju applikabbli: It-tieni paragrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014.

(3)  BL 05 07 01 06 għandu jinqasam bejn il-korrezzjonijiet negattivi li jsiru dħul assenjat f'BL 67 01 u dawk pożittivi favur l-Istat Membru li issa se jiġu inklużi fin-naħa tan-nefqa 05 07 01 06 skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

NB: Nomenklatura 2016: 05 07 01 06, 6701, 6702


ANNESS II

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI

SENA FINANZJARJA 2015 — FAEG

Lista tal-Aġenziji tal-Pagamenti li l-kontijiet tagħhom huma diżassoċjati u li huma soġġetti għal deċiżjoni ta' approvazzjoni aktar tard

Stat Membru

Aġenzija tal-Pagamenti

Il-Bulgarija

State Fund Agriculture

Franza

FranceAgriMer

L-Italja

Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)


Top