Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0838

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/838 tat-23 ta' Mejju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra

ĠU L 141, 28.5.2016, pp. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/838/oj

Related international agreement

28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/838

tat-23 ta' Mejju 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Mejju 2010 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Ġeorġja għall-konklużjoni ta' Ftehim ġdid bejn l-Unjoni u l-Ġeorġja biex jissostitwixxi l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (2).

(2)

Dawk in-negozjati kienu ffinalizzati b'suċċess, u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fid-29 ta' Novembru 2013.

(3)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/494/UE (3), il-Ftehim ġie iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2014, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(4)

Skont l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni tapprova l-modifiki għall-Ftehim li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni Kummerċjali, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim, kif propost mis-Sottokumitat Indikazzjonijiet Ġeografiċi skont l-Artikolu 179 tal-Ftehim.

(5)

Huwa opportun li jiġu stabbiliti l-proċeduri rilevanti għall-ħarsien tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jingħataw ħarsien skont il-Ftehim.

(6)

Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat bħala wieħed li jagħti xi drittijiet jew li jimponi xi obbligi li jistgħu jitqajmu direttament quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

(7)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 431(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Għall-finijiet tal-Artikolu 179 tal-Ftehim, il-modifiki li jsiru fil-Ftehim permezz ta' deċiżjonijiet tas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni. Fejn il-partijiet interessati ma jistgħux jaqblu wara oġġezzjonijiet relatati ma' indikazzjoni ġeografika, il-Kummissjoni għandha tadotta pożizzjoni li tkun ibbażata fuq il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Artikolu 4

1.   Isem protett taħt is-Subtaqsima 3 “Indikazzjonijiet Ġeografiċi” tal-Kapitolu 9 tat-Titolu IV tal-Ftehim jista' jintuża minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodotti agrikoli, prodotti tal-ikel, inbejjed, inbejjed aromatizzati jew spirti li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.

2.   F'konformità mal-Artikolu 175 tal-Ftehim, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinfurzaw il-protezzjoni provduta fl-Artikoli 170 sa 174 tal-Ftehim, anke fuq it-talba ta' parti interessata.

Artikolu 5

Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat bħala li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Kunsent mogħti fit-18 ta' Diċembru 2014 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 205, 4.8.1999, p. 3).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).

(4)  Il-Ftehim ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4) flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

(6)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-iskemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).


Top