This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0833
Council Decision (EU) 2016/833 of 17 May 2016 establishing the position to be adopted, on behalf of the European Union, at the 54th session of the Committee of Experts for the Carriage of Dangerous Goods set up by the Intergovernmental Organisation for International Carriage by Rail (OTIF) as regards certain amendments to Appendix C to the Convention concerning International Carriage by Rail
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/833 tas-17 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fl-54 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi stabbilit mill-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil- Ferrovija (OTIF) fir-rigward ta' ċerti emendi tal-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/833 tas-17 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fl-54 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi stabbilit mill-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil- Ferrovija (OTIF) fir-rigward ta' ċerti emendi tal-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija
ĠU L 140, 27.5.2016, pp. 12–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
27.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/833
tas-17 ta' Mejju 2016
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fl-54 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi stabbilit mill-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil- Ferrovija (OTIF) fir-rigward ta' ċerti emendi tal-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni aderiet mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (“il-Konvenzjoni COTIF”), permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1). |
|
(2) |
L-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni ta' Ċipru u Malta, huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni COTIF u japplikawha. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi rekwiżiti għat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi tal-ilma interni fi ħdan l-Istati Membri jew bejniethom. Hija tagħmel dan, inter alia, billi tirreferi għar-Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija, li jidhru bħala l-Appendiċi C għall-Konvenzjoni COTIF ('RID'). Barra minn hekk, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/68/KE jipprovdi li t-trasport ta' oġġetti perikolużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi għandu jiġi awtorizzat kemm-il darba jkun konformi mar-rekwiżiti tal-RID, ħlief jekk ikun indikat mod ieħor fl-Annessi. |
|
(4) |
Fl-54 sessjoni tiegħu, li għandha ssir fil-25 ta' Mejju 2016, il-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi (“Kumitat ta' Esperti tal-RID”) imwaqqaf skont il-punt (d) tal-Artikolu 13(1) tal-Konvenzjoni COTIF huwa mistenni jieħu deċiżjoni dwar ċerti emendi għall-RID. L-għan ta' dawk l-emendi, li jikkonċernaw standards tekniċi jew preskrizzjonijiet tekniċi uniformi, huwa li jiġi żgurat it-trasport sikur u effiċjenti ta' oġġetti perikolużi filwaqt li jitqies il-progress xjentifiku u tekniku fis-settur kif ukoll l-iżvilupp ta' sustanzi u oġġetti ġodda li jippreżentaw periklu matul it-trasport tal-imsemmija oġġetti. |
|
(5) |
Il-kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi stabbilit bid-Direttiva 2008/68/KE wettaq diskussjonijiet preliminari dwar l-emendi proposti. |
|
(6) |
L-emendi proposti kollha huma ġġustifikati u ta' benefiċċju, u għalhekk għandhom jiġu appoġġjati mill-Unjoni. |
|
(7) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fl-54 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti tal-RID għalhekk għandu jkun ibbażat fuq l-Anness għal din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fl-54 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti tal-RID fil-qafas tal-Konvenzjoni COTIF għandha tkun f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
2. Tibdil minuri fid-dokumenti msemmija fl-Anness għal din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat ta' Esperti tal-RID mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta' Esperti tal-RID, ladarba jkunu adottati, għandhom jiġu ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b'indikazzjoni tad-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M.H.P. VAN DAM
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta' Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).
(2) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
ANNESS
|
Proposta |
Dokument ta' referenza |
Ħruġ |
Kummenti |
Pożizzjoni tal-Unjoni |
|
1 |
OTIF/RID/CE/GTP/2015/2 OTIF/RID/CE/GTP/INF.14 OTIF/RID/CE/GTP/INF.15 |
L-inklużjoni ta' obbligi ta' Entitajiet Responsabbli mill-Manutenzjoni (ECM) fl-RID |
Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF li tadotta test kif emendat |
Taqbel mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti |
|
2 |
OTIF/RID/CE/GTP/2015/3 |
Emenda ta' dispożizzjoni speċjali TU 16 tal-RID/ADR/ADN Kapitolu 4.3 |
Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti |
|
3 |
OTIF/RID/CE/GTP/2015/5 |
Huwa l-obbligu tat-trasportatur li jinforma lis-sewwieq tal-ferrovija bil-pożizzjoni ta' oġġetti perikolużi fil-ferrovija |
Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti |
|
4 |
OTIF/RID/CE/GTP/2015/6 |
Kontenituri flessibli li jġorru bil-kwantità |
Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF |
Taqbel mat-test għal kontenituri flessibbli li jġorru bil-kwantità f'OTIF/RID/CE/GTP/2015/12 |
|
5 |
OTIF/RID/CE/GTP/2015/7 |
Definizzjonijiet ta' 'tagħbija sħiħa'/'tagħbija fuq vagun' |
Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emendi |
|
6 |
OTIF/RID/CE/GTP/2015/12 OTIF/RID/CE/GTP/2015/INF.2 OTIF/RID/CE/GTP/2015/INF.3 |
Emendi kkonsolidati varji maqbula mill-grupp ta' ħidma permanenti |
Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emendi |
|
7 |
Idem |
L-emendi jitħallew għal aktar eżaminazzjoni mill-Grupp ta' Ħidma Permanenti |
— |
— |
|
8 |
Idem |
Dawk li qed isejħu għal opinjoni komuni mil-Laqgħa Konġunta tal-UN-ECE — OTIF |
Jeħtieġ li jiġi ffaċilitat trasport intermodali effiċjenti |
Taqbel mal-emendi kif irrakkomandati mil-Laqgħa Konġunta |
|
9 |
OTIF/RID/CE/GTP/2015/14 |
Notifiki ta' okkorrenzi li jinvolvu oġġetti perikolużi skont l-RID 1.8.5; Hamburg-billwerder, 3 ta' Lulju 2013 |
Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti |
|
10 |
OTIF/RID/CE/GTP/2015/INF.4 |
Distanza ta' protezzjoni għal vetturi tat-triq |
Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF |
Taqbel mal-emendi |