This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0815
Council Decision (EU) 2016/815 of 17 May 2016 concerning the accession of Croatia to the Convention, drawn up on the basis of Article K.3 of the Treaty on European Union, on the protection of the European Communities' financial interests and to the Protocol of 27 September 1996, the Protocol of 29 November 1996 and the Second Protocol of 19 June 1997 thereto
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/815 tas-17 ta' Mejju 2016 rigward l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni, li tfasslet fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u għall-Protokoll tas-27 ta' Settembru 1996, għall-Protokoll tad-29 ta' Novembru 1996 u għat-Tieni Protokoll tad-19 ta' Ġunju 1997 tiegħu
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/815 tas-17 ta' Mejju 2016 rigward l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni, li tfasslet fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u għall-Protokoll tas-27 ta' Settembru 1996, għall-Protokoll tad-29 ta' Novembru 1996 u għat-Tieni Protokoll tad-19 ta' Ġunju 1997 tiegħu
ĠU L 133, 24.5.2016, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/815
tas-17 ta' Mejju 2016
rigward l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni, li tfasslet fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u għall-Protokoll tas-27 ta' Settembru 1996, għall-Protokoll tad-29 ta' Novembru 1996 u għat-Tieni Protokoll tad-19 ta' Ġunju 1997 tiegħu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikoli 3(4) u (5) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni, li tfasslet fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (2) (“il-Konvenzjoni”) ġiet iffirmata fis-26 ta' Lulju 1995 u daħlet fis-seħħ fis-17 ta' Ottubru 2002. |
(2) |
Il-Konvenzjoni ġiet issupplimentata mill-Protokoll, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (3) (“il-Protokoll tas-27 ta' Settembru 1996”) u mill-Protokoll, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni permezz ta' deċiżjonijiet preliminari, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (4) (“il-Protokoll tad-29 ta' Novembru 1996”), li t-tnejn daħlu fis-seħħ fis-17 ta' Ottubru 2002. |
(3) |
Il-Konvenzjoni ġiet issupplimentata ulterjorment mit-Tieni Protokoll, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (5) (“it-Tieni Protokoll tad-19 ta' Ġunju 1997”) li daħal fis-seħħ fid-19 ta' Mejju 2009. |
(4) |
L-Artikolu 3(4) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja (“l-Att ta' Adeżjoni”) jipprevedi li l-Kroazja taċċedi għall-konvenzjonijiet u l-protokolli elenkati fl-Anness I tal-Att ta' Adeżjoni. Dawk il-konvenzjonijiet u protokolli jinkludu, inter alia, il-Konvenzjoni, il-Protokoll tas-27 ta' Settembru 1996, il-Protokoll tad-29 ta' Novembru 1996 u t-Tieni Protokoll tad-19 ta' Ġunju 1997. Il-Konvenzjoni u dawk il-Protokolli għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Kroazja fid-data stabbilita mill-Kunsill. |
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 3(5) tal-Att ta' Adeżjoni, il-Kunsill għandu jiddeċiedi li jagħmel l-aġġustamenti meħtieġa kollha minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja għall-konvenzjonijiet u l-protokolli elenkati fl-Anness I għall-Att ta' Adeżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Konvenzjoni, il-Protokoll tas-27 ta' Settembru 1996, il-Protokoll tad-29 ta' Novembru 1996 u t-Tieni Protokoll tad-19 ta' Ġunju 1997 għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Kroazja fl-ewwel jum tal-ewwel xahar minn wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-verżjonijiet bil-lingwa Kroata tal-Konvenzjoni (6), tal-Protokoll tas-27 ta' Settembru 1996 (7), tal-Protokoll tad-29 ta' Novembru 1996 (8) u tat-Tieni Protokoll tad-19 ta' Ġunju 1997 (9) għandhom ikunu awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra tal-Konvenzjoni u ta' dawk il-Protokolli.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M.H.P. VAN DAM
(1) Opinjoni tal-25 ta' Frar 2016 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.
(3) ĠU C 313, 23.10.1996, p. 2.
(4) ĠU C 151, 20.5.1997, p. 2.
(5) ĠU C 221, 19.7.1997, p. 12.
(6) Il-verżjoni bil-lingwa Kroata ġiet ippubblikata f'edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali (Kapitolu 19, Volum 014, p. 50).
(7) Il-verżjoni bil-lingwa Kroata ġiet ippubblikata f'edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali (Kapitolu 19, Volum 014, p. 73).
(8) Il-verżjoni bil-lingwa Kroata ġiet ippubblikata f'edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali (Kapitolu 19, Volum 014, p. 92).
(9) Il-verżjoni bil-lingwa Kroata ġiet ippubblikata f'edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali (Kapitolu 19, Volum 014, p. 141).