Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0803

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/803 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 132, 21.5.2016, p. 79–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/803/oj

    Related international agreement

    21.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 132/79


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/803

    tas-7 ta' Mejju 2015

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kroazja, biex tikkonkludi Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (1), biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).

    (2)

    Dawk in-negozjati ġew konklużi b'suċċess fl-24 ta' April 2014.

    (3)

    Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

    (4)

    Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Protokoll li jemenda Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar lill-persuna(i) bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

    Artikolu 3

    Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tiegħu, mill-iffirmar tiegħu mill-partijiet (2), sakemm jidħol fis-seħħ.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Mejju 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. RINKĒVIČS


    (1)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L 334, 6.12.2012, p. 3.

    (2)  Id-data li minnha għandu jiġi applikat proviżorjament il-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top