Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0788

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/788 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.32833 (11/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja rigward l-arranġamenti ta' finanzjament għall-ajruport ta' Frankurt Hahn li ddaħħlu fis-seħħ fl-2009 sal-2011 (notifikata bid-dokument C(2014) 6850) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 134, 24.5.2016, pp. 1–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/788/oj

24.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/788

tal-1 ta' Ottubru 2014

dwar l-għajnuna mill-Istat SA.32833 (11/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja rigward l-arranġamenti ta' finanzjament għall-ajruport ta' Frankurt Hahn li ddaħħlu fis-seħħ fl-2009 sal-2011

(notifikata bid-dokument C(2014) 6850)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra ddatata s-17 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward tal-finanzjament ta' Flughafen Frankfurt Hahn GmbH (“FFHG”), l-operatur tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn, u r-relazzjonijiet finanzjarji tiegħu ma' Ryanair. Il-proċedura ta' investigazzjoni formali kienet irreġistrata fil-każ numru SA.21121 (C 29/08).

(2)

Permezz ta' ittra tal-4 ta' Marzu 2011, Deutsche Lufthansa AG (“Lufthansa”) ipprovdiet iktar informazzjoni fir-rigward tal-proċedura ta' investigazzjoni formali li kienet għaddejja fil-każ SA.21121 (C 29/08), waqt li allegat li kien hemm miżuri ġodda ta' għajnuna mill-Istat favur l-FFHG.

(3)

Permezz ta' ittra ddatata t-18 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni bagħtet din is-sottomissjoni tal-Lufthansa lill-Ġermanja u talbet iktar informazzjoni dwar il-miżuri ġodda ta' għajnuna allegatament mogħtija mill-Istat. Permezz ta' ittra ddatata l-5 ta' April 2011, il-Ġermanja talbet li d-data sa meta kellha tipprovdi dik l-informazzjoni tkun estiża sal-15 ta' Lulju 2011. Permezz ta' ittra ddatata l-11 ta' April 2011, il-Kummissjoni tat estensjoni tad-data tal-iskadenza sat-18 ta' Mejju 2011 għal uħud mill-mistoqsijiet u sal-31 ta' Mejju 2011 għall-kumplament tal-mistoqsijiet. Il-Ġermanja wieġbet permezz ta' ittri ddatati d-19 ta' Mejju 2011 u t-23 ta' Mejju 2011.

(4)

Madankollu, dawn it-tweġibiet kienu inkompleti. Għalhekk, permezz ta' ittra ddatata s-6 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni bagħtet nota ta' tfakkir skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (3). Il-Ġermanja wieġbet permezz ta' ittri ddatati l-14 ta' Ġunju 2011 u s-16 ta' Ġunju 2011.

(5)

Permezz ta' ittra ddatata t-13 ta' Lulju 2011 il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward tal-linja ta' kreditu pprovduta lill-FFHG mill-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate, is-self ipprovdut minn Investitions- und Strukturbank tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate (“ISB”) lill-FFHG u l-garanzija pprovduta mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate lill-FFHG għas-self tal-ISB (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”). Il-proċedura ta' investigazzjoni formali fir-rigward ta' dawn l-aspetti kienet irreġistrata fil-każ numru SA.32833 (11/C).

(6)

Permezz ta' ittra tat-22 ta' Lulju 2011, il-Ġermanja talbet estensjoni tad-data sa meta kellha twieġeb għad-deċiżjoni tal-ftuħ, li ġiet aċċettata mill-Kummissjoni nhar is-26 ta' Lulju 2011. Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ mingħand il-Ġermanja fil-31 ta' Awwissu 2011.

(7)

Permezz ta' ittra ddatata t-22 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni mingħand il-Ġermanja. Permezz ta' ittra tat-18 ta' Jannar 2012, il-Ġermanja talbet estensjoni tad-data ta' skadenza sabiex twieġeb, li ngħatat mill-Kummissjoni dakinhar stess. Il-Ġermanja wieġbet għat-talba għal iktar informazzjoni ddatata t-22 ta' Diċembru 2011 b'ittra ddatata t-22 ta' Frar 2012.

(8)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) nhar il-21 ta' Lulju 2012. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni.

(9)

Permezz ta' ittra ddatata l-4 ta' Settembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet sottomissjoni waħda minn parti terza, l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate. Il-Kummissjoni ttrażmettiet dik is-sottomissjoni lill-Ġermanja permezz ta' ittra ddatata s-7 ta' Settembru 2012. Il-Ġermanja ngħatat l-opportunità li tgħaddi kummenti dwar is-sottomissjoni tal-parti terza fi żmien xahar. Il-Ġermanja ma tat l-ebda kumment.

(10)

Permezz ta' ittra ddatata l-10 ta' April 2013, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni mingħand il-Ġermanja. Il-Ġermanja wieġbet b'ittra ddatata s-17 ta' Ġunju 2013.

(11)

Permezz ta' ittra ddatata l-25 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni informat lill-Ġermanja bl-adozzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 (5) nhar l-20 ta' Frar 2014, bil-fatt li dawn il-linji gwida jsiru applikabbli għall-każ inkwistjoni mill-mument li fih jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u tat lill-Ġermanja l-opportunità li tikkummenta dwar il-linji gwida u l-applikazzjoni tagħhom fi żmien 20 jum ta' xogħol mill-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

(12)

Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea nhar l-4 ta' April 2014. Huma ħadu post il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-1994 (6) kif ukoll il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 (7).

(13)

Fil-15 ta' April 2014 ġie ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li stieden lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, f'dan il-każ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom (8) Il-Lufthansa u Transport & Environment issottomettew osservazzjonijiet. B'ittra ddatata l-21 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni għaddiet dawn l-osservazzjonijiet lill-Ġermanja. Permezz ta' ittra ddatata d-29 ta' Awwissu 2014 il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li ma kellha l-ebda osservazzjoni x'tagħmel.

(14)

Permezz ta' ittri ddatati t-23 ta' Marzu 2014 u l-4 ta' April 2014, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni mingħand il-Ġermanja. Il-Ġermanja wieġbet permezz ta' ittri ddatati s-17 ta' April 2014, l-24 ta' April 2014 u d-9 ta' Mejju 2014.

(15)

Fis-17 ta' Ġunju 2014, il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni li hija taċċetta b'eċċezzjoni li din id-Deċiżjoni tiġi adottata bil-lingwa Ingliża biss.

2   IL-KUNTEST TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1   Konverżjoni tal-ajruport u tal-istruttura ta' sjieda tiegħu

(16)

L-ajruport ta' Frankfurt Hahn jinsab fl-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate, madwar 120 km fil-punent tal-belt ta' Frankfurt/Main. L-ajruport ta' Frankfurt Hahn sal-1992 kien bażi tal-avjazzjoni militari tal-Istati Uniti. Sussegwentement kien ikkonvertit f'ajruport ċivili. Għandu liċenzja sabiex jopera 24 siegħa kuljum.

(17)

Holding Unternehmen Hahn GmbH & Co. KG (Holding Hahn), sħubija pubblika-privata bejn Wayss & Freytag u l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate, kiseb is-sjieda tal-infrastruttura tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn mingħand il-Ġermanja nhar l-1 ta' April 1995. Bejn l-1995 u l-1998, din is-sħubija pubblika-privata żviluppat l-ajruport bil-għan li tagħmel minnu żona industrijali u kummerċjali. Skont il-Ġermanja, meta s-sħubija bejn Wayss & Freytag u l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate bdiet tidher li ma rnexxietx, nhar l-1 ta' Jannar 1998, Flughafen Frankfurt/Main GmbH (Fraport) (*1) bdiet tinvolvi ruħha fil-proġett sakemm eventwalment ħadet f'idejha l-operat tal-ajruport.

(18)

Fraport xtrat 64,90 % tal-ishma fl-operatur Flughafen Hahn GmbH & Co. KG Lautzenhausen (FFHG) għall-prezz ta' […] (9). Il-pagament ta' parti mill-prezz tax-xiri (EUR […]) kien dovut nhar il-31 ta' Diċembru 2007, u kien soġġett għal ċerti kundizzjonijiet (10). F'Awwissu 1999, Fraport kisbet 73,37 % tal-ishma ta' Holding Hahn u 74,90 % tal-ishma tas-sieħeb ġenerali tagħha Holding Unternehmen Hahn Verwaltungs GmbH għall-prezz ta' EUR […]. B'hekk Fraport effettivament saret is-sieħeb il-ġdid tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate.

(19)

L-enfasi ta' Fraport fi Frankfurt Hahn kien li tiżviluppa b'mod sistematiku n-negozju tal-passiġġieri u tal-merkanzija tal-ajruport. F'dan ir-rigward, Fraport kienet waħda mill-ewwel impriżi li applikaw mudell ta' negozju mmirat speċifikament sabiex jattira linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi. Abbażi ta' dan, Fraport intrabtet li tikkonkludi ftehim ġdid dwar it-trasferiment tal-qligħ u tat-telf ma' Holding Hahn mal-konverżjoni ta' din tal-aħħar f'kumpanija Ġermaniża b'responsabbiltà limitata (Gesellschaft mit beschränkter Haftung, GmbH). Il-konverżjoni u l-konklużjoni ta' dak il-ftehim saru nhar l-24 ta' Novembru 2000.

(20)

Sussegwentement, Holding Hahn u FFHG ġew fużi sabiex iffurmaw Flughafen Hahn GmbH. L-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate żamm 26,93 % u Fraport 73,07 % tal-ishma fil-kumpanija l-ġdida. Fl-2001, iż-żewġ azzjonisti, Fraport u l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate, injettaw kapital ġdid fl-FFHG.

(21)

Sal-11 ta' Ġunju 2001, 100 % tal-ishma fi Fraport kienu f'idejn azzjonisti pubbliċi. (11) Fil-11 ta' Ġunju, Fraport tqiegħdet fis-suq azzjonarju u 29,71 % tal-ishma tagħha nbiegħu lil azzjonisti privati waqt li s-70,29 % l-oħra baqgħu f'idejn azzjonisti pubbliċi.

(22)

F'Novembru 2002, l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate, l-Istat Federali ta' Hesse, Fraport u l-FFHG ikkonkludew ftehim dwar l-iżvilupp ulterjuri tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Dak il-ftehim ipprovda li għat-tieni darba jiżdied il-kapital irreġistrat. F'dik l-okkażjoni, l-Istat Federali ta' Hesse ngħaqad mal-FFHG bħala t-tielet azzjonist. Dak iż-żmien Fraport kellu 65 % tal-ishma u l-Istat Federali ta' Hesse u l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate kellhom 17,5 % kull wieħed. Din l-istruttura tas-sjieda baqgħet kif inhi sal-2009, meta Fraport biegħet l-ishma kollha tagħha lill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate, li, minn dak iż-żmien, żamm sehem maġġoritarju ta' 82,5 %. Is-17,5 % l-oħrajn għadhom f'idejn l-Istat Federali ta' Hesse.

2.2   L-iżvilupp fit-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija u l-ajruporti tal-qrib

(23)

It-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn żdied minn 29 289 fl-1998 għal 4 miljuni fl-2007 u mbagħad naqas għal 2,7 miljuni fl-2013 (ara t-Tabella 1). L-ajruport bħalissa huwa servut minn Ryanair (12), minn Wizz Air (13) u minn linji tal-ajru oħrajn. Is-sehem tal-passiġġieri ta' Ryanair jammonta għal madwar [80-100 %].

Tabella 1

Żvilupp tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn mill-1998 sal-2013

Sena

Għadd ta' passiġġieri

Għadd ta' passiġġieri ta' Ryanair

1998

29 289

0

1999

140 706

89 129

2000

380 284

318 664

2001

447 142

397 593

2002

1 457 527

1 231 790

2003

2 431 783

2 341 784

2004

2 760 379

2 668 713

2005

3 079 528

2 856 109

2006

3 705 088

3 319 772

2007

4 015 155

3 808 062

2008

3 940 585

3 821 850

2009

3 793 958

3 682 050

2010

3 493 629

[2 794 903 — 3 493 629 ]

2011

2 894 363

[2 315 490 — 2 894 363 ]

2012

2 791 185

[2 232 948 — 2 791 185 ]

2013

2 667 529

[2 134 023 — 2 667 529 ]

(24)

L-ajruport ta' Frankfurt Hahn esperjenza wkoll tkabbir sinifikanti fit-traffiku tal-merkanzija bl-ajru. Il-merkanzija bl-ajru fl-ajruport żdiedet minn 16 020 tunnellata fl-1998 għal 286 416-il tunnellata fl-2011 u naqset mill-ġdid għal 152 503 tunnellati fl-2013 (ara t-Tabella 2). Il-merkanzija totali, inklużi l-ispedizjonieri, immaniġġjata fl-ajruport ammontat għal 446 608 tunnellati fl-2013.

Tabella 2

Żvilupp tal-merkanzija fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn mill-1998 sal-2010

Sena

Total ta' merkanzija bl-ajru f'tunnellati

Total ta' merkanzija f'tunnellati, inklużi l-ispedizjonieri

1998

16 020

134 920

1999

43 676

168 437

2000

75 547

191 001

2001

25 053

133 743

2002

23 736

138 131

2003

37 065

158 873

2004

66 097

191 117

2005

107 305

228 921

2006

123 165

266 174

2007

125 049

289 404

2008

179 375

338 490

2009

174 664

322 170

2010

228 547

466 429

2011

286 416

565 344

2012

207 520

503 995

2013

152 503

446 608

(25)

L-ajruporti li ġejjin jinsabu fil-viċinanza tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn:

(i)

L-ajruport ta' Frankfurt Main (– 115-il kilometru mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn, – siegħa u kwart bogħod bil-karozza) huwa ajruport internazzjonali ċentrali b'firxa wiesgħa ta' destinazzjonijiet, li jvarjaw minn vjaġġi qosra sa vjaġġi fuq distanzi twal. Huwa servut b'mod predominanti minn trasportaturi tan-netwerk li joffru traffiku ta' konnessjoni, għalkemm jipprovdi wkoll konnessjonijiet minn punt għal ieħor u titjiriet charter. Minbarra t-traffiku tal-passiġġieri (madwar 58 miljun fl-2013), l-ajruport ta' Frankfurt Main jimmaniġġja wkoll il-merkanzija bl-ajru (madwar 2 miljun tunnellata fl-2013). Figura 1 turi l-iżvilupp tat-traffiku fl-ajruporti ta' Frankfurt Main u Frankfurt Hahn fl-2000-2012.

(ii)

L-ajruport tal-Lussemburgu (– 111-il kilometru mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn, – siegħa u nofs bogħod bil-karozza) huwa ajruport internazzjonali li jipprovdi firxa wiesgħa ta' destinazzjonijiet. Minbarra t-traffiku tal-passiġġieri (madwar 2,2 miljuni), dan serva wkoll 673 tunnellata ta' merkanzija bl-ajru fl-2013.

(iii)

L-ajruport ta' Zweibrücken (– 128 kilometru mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn, – siegħa u 35 minuta bogħod bil-karozza).

(iv)

L-ajruport ta' Saarbrücken (– 128 kilometru mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn, – siegħa u 35 minuta bogħod bil-karozza).

(v)

L-ajruport ta' Köln-Bonn (– 175 kilometru mill-ajruport Frankfurt Hahn, – siegħa u 44 minuta bogħod bil-karozza).

Figura 1

Żvilupp tat-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruporti ta' Frankfurt Main u Frankfurt Hahn fl-2000-2012

Image 1

Passiġġieri fi Frankfurt-Main p.a.

Passiġġieri fi Frankfurt-Hahn p.a.

0 %

1 %

2 %

3 %

4 %

5 %

6 %

7 %

8 %

Year

%

2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012

10 000 000

20 000 000

30 000 000

40 000 000

50 000 000

60 000 000

70 000 000

Ratio ta’ Passiġġieri bejn Frankfurt Main u Frankfurt Hahn 2000-2012

2.3   Ir-riżultati finanzjarji tal-ajruporti u ħarsa ġenerali lejn l-investimenti magħmula

(26)

It-Tabella 3 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-investimenti magħmula mill-FFHG mill-2001 sal-2012, li jammontaw għal total ta' EUR 216-il miljun.

Tabella 3

Ħarsa ġenerali lejn l-investimenti magħmula mill-2001 sal-2012

F'1 000 ta' EUR

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Total 2001-2012

Investimenti fl-infrastruttura u t-tagħmir

Anlagenzugänge inkl. Umbuchungen

Art

3 174,00

6 488

 

2 994

4 284

3 086

8 613

593

 

[…]

 

 

 

Terminal

 

2 519

3 310

 

 

 

 

251

 

 

 

 

 

Ħangar tal-Merkanzija

 

 

3 850

 

3 222

 

 

 

 

 

 

 

 

Bini tal-uffiċċji

 

 

 

 

 

 

 

2 428

 

[…]

 

 

 

Investimenti fl-infrastruttura oħrajn

 

 

10 194

1 152

 

 

13 275

 

 

[…]

[…]

[…]

 

Superfiċje asfaltata fl-ajrudrom

1 008,30

5 684

 

 

3 394

 

10 224

2 848

 

[…]

[…]

 

 

Infrastruttura oħra

1 502,20

3 848

2 071

2 692

3 911

1 761

1 558

2 608

384

[…]

[…]

[…]

 

Assi intanġibbli (eż. IT)

6,1

14,50

28

219

487

45

170

121

20

[…]

[…]

[…]

7 108

Tagħmir

8 208,89

1 097,09

12 308,42

1 814,00

2 294,54

20 232

7 550

3 823

359

[…]

[…]

[…]

75 550

Total

13 899

19 650

31 761

8 871

17 592

25 123

41 390

12 673

763

17 289

19 346

7 930

216 287

(27)

It-Tabella 4 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati finanzjarji annwali tal-FFHG mill-2001 sal-2012.

Tabella 4

Riżultati finanzjarji annwali tal-FFHG bejn l-2001 u l-2012.

F'1 000 ta' EUR

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Rapport tal-introjtu

Dħul

10 077,61

14 908,11

22 574,22

29 564,18

36 859,08

43 479,85

41 296,34

45 383,60

42 036,70

43 281,58

43 658,38

40 983,45

Dħul ieħor (inkluż kumpens għall-mandat ta' politika pubblika u bejgħ ta' art)

7 771,31

5 514,63

3 686,87

3 039,35

3 618,93

6 097,29

5 436,58

4 858,16

11 540,36

14 554,55

9 313,99

21 390,92

Dħul totali

17 848,92

20 422,75

26 261,09

32 603,53

40 478,01

49 577,14

46 732,92

50 241,76

53 577,06

57 836,14

52 972,37

62 374,37

Spejjeż tal-materjal

– 7 092,39

– 10 211,13

– 12 560,46

– 14 601,17

– 17 895,97

– 24 062,81

– 22 491,85

– 25 133,61

– 24 979,59

– 27 650,17

– 20 017,99

– 21 871,65

Spejjeż tal-persunal

– 9 185,12

– 9 672,37

– 10 734,62

– 11 217,21

– 12 101,84

– 13 337,28

– 14 433,17

– 15 758,34

– 15 883,08

– 17 893,60

– 18 228,23

– 18 349,10

Spejjeż oħrajn (inkluż il-kummerċjalizzazjoni)

– 5 692,81

– 11 434,31

– 10 521,27

– 11 454,36

– 14 058,15

– 12 885,28

– 9 897,46

– 9 630,21

– 7 796,81

– 8 029,40

– 6 760,92

– 6 643,00

EBITDA

– 4 121,41

– 10 895,06

– 7 555,27

– 4 669,21

– 3 577,94

– 708,22

– 89,56

– 280,39

– 4 917,58

– 4 262,96

– 7 965,23

– 15 510,62

EBITDA (eskluż dħul ieħor)

– 11 892,72

– 16 409,69

– 11 242,13

– 7 708,56

– 7 196,87

– 6 805,51

– 5 526,13

– 5 138,56

– 6 622,78

– 10 291,59

– 1 348,76

– 5 880,30

Deprezzament

– 5 325,63

– 5 674,68

– 6 045,39

– 7 699,33

– 7 973,46

– 10 527,90

– 10 191,89

– 11 855,19

– 12 482,28

– 11 827,19

– 13 297,31

– 12 733,48

Riżultati finanzjarji (imgħax irċevut - imgħax imħallas)

– 2 896,64

– 3 013,42

– 4 006,57

– 4 105,53

– 4 548,42

– 4 588,16

– 5 235,30

– 5 693,02

– 4 915,39

– 2 778,06

– 5 063,04

– 8 177,54

Dħul u spejjeż straordinarji

– 431,54

– 206,00

– 10,46

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

– 272,55

0,00

0,00

Taxxi

– 580,13

– 204,74

– 215,18

– 323,82

– 228,44

– 242,33

– 245,00

– 238,66

– 257,45

– 240,85

– 231,03

– 277,52

Kopertura tal-ispejjeż minn Fraport permezz ta' trasferiment tal-qligħ u t-telf

13 355,35

19 993,90

17 832,87

16 797,89

16 328,26

16 066,61

15 761,75

18 067,26

5 621,37

0,00

0,00

0,00

Riżultat annwali (qligħ/telf)

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

– 7 114,17

– 10 855,69

– 10 626,14

– 5 677,92

3   DESKRIZZJONI TAL-FATTI U R-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(28)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ tkopri l-arranġamenti finanzjarji stabbiliti bejn l-2009 u l-2011 u qajmet il-mistoqsijiet li ġejjin:

(i)

l-ewwel, jekk il-linja ta' kreditu pprovduta mill-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate kinitx ipprovduta bil-kundizzjonijiet tas-suq u allura ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, jew, jekk kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, jekk tali għajnuna mill-Istat tistax titqies kompatibbli mas-suq intern;

(ii)

it-tieni, jekk is-self ipprovdut mill-ISB lill-FFHG u l-garanzija sottostanti pprovduta mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate lill-FFHG kinux mogħtija bil-kundizzjonijiet tas-suq, u għalhekk ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, jew, jekk kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, jekk tali għajnuna mill-Istat tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

3.1   Linja ta' kreditu pprovduta mill-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate

(29)

Sa mid-19 ta' Frar 2009 l-FFHG ġie inkluż fl-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate. L-għan tal-ippuljar ta' flus kontanti huwa li jiġi ottimizzat l-użu tal-likwidità fi ħdan id-diversi azjendi, fondazzjonijiet u impriżi pubbliċi tal-Istat Federali.

(30)

Il-parteċipazzjoni tad-diversi impriżi u fondazzjonijiet fl-ippuljar ta' flus kontanti hija bbażata fuq Memorandum ta' Qbil bejn l-impriża/il-fondazzjoni kkonċernata u l-Ministeru tal-Finanzi tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate. F'każ li d-domanda għal-likwidità tkun teċċedi l-fondi disponibbli fl-ippuljar ta' flus kontanti, id-differenza fil-likwidità tiġi ffinanzjata għal żmien qasir mis-suq kapitali.

(31)

Il-linja ta' kreditu attwali tal-FFHG fl-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate hija ta' EUR 45 miljun. Sal-25 ta' Marzu 2013, l-FFHG kien uża l-100 % (EUR 45 miljun) tal-linja ta' kreditu tiegħu.

3.2   Ir-rifinanzjament tas-self tal-FFHG minn Investitions- und Strukturbank tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate

(32)

Wara li l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate sar l-azzjonist maġġoritarju tal-FFHG, is-self fit-tul tiegħu ġie rrifinanzjat fl-2009 mill-ISB. Tlieta mis-selfiet, jiġifieri s-selfiet numru 1, 3 u 4 (ara t-Tabella 5) ingħataw b'rata tal-imgħax fissa għat-tul kollu tas-selfiet rispettivi, waqt li s-selfiet numru 2 u 5 għandhom rata tal-imgħax varjabbli. It-Tabella 5 tiġbor fil-qosor il-kundizzjonijiet tas-self mogħti mill-ISB.

Tabella 5

Is-self tal-FFHG mogħti mill-ISB

Le

Il-Bank

Ammont ta' self EUR […] miljun;

It-terminu

Rata tal-imgħax

Swap tal-imgħax

1

ISB

18,4

[madwar 8 snin]

[ > 3 %; < 4,5%]

 

2

ISB

20,0

[madwar 5 snin]

EURIBOR ta' [< 12]-il xahar b'żieda ta' [< 1 %]

[…]

3

ISB

2,5

[madwar sentejn]

[ > 3 %; < 4,5%]

 

4

ISB

25,9

[madwar 7 snin]

[ > 3 %; < 4,5%]

 

5

ISB

6,8

[madwar 3 snin]

EURIBOR ta' [< 12]-il xahar b'żieda ta' [< 1 %]

[…]

(33)

L-FFHG iffirma wkoll żewġ ftehimiet ta' swap tar-rati tal-imgħax mal-IKB Corportate Lab. Il-ftehimiet jiħħeġġjaw kontra l-fluttwazzjonijiet tal-parti varjabbli tar-rata tal-imgħax tas-selfiet numru 2 u 5 (ara t-Tabella 5), jiġifieri l-EURIBOR ta' sitt xhur u ta' tliet xhur rispettivament. Il-ftehimiet ta' swap ġew iffirmati fl-2004 u fl-2005 (b'relazzjoni mas-selfiet mogħtija dak iż-żmien, li ġew sostitwiti mill-finanzjament attwali).

(34)

Il-kundizzjonijiet tal-ħlas lura tad-diversi selfiet mogħtija mill-ISB ivarjaw. Is-selfiet numru 1, 3, 4 u 5 huma self amortizzat, waqt li s-self numru 2 huwa bullet loan li jitħallas lura mal-maturità. It-Tabella 6 tiġbor fil-qosor il-kundizzjonijiet tal-ħlas lura ta' dan is-self.

Tabella 6

Il-kundizzjonijiet tal-ħlas lura tas-self mill-ISB

Le

Il-Bank

Ammont ta' self EUR […] miljun;

Kundizzjonijiet tal-ħlas lura/data ta' maturità

1

ISB

18,4

Ħlas lura semiannwali fit-30 ta' Ġunju u fit-30 ta' Diċembru ta' kull sena, bl-aħħar rata ta' ħlas lura dovuta nhar […]

2

ISB

20,0

Bullet loan dovut nhar […]

3

ISB

2,5

Ħlas lura semiannwali fit-30 ta' April u fit-30 ta' Ottubru ta' kull sena, bl-aħħar rata ta' ħlas lura dovuta nhar […]

4

ISB

25,9

Ħlas lura semiannwali fit-30 ta' Ġunju u fit-30 ta' Diċembru ta' kull sena, bl-aħħar rata ta' ħlas lura dovuta nhar […]

5

ISB

6,8

Ħlas lura trimestrali ta' […], bl-aħħar rata ta' ħlas lura dovuta […]

(35)

Is-self kollu kien iggarantit 100 % mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate. Għall-għoti tal-garanziji l-FFHG iħallas primjum ta' garanzija ta' [0,5 % sa 1,5 %] fis-sena (“p.a.”) lill-garanti.

3.3   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna possibbli mill-Istat lill-FFHG

(36)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar kemm il-linja ta' kreditu pprovduta mill-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate imsemmija fit-Taqsima 3.1 u s-self u l-garanzija msemmija fit-Taqsima 3.2 huma kompatibbli mas-suq intern fin-nuqqas tal-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà għall-għajnuna operatorja taħt il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, jekk kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

4   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA

(37)

B'mod ġenerali, il-Ġermanja saħqet li l-ebda waħda miż-żewġ miżuri investigati f'din il-proċedura ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat billi ma ngħata ebda vantaġġ ekonomiku lill-FFHG meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha. Inkella, il-Ġermanja argumentat li jekk il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna fis-sens tat-Trattat, allura l-għajnuna għandha titqies kompatibbli mas-suq intern.

4.1   Is-sitwazzjoni speċifika tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn fl-2009

(38)

Il-Ġermanja qieset li s-sitwazzjoni speċifika tal-ajruport u l-isfond tal-miżuri finanzjarji kkonċernati jridu jittieħdu inkonsiderazzjoni meta jiġu vvalutat dawn il-miżuri finanzjarji kkonċernati. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja semmiet it-tliet ċirkustanzi li ġejjin:

(39)

L-ewwel nett, rigward l-isfond tal-miżuri, il-Ġermanja rrimarkat li l-FFHG kien iffinanzja l-maġġoranza tal-investimenti tiegħu matul u wara t-trasformazzjoni minn ajruport militari għal ajruport kummerċjali permezz ta' self. Għalhekk, skont il-Ġermanja, l-FFHG kellu ammont kbir ta' obbligi finanzjarji fit-tul, kuntrarju għal ajruporti oħrajn.

(40)

It-tieni nett, il-Ġermanja argumentat li r-rifinanzjament tas-self tal-FFHG ma setax jiġi evitat minħabba li Fraport kienet biegħet l-ishma tagħha lill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate mill-1 ta' Jannar 2009. Qabel il-bejgħ, il-ftehim dwar it-trasferiment tal-qligħ u t-telf (“Beherrschungs- und Gewinnabführungsvertrag”, PLTA) obbliga lil Fraport li tiżgura l-finanzjament tad-djun b'terminu twil tal-FFHG u li tkopri t-telf possibbli tiegħu. Il-Ġermanja ssoktat tispjega li wara li l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate kien akkwista l-ishma, dak il-PLTA kien intemm, u għalhekk ir-rifinanzjament tal-obbligi tal-FFHG kien neċessarju. Skont il-Ġermanja, b'dawn il-miżuri l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate kien qiegħed biss jimmira li jsostni l-qagħda finanzjarja tal-FFHG.

(41)

It-tielet nett, il-Ġermanja enfasizzat b'mod speċjali l-fatt li impriża privata kienet tiffinanzja l-FFHG f'kundizzjonijiet bħal dawn, l-istess kif għamel l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate, u li dawn il-kundizzjonijiet huma konformi mal-prinċipju ta' mutwanti tal-ekonomija tas-suq. Il-Ġermanja argumentat li l-Kummissjoni għandha tqis it-tranżazzjoni kummerċjali b'mod sħiħ u ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ partikolari, speċjalment il-fatt li l-Istat Federali għandu l-maġġoranza l-kbira tal-ishma.

4.2   In-natura tal-għajnuna tal-linja ta' kreditu pprovduta mill-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate

4.2.1   Il-finanzjament tal-ippuljar ta' flus kontanti

(42)

Il-Ġermanja ddikjarat li l-ippuljar ta' flus kontanti huwa strument finanzjarju stabbilit fl-2002 mill-Istat Federali. L-istituzzjonijiet u l-fondazzjonijiet tal-Istat Federali u l-impriżi kollha rregolati bil-liġi privata, li minnhom l-Istat Federali jippossedi iktar minn 50 %, jistgħu jipparteċipaw fl-ippuljar tal-flus kontanti. Il-Ġermanja spjegat li l-bilanċ tal-kont ta' kuljum tal-ippuljar ta' flus kontanti huwa ġestit mil-“Landeshauptkasse” tal-Istat Federali.

(43)

Il-Ġermanja qieset li l-ippuljar ta' flus kontanti mhuwiex iffinanzjat direttament mill-baġit tal-Istat Federali, imma mill-kontanti żejda tal-parteċipanti. Hija ssoktat tispjega li bilanċ pożittiv ta' flus kontanti fl-ippuljar ta' flus kontanti kien investit fis-swieq kapitali; bl-istess mod, defiċit jiġi bbilanċjat minn fondi miksuba fis-suq kapitali. Għalhekk il-Ġermanja saħqet li kwalunkwe appoġġ finanzjarju mill-ippuljar ta' flus kontanti ma jingħatax mir-riżorsi tal-Istat, u wkoll ma jkunx attribwibbli lill-Istat.

(44)

Il-Ġermanja pprovdiet ukoll dejta sabiex turi l-bilanċ ġenerali (id-depożiti ta' impriżi parteċipanti u l-linji ta' kreditu miġbuda) tal-ippuljar ta' flus kontanti kif miġbur fil-qosor fil-Figura 2.

Figura 2

L-iżvilupp ġenerali tal-finanzjament tal-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali 2009 — 2013 (f'miljuni ta' EUR)

Image 2

Bilanċ tal-faċilità tal-ippuljar tal-kontanti

Total tad-depożiti

Total ta’ linji ta’ kreditu miġbuda

ġ

300

200

100

0

– 100

– 200

– 300

– 400

– 500

– 600

– 700

– 800

Jan-09

Apr-09

Lul-09

Ott-09

Jan-10

Apr-10

Lul-10

Ott-10

Jan-11

Apr-11

Lul-11

Ott-11

Jan-12

Apr-12

Lul-12

Ott-12

Jan-13

Apr-13

Lul-13

Ott-13

4.2.2   Il-vantaġġ ekonomiku

(45)

Il-Ġermanja argumentat li l-FFHG ma kisibx vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat bl-inklużjoni tiegħu fl-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali. Skont il-Ġermanja, il-Komunikazzjoni dwar ir-Rata Referenzjali (14) ma għandhiex tiġi applikata b'mod strett għax din ma tqisx li l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate għandu l-maġġoranza l-kbira tal-ishma tal-FFHG.

(46)

Il-Ġermanja spjegat li anke jekk il-linja ta' kreditu ngħatat għal perjodu itwal, fil-prinċipju s-self huwa dovut kuljum. Għalhekk il-Ġermanja argumentat li l-linja ta' kreditu miġbuda tikkorrispondi għal self b'terminu qasir. Il-Figura 3 turi l-użu tal-linja ta' kreditu mill-FFHG.

Figura 3

Ħarsa ġenerali lejn il-ġbid mil-linja ta' kreditu tal-ippuljar ta' flus kontanti mill-FFHG bejn 03/2009 u 08/2013 (f'EUR)

Image 3

Linja ta’ kreditu miġbud

– 5 000 000

– 10 000 000

– 15 000 000

– 20 000 000

– 25 000 000

– 30 000 000

– 35 000 000

– 40 000 000

– 45 000 000

– 50 000 000

1.3.2009

1.5.2009

1.7.2009

1.9.2009

1.11.2009

1.1.2010

1.3.2010

1.5.2010

1.7.2010

1.9.2010

1.11.2010

1.1.2011

1.3.2011

1.5.2011

1.7.2011

1.9.2011

1.11.2011

1.1.2012

1.3.2012

1.5.2012

1.7.2012

1.9.2012

1.11.2012

1.1.2013

1.3.2013

1.5.2013

1.7.2013

(47)

Fir-rigward tal-klassifikazzjoni u tal-kollateralizzazzjoni tal-obbligi tal-ippuljar ta' flus kontanti, il-Ġermanja ddikjarat li l-obbligu tal-ippuljar ta' flus kontanti tal-FFHG huwa kklassifikat fl-istess livell tal-obbligi l-oħrajn kollha tiegħu. Il-Ġermanja rrimarkat li għalkemm mhuma meħtieġa ebda kollaterali mill-impriżi li jibbenefikaw mill-ippuljar ta' flus kontanti, dawn xorta jinsabu taħt is-sorveljanza tal-Istat Federali u l-Istat Federali, bħala l-azzjonist maġġoritarju tal-FFHG, dejjem jista' jitlob li s-self miġbud jiġi kollateralizzat. Barra minn hekk, il-Ġermanja rrimarkat li l-faċilitajiet tal-ippuljar ta' flus kontanti kienu prattika tas-suq normali u komuni ħafna. Fil-fehma tal-Ġermanja, l-ippuljar ta' flus kontanti għandu l-għan li jibbilanċja l-likwidità bejn il-kumpaniji fil-pussess tal-Istat Federali.

(48)

B'mod partikolari fir-rigward tal-indikazzjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ li fl-assenza ta' klassifikazzjoni l-marġni ta' riskju kellu jiġi stabbilit għal 1 000 punt bażi, il-Ġermanja argumentat li fil-fehma tagħha l-ebda azjenda privata ma żżid 1 000 punt bażi mar-rata bażi ta' self għal self mill-azzjonisti mogħti lil sussidjarja tagħha jekk tkun qiegħda tfittex l-interessi ekonomiċi u strutturali ta' azjenda. Il-Ġermanja żiedet li r-rata tal-imgħax għall-FFHG kienet tikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għar-Rata Medja tal-Indiċi ta' Matul il-Lejl Ewropea. Il-Figura 4 turi r-rata tal-imgħax mitluba mill-FFHG għall-użu tal-linja ta' kreditu fl-2012 u fl-2013.

Figura 4

Żvilupp tar-rata tal-imgħax mitluba mill-FFHG għall-użu tal-ippuljar ta' flus kontanti f'01/2012-08/2013

Image 4

Rata ta’ imgħax

1.1.2012

1.2.2012

1.3.2012

1.4.2012

1.5.2012

1.6.2012

1.7.2012

1.8.2012

1.9.2012

1.10.2012

1.11.2012

1.12.2012

1.1.2013

1.2.2013

1.3.2013

1.4.2013

1.5.2013

1.6.2013

1.7.2013

1.8.2013

0,400 %

0,350 %

0,300 %

0,250 %

0,200 %

0,150 %

0,100 %

0,050 %

0,000 %

(49)

Rigward l-indikazzjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-marġni ta' riskju normalment jiġi stabbilit abbażi ta' valutazzjoni tal-probabbiltà ta' inadempjenza mill-FFHG, il-Ġermanja rrimarkat li bl-inklużjoni tal-FFHG fl-ippuljar ta' flus kontanti, l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate ma tax self lil parti terza, imma offra self mill-azzjonisti lil sussidjarja tiegħu stess. Il-Ġermanja ssoktat tiddikjara li, bħala azzjonist, l-Istat Federali kien konxju sewwa tal-probabbiltà ta' inadempjenza mill-FFHG u ma kienx jeħtieġ valutazzjoni esterna, billi diġà kellu l-informazzjoni kollha neċessarja.

(50)

Il-Ġermanja pprovdiet ukoll il-klassifikazzjonijiet tal-FFHG stabbiliti abbażi tas-sistema ta' evalwazzjoni ta' kreditu (15) għall-perjodu 2009 — 2014, kif miġbur fil-qosor fit-Tabella 7 hawn taħt. Il-Ġermanja stqarret li dawn il-klassifikazzjonijiet ġew stabbiliti abbażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-FFHG ta' kull 31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti u tal-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju disponibbli.

Tabella 7

Ħarsa ġenerali lejn il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-FFHG fl-2009 sal-2014

Perjodu ta' żmien

Tul ta' żmien preżunt (16)

Klassifikazzjoni tal-kreditu awtonoma tal-FFHG

(skala ta' klassifikazzjoni ta' Moody's)

Klassifikazzjoni tal-kreditu aġġustata (17)

(skala ta' klassifikazzjoni ta' Moody's)

Mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2010

Sentejn

[Ba1 — B3] (18)

[Baa3-B2] (19)

Mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011

Sena

[Ba1 — B3] (18)

[Baa3-B2]4 (19)

Mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2012

Sena

[Ba1 — B3]

[Baa3-B2]

Mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2014

Sentejn

[Ba1 — B3]

[Baa3-B2]

Sors: Memorandum tal-KPMG tas-7 ta' Ġunju 2013.

(51)

Konsegwentement, il-Ġermanja argumentat li bl-inklużjoni tiegħu fl-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali, l-FFHG ma kiseb l-ebda vantaġġ ekonomiku, u li għalhekk l-aċċess għall-ippuljar ta' flus kontanti ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

4.3   Natura tal-għajnuna tas-self u tal-garanzija mogħtija lill-FFHG

4.3.1   Il-konformità tas-self mill-ISB mas-suq

(52)

Il-Ġermanja ddikjarat li l-FFHG ma kiseb l-ebda vantaġġ mir-rifinanzjament tas-self mill-ISB. Fl-opinjoni tal-Ġermanja, is-self mill-ISB kien paragunabbli mas-self mogħti minn Nassauische Sparkasse fl-2005. Skont il-Ġermanja, il-kollateralizzazzjoni tas-self mill-ISB ukoll kienet komparabbli mas-self ta' Nassauische Sparkasse.

(53)

Il-Ġermanja ddikjarat li, skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja (20), għajnuna hija ddefinita bħala interventi li jimmitigaw l-imposti li normalment jiġu inklużi fil-baġit ta' impriża. Il-Ġermanja argumentat li jekk dawn l-imposti jibqgħu fl-istess livell, ma jista' jkun hemm l-ebda għajnuna. Il-Ġermanja enfasizzat li l-imgħax imħallas fuq is-self rifinanzjat mill-ISB bħala total kien [EUR 80 000 sa EUR 130 000] ogħla meta mqabbel mal-arranġamenti ta' finanzjament preċedenti. Barra minn hekk, il-Ġermanja rrimarkat li l-FFHG kellu jħallas primjum ta' [300 — 340] u [340 — 410] punti bażi għar-rata bażi ta' self. Il-Ġermanja ddikjarat li, skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Rata Referenzjali, dawk ir-rati jikkorrispondu għal impriża bi klassifikazzjoni sodisfaċenti ([BB+ sa BB-] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Standard and Poor's) u għal livell baxx ta' kollateralizzazzjoni jew klassifikazzjoni dgħajfa ([B+ sa B-] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Standard and Poor's) u b'livell normali ta' kollateralizzazzjoni.

(54)

Il-Ġermanja spjegat li fl-2009, bi tħejjija għall-finanzjament il-ġdid, l-FFHG ikkummissjona lil Deutsche Bank sabiex jagħtih indikazzjoni tal-marġni ta' riskju għar-rifinanzjament tas-self eżistenti. Il-Ġermanja ssottomettiet il-valutazzjoni ta' Deutsche Bank (21), li kienet tħejjiet abbażi tal-iktar tliet rapport annwali riċenti (2006-2008) tal-FFHG. Barra minn hekk, il-Ġermanja spjegat li dik il-valutazzjoni ma qisitx il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-FFHG kif kien rivedut dak iż-żmien. Rigward il-valutazzjoni ta' Deutsche Bank, il-Ġermanja ddikjarat li abbażi tal-analiżi tiegħu Deutsche Bank iqiegħed l-FFHG fil-kategorija ta' klassifikazzjoni [<BBB+] (22), madankollu ma jispeċifikax klassifikazzjoni eżatta għall-kumpanija.

(55)

Il-Ġermanja ċċarat li fl-analiżi ta' Deutsche Bank tqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sjieda tal-FFHG (pereżempju li hija proprjetà tal-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll l-importanza kbira tal-kumpanija għall-ekonomija lokali). Il-Ġermanja rrimarkat li skont Deutsche Bank kwalunkwe mutwanti kieku jqis dawn iċ-ċirkostanzi meta jagħti self lill-FFHG. Skont il-Ġermanja dan ifisser li anke jekk il-klassifikazzjoni awtonoma tal-FFHG kienet ta' [<BBB+], il-klassifikazzjoni aġġustata (li tqis il-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sjieda) tkun ogħla. (23)

(56)

F'dan ir-rigward, il-Ġermanja ssoktat tiċċara li Deutsche Bank ta indikazzjoni tal-marġni ta' riskju applikabbli għal żewġ strutturi finanzjarji alternattivi — waħda bbażata fuq il-klassifikazzjoni aġġustata tal-FFHG (mingħajr kollateral, jiġifieri, b'referenza għal sitwazzjoni mingħajr garanzija tal-gvern espliċita pprovduta mill-azzjonist ewlieni tal-FFHG — l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate), u waħda b'garanzija ta' 100 % pprovduta mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate. Il-Ġermanja rrimarkat li l-analiżi ta' Deutsche Bank uriet li fl-ewwel każ (mingħajr kollateral, abbażi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu aġġustata) il-marġni ta' riskju applikabbli għal self ta' ħames snin ikun ta' bejn [1,3 % u 2,05 %] p.a. Skont il-Ġermanja, fit-tieni każ (b'garanzija li tkopri l-100 % tas-self) il-marġni ta' riskju applikabbli jkun ta' bejn [0,25 % u 0,7 %] p.a. (24)

(57)

Sabiex issostni l-analiżijiet imwettqa minn Deutsche Bank, il-Ġermanja pprovdiet ukoll il-klassifikazzjoni tal-2010 imħejjija minn Volksbank, li assenja lill-FFHG l-klassifikazzjoni ta' […] skont l-iskala ta' klassifikazzjoni interna tiegħu (25). Barra minn hekk, il-Ġermanja spjegat li fl-2011 Kreisspaarkasse Birkenfeld assenja lill-FFHG l-klassifikazzjoni ta' […] skont l-iskala ta' klassifikazzjoni tiegħu (26).

(58)

Il-Ġermanja pprovdiet ukoll il-klassifikazzjonijiet tal-FFHG stabbiliti abbażi tas-sistema ta' evalwazzjoni ta' kreditu ta' Moody's fiż-żmien li ngħata s-self mill-ISB (ara t-Tabella 8).

Tabella 8

Ħarsa ġenerali lejn il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-FFHG fiż-żmien li ngħata s-self mill-ISB

Il-Bank

It-terminu

Tul ta ' żmien fi snin

Il-klassifikazzjoni tal-kreditu awtonoma tal-FFHG

(skala ta' klassifikazzjoni ta' Moody's)

Klassifikazzjoni tal-kreditu aġġustata (27)

(skala ta' klassifikazzjoni ta' Moody's)

ISB

[madwar 8 snin]

[madwar 8 snin]

[B2 — Baa3]

[B1 — Baa2]

ISB

[madwar 5 snin]

[madwar 5 snin]

[B2 — Baa3]

[B1 — Baa2]

ISB

[madwar sentejn]

[madwar sentejn]

[B2 — Baa3]

[B1 — Baa2]

ISB

[madwar 7 snin]

[madwar 7 snin]

[B2 — Baa3]

[B1 — Baa2]

ISB

[madwar 3 snin]

[madwar 3 snin]

[B2 — Baa3]

[B1 — Baa2]

Sors: Memorandum tal-KPMG tas-7 ta' Ġunju 2013.

(59)

Il-Ġermanja argumentat li l-FFHG għandu jitqies bħala impriża bi klassifikazzjoni tajba għax għandu livell għoli ta' kollateralizzazzjoni (l-assi kollha tal-FFHG jistgħu jintużaw bħala kollateral) u proporzjon tajjeb ta' ekwità ta' madwar 30 % minkejja l-fatt li l-FFHG kien qiegħed jagħmel it-telf u minħabba li l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate — bħala azzjonist tal-FFHG — ipprovda garanzija għas-self.

(60)

Barra minn hekk, il-Ġermanja saħqet li l-FFHG u l-ISB innegozjaw il-kundizzjonijiet tas-self u li dawn in-negozjati ma kinux influwenzati mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate.

(61)

Konsegwentement, il-Ġermanja kienet tal-opinjoni li s-self mill-ISB mogħti lill-FFHG kien skont termini tas-suq, u li, għalhekk, dan is-self ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

4.3.2   Il-konformità tal-garanzija mogħtija mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate mas-suq

(62)

Il-Ġermanja ddikjarat li huwa komuni ħafna li kumpaniji azzjonarji jiggarantixxu l-obbligi finanzjarji ta' sussidjarja tagħhom. Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li l-garanzija tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate tissodisfa r-rekwiżiti tal-avviż ta' Garanzija (28). Waqt li ammettiet li l-garanzija kkollateralizzat il-100 % flok it-80 % tal-ammont misluf (bħalma jirrikjedi l-Avviż ta' Garanzija), il-Ġermanja rrimarkat li dan ġara minħabba l-fatt li l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate ħa f'idejh il-garanziji ta' Fraport li wkoll kienu jammontaw għal 100 %. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja ddikjarat li billi kienet diġà teżisti kollateralizzazzjoni ta' 100 %, meta ħa f'idejh il-kollateralizzazzjoni, l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate kien qiegħed biss iżomm l-istatus quo. Għalhekk, fil-fehma tal-Ġermanja, l-FFHG ma rċieva l-ebda vantaġġ ekonomiku.

(63)

Minbarra dan, il-Ġermanja argumentat li l-FFHG seta' offra kollaterali oħrajn (bħal artijiet, bini u assi fissi oħrajn), li ma kinux neċessarji minħabba li l-Istat Federali kellu l-maġġoranza l-kbira tal-ishma tal-FFHG. Għalhekk, il-Ġermanja saħqet li l-kundizzjonijiet tas-self ma kinux neċessarjament jinbidlu li kieku l-Istat Federali ma tax il-garanzija.

(64)

Barra minn hekk, il-Ġermanja rrimarkat li l-FFHG iħallas tariffa tas-suq għall-garanzija. Biex issostni dan, il-Ġermanja rreferiet għall-istudju ta' Deutsche Bank, kif imsemmi fil-premessa 56. F'dan il-kuntest, il-Ġermanja ċċarat li Deutsche Bank iddetermina li t-tariffa tal-garanzija tkun bejn [0,5 % u 1,5 %]. (29) Il-Ġermanja ddikjarat li minħabba li l-FFHG kien qiegħed jiżviluppa tajjeb meta nħarġet il-garanzija, it-tariffa ġiet stabbilita għal [0,5 % sa 1,5 %]. F'dan l-isfond, il-Ġermanja rrimarkat li, billi t-tariffa tal-garanzija tinsab fil-marġni ddeterminat mill-esperti ta' Deutsche Bank, din għandha titqies konformi mas-suq.

(65)

Bħala konklużjoni, il-Ġermanja enfasizzat li l-FFHG ma rċieva l-ebda vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat mill-ippuljar ta' flus kontanti jew mis-self mill-ISB jew mill-garanzija sottostanti.

4.4   Il-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq intern

4.4.1   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment

(66)

Il-Ġermanja argumentat li, anke jekk il-finanzjament mogħti lill-FFHG jikkostitwixxi għajnuna, dik l-għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

(67)

B'mod partikolari fir-rigward tas-self mill-ISB u tal-garanzija sottostanti, il-Ġermanja saħqet li s-self tal-ISB irrifinanzja ftehimiet eżistenti dwar self li ġew konklużi bil-għan li jiffinanzjaw miżuri infrastrutturali fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja argumentat li s-self nru 1 tal-ISB irrifinanzja self li kien maħsub sabiex jiffinanzja l-investimenti tal-2007 u tal-2008 fit-tagħmir tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn, waqt li s-self nru 2 tal-ISB kien maħsub sabiex jirrifinanzja self li ffinanzja investimenti li saru fl-ajruport fl-2002. Skont il-Ġermanja, is-self nru 3 tal-ISB ukoll irrifinanzja investimenti fit-trasformazzjoni ta' ħangar tal-merkanzija f'terminal tal-passiġġieri u f'miżuri oħrajn ta' estensjoni infrastrutturali. Il-Ġermanja argumentat ukoll li s-selfiet tal-ISB nru 4 u 5 irrifinanzjaw ukoll selfiet li jiffinanzjaw l-investimenti mill-2004 sal-2006. Għalhekk, il-Ġermanja argumentat li s-self ma kienx jikkostitwixxi għajnuna operatorja, imma għajnuna għall-investiment li tikkonforma mal-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà stipulati fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Il-premessi li ġejjin fihom l-analiżi ta' konformità ma' kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet.

a)   Il-kontribut lejn objettiv ta' interess komuni definit sewwa

(68)

Rigward il-kundizzjoni li l-miżura trid tikkontribwixxi lejn objettiv ta' interess komuni li huwa definit sew, il-Ġermanja argumentat li l-objettiv tal-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien dejjem li jtejjeb l-istruttura ekonomika tar-reġjun ekonomikament sottożviluppat u b'popolazzjoni baxxa ta' Hunsrück.

(69)

F'dan ir-rigward, il-Ġermanja ddikjarat li, l-ewwel nett, l-objettiv tal-appoġġ lill-FFHG kien li tgħin biex tingħeleb l-ekonomija strutturalment dgħajfa tar-reġjun ta' Hunsrück. Il-Ġermanja saħqet li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn huwa mdawwar b'għadd ta' żoni meqjusa bħala żoni li jeħtieġu appoġġ fi ħdan il-qafas ta' Gemeinschaftsaufgabe “Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur”  (30), kompitu kondiviż bejn il-gvernijiet federali u lokali. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja argumentat li l-erba' reġjuni madwar l-ajruport, jiġifieri Landkreis Bernkastel-Wittlich, Birkenfeld, Cochem-Zell u Rhein-Hunsrück-Kreis, għandhom bejn wieħed u ieħor biss nofs id-densità tal-popolazzjoni tal-bqija tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate. Il-Ġermanja rrimarkat li għal dawn id-distretti li l-ekonomija tagħhom hija magħmula minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, l-impjiegi huma l-ankra ewlenija kontra iktar tnaqqis fl-ekonomija reġjonali u l-ajruport ta' Frankfurt Hahn għandu rwol importanti bħala impjegatur u bħala klijent.

(70)

It-tieni, il-Ġermanja argumentat li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn għandu rwol importanti fl-iżvilupp strateġiku tat-turiżmu lejn l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate (– 33 % tal-passiġġieri li jikkorrispondu għal madwar miljun passiġġier fl-2005) u tat-turiżmu 'l barra minnu (– 67 % tal-passiġġieri). Il-Ġermanja ddikjarat li 88 % tal-passiġġieri li jidħlu qegħdin iqattgħu diversi ljieli fir-reġjun. Il-Ġermanja argumentat li t-turisti li daħlu fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn iġġeneraw madwar 5,7 miljun lejl fl-2005. (31) Skont il-Ġermanja l-għadd ta' ljieli kompla jiżdied, bl-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate jilqa' 8,2 miljuni barranin fl-2011, li ġġeneraw 21,5 miljun lejl. Il-Ġermanja rrimarkat li l-għadd ta' barranin mill-pajjiżi tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Ewropa, b'mod partikolari, żdied u li joperaw numru kbir ta' titjiriet minn dawn il-pajjiżi lejn Frankfurt Hahn. Dan wassal biex ġew iġġenerati madwar 198 000 impjieg mit-turiżmu f'Rhineland-Palatinate, skont il-Ġermanja. L-effetti katalizzati tad-dħul u tal-impjiegi joħorġu b'mod speċjali mit-turiżmu li jasal, li fih l-ajruport ta' Frankfurt Hahn għandu rwol ċentrali bħala l-bieb li minnu t-turisti jidħlu fir-reġjun ta' Hunsrück, imma wkoll f'Rhineland-Palatinate b'mod iktar ġenerali, kif spjegat il-Ġermanja. Il-Ġermanja ddikjarat li bejn l-1990 u l-2001 l-għadd ta' turisti żdied b'70 % fir-reġjun ta' Hunsrück u b'35 % f'Rhineland-Palatinate. Skont il-Ġermanja, matul l-istess perjodu, l-għadd ta' turisti li jiġu minn barra żdied b'163 % fir-reġjun ta' Hunsrück. Billi 88 % tat-turisti li jidħlu minn Frankfurt Hahn joqogħdu mill-inqas lejl wieħed u 80 % minn dawn iqattgħu anke bejn jumejn u għaxart ijiem, dawn jiġġeneraw benefiċċju totali ta' madwar EUR 133,7 miljun fis-sena. Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li t-turiżmu 'l barra (67 %) ukoll jiġġenera introjtu għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn permezz ta' dħul mhux mill-avjazzjoni.

(71)

It-tielet, il-Ġermanja ddikjarat li, meta jitqiesu l-partijiet kollha tal-attivitajiet tal-ajruport, fl-2012 l-ajruport ta' Frankfurt Hahn ħoloq 3 063 impjieg fir-reġjun ta' Hunsrück, li minnhom 74 % kienu pożizzjonijiet full-time. Skont il-Ġermanja, 90 % ta' dawn l-impjegati jgħixu wkoll fir-reġjun. Il-Ġermanja argumentat li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn jgħin fil-prevenzjoni tal-moviment ta' impjegati żgħażagħ kwalifikati lejn reġjuni oħrajn, kif ukoll ma jħallix il-komunitajiet reġjonali u l-infrastruttura tagħhom imorru lura ekonomikament u soċjalment. Barra minn hekk, il-Ġermanja rrimarkat li l-preżenza tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn mhux biss tipproduċi l-effetti diretti msemmija diġà fis-suq tax-xogħol, imma tħalli wkoll effetti enormi indiretti, indotti u katalizzanti permezz ta' numru li qiegħed jiżdied ta' attivitajiet ekonomiċi u turistiċi. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja semmiet effetti sekondarji pożittivi għar-reġjun, fosthom inqas qgħad u iktar kontribwenti tat-taxxa, li bihom il-muniċipalitajiet fir-reġjuni jirċievu iktar flus sabiex jgħinu l-ekonomija lokali. B'kollox, l-ajruport iġġenera madwar 11 000 impjieg għal Rhineland-Palatinate kollu kemm hu permezz tat-turiżmu li jidħol.

(72)

Il-Ġermanja argumentat li l-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn għen ukoll biex jintlaħaq l-objettiv ta' interess komuni li huwa definit sew li tingħeleb il-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru fiċ-ċentri ewlenin tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja indikat il-fatt li l-limiti tal-kapaċità tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn ġew kostantament maqbuża. Il-Ġermanja argumentat li, speċjalment fid-dawl tal-liċenzja li għandu biex jopera 24 siegħa kuljum, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien għalhekk qiegħed iservi sabiex jipprovdi kapaċità addizzjonali biex tittaffa l-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main.

(73)

Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li l-appoġġ għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn iservi l-objettiv ta' interess komuni li tiżdied il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja rrimarkat li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn huwa l-uniku ajruport Ġermaniż li joffri titjiriet diretti lejn Kaunas (il-Latvja), Kerry (l-Irlanda), Kos (il-Greċja), Montpellier (Franza), Nador (il-Marokk), Plovdiv (il-Bulgarija), Pula (il-Kroazja), Rodi (il-Greċja), Santiago de Compostela (Spanja) u Volos (il-Greċja). Barra minn hekk, skont il-Ġermanja, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn jikkontribwixxi għall-mobbiltà okkupazzjonali taż-żgħażagħ, li jistgħu jilħqu r-reġjun ta' Hunsrück u Rhineland-Palatinate bi prezzijiet baxxi. Bl-istess mod, il-Ġermanja indikat li universitajiet ta' kwalità għolja u istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja f'Koblenz, Mainz, Kaiserslautern, Trier, Wiesbaden, Mannheim, Bonn eċċ., fejn fil-parti l-kbira ma japplikaw l-ebda miżati għat-tagħlim, issa jistgħu jintlaħqu faċilment minn studenti minn madwar l-Unjoni.

(74)

Il-Ġermanja argumentat, barra minn hekk, li huwa wkoll ta' interess komuni li r-reġjun ta' Hunsrück u r-reġjuni tal-madwar f'Rhineland-Palatinate huma konnessi ma' reġjuni periferiċi oħrajn, pereżempju Limerick, kif diġà ġie mmanifestat permezz ta' sħubiji bejn l-ibliet. Bħala r-raba' l-ikbar ekonomija nazzjonali fid-dinja, il-Ġermanja ddikjarat li mhijiex qiegħda tiffoka biss fuq konnessjonijiet maċ-ċentri ewlenin Ewropej, imma wkoll fuq konnessjonijiet bejn ir-reġjuni nfushom. Skont il-Ġermanja, huwa importanti għall-Unjoni li ssir iktar indipendenti miċ-ċentri ewlenin bħal Heathrow, Charles de Gaulle, Schipol jew Frankfurt/Main, għax dan ikun ifisser mhux biss iktar konnessjonijiet diretti imma wkoll iktar affidabbiltà speċjalment għan-negozju tal-merkanzija billi l-ajruporti reġjonali huma inqas suxxettibbli għal kanċellazzjonijiet minħabba t-temp, strajks, terroriżmu jew kanċellazzjoni minħabba riskji ta' kanċellazzjoni.

(75)

Fl-aħħar nett, il-Ġermanja b'mod ġenerali enfasizzat li l-viċinanza tal-ajruport ta' Zweibrücken ma twassalx għal xogħol doppju minn ajruporti fl-istess żona ta' lħuq, minħabba d-distanza ta' 127 km bejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u l-ajruport ta' Zweibrücken. Skont il-Ġermanja, din id-distanza tfisser ħin ta' vvjaġġar ta' siegħa u 27 minuta bil-karozza, jew ta' madwar erba' sigħat bil-ferrovija. Għalhekk, il-Ġermanja argumentat li ebda ħaddiem, trasportatur tal-merkanzija jew turist raġonevoli li l-punt tat-tluq tiegħu jinsab fir-reġjun ta' Hunsrück mhu sejjer imur fl-ajruport ta' Zweibrücken flok f'dak ta' Frankfurt Hahn sabiex jilħaq id-destinazzjoni aħħarija tiegħu. Barra minn hekk, il-Ġermanja sostniet li, meta wieħed josserva t-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija bejn l-2005 u l-2012, ma jista' jiddeduċi l-ebda relazzjoni ta' sostituzzjoni bejn l-ajruporti. Skont il-Ġermanja, is-sehem ewlieni mis-suq tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn jiġi mir-reġjun Hunsrück-Mosel-Nahe (ara l-Figura 5).

Figura 5

Is-sehem mis-suq fit-trasport tal-passiġġieri bl-ajru tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn fl-2013  (*2)

Image 5

≼ 2 %

≽2 % sa 5 %

≽5 % sa 10 %

≽10 % sa 20 %

≽ 20 %

Ajruport

Flughafen Frankfurt- Hahn

Sehem mis-Suq 2013

(b)   L-infrastruttura hija neċessarja u proporzjonata għall-objettiv

(76)

Il-Ġermanja tqis li l-investimenti ffinanzjati huma neċessarji u proporzjonati għall-objettiv ta' interess komuni (ara l-premessa 68 u dawk segwenti). Skont il-Ġermanja, l-investimenti saru skont il-ħtiġijiet u l-infrastruttura mibnija kienet neċessarja għall-ajruport biex jiggarantixxi l-konnettività, jippermetti l-iżvilupp tar-reġjun u jtaffi l-konġestjoni tal-ajruport ta' Frankfurt Main. Il-Ġermanja rrimarkat li l-infrastruttura ma kinitx sproporzjonata jew lussuża żżejjed għall-ħtiġijiet ta' dawk li jużaw l-ajruport. Għalhekk, il-Ġermanja qieset li din il-kundizzjoni ta' kompatibbiltà kienet issodisfata.

(c)   L-infrastruttura toffri prospetti sodisfaċenti ta' użu fuq żmien medju

(77)

Il-Ġermanja sostniet li qabel ittieħdet id-deċiżjoni li tiġi estiża l-infrastruttura tal-ajruport, Fraport ikkummissjonat studji ta' previżjoni dwar it-traffiku sabiex tidentifika l-potenzjal tat-traffiku għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Il-Ġermanja pprovdiet dawn l-istudji li kienu tħejjew minn esperti tal-avjazzjoni għan-nom ta' Fraport. Il-Figura 6 u l-Figura 8 jiġbru fil-qosor ir-riżultati ta' wieħed minn dawn l-istudji rigward l-iżvilupp previst tat-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn bejn l-2000 u l-2011.

Figura 6

Total ta' passiġġieri potenzjali fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn bejn l-2000 u l-2010

Image 6

,

,

,

,

,

Passiġġieri (miljuni)

5,0

4,0

3,0

2,0

1,0

2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010

Charter

Prezz Baxx

Sors: SH&E

Total ta’ passiġġieri potenzjali fl-ajruport ta’ Hahn

,

,

,

,

,

,

Figura 7

Traffiku ta' passiġġieri potenzjali bi prezz baxx (taħt l-assunzjoni li Ryanair tistabbilixxi bażi li jkun ifisser li l-ajruport iservi ta' bażi/stazzjon għall-inġenji tal-ajru tagħha tul il-lejl) fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn bejn l-2001 u l-2011

Image 7

,

,

,

,

,

,

,

2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010

Traffiku Potenzjali bi Prezz Baxx

Xenarju 2: Ryanair jistabbilixxi bażi f’HHN

Sors: SH&E

Inġenji tal-ajru bbażati

Rotot eżistenti

,

,

,

,

3,5

3,0

2,5

2,0

1,5

1,0

0,5

Miljun passiġġieri

Figura 8

Total ta' traffiku ta' merkanzija potenzjali fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn bejn l-2001 u l-2010

Image 8

Dirottament minħabba limitu fuq il-ħin

Bit-trakkijiet

Tunnellati (f’’eluf)

400

350

300

250

200

150

100

50

0

2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010

Potenzjal ta’ Merkanzija fl-Ajruport ta’ Hahn

Merkanzija a bl-ajru

Sors: SH&E

(d)   Aċċess għall-infrastruttura b'mod ugwali u nondiskriminatorju

(78)

Skont l-informazzjoni mogħtija mill-Ġermanja, l-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura għandhom aċċess għall-ajruport skont termini ugwali u nondiskriminatorji. Il-Ġermanja argumentat li t-tariffi tal-ajruport imħallsin għall-użu tal-infrastruttura kienu bbażati fuq differenzjazzjoni kummerċjalment iġġustifikata u li l-iskeda tat-tariffi tal-ajruport hija disponibbli għall-utenti potenzjali kollha b'mod trasparenti u nondiskriminatorju.

(e)   Il-kummerċ ma jiġix affettwat b'mod kuntrarju għall-interess komuni

(79)

L-ewwel nett, il-Ġermanja ddikjarat li ma hemm l-ebda effetti ta' sostituzzjoni bejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u ajruporti oħrajn fiż-żona ta' lħuq, bħalma huma l-ajruport ta' Zweibrücken u l-ajruport ta' Frankfurt Main. Skont il-Ġermanja, ma kien hemm l-ebda effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni ma' dawn l-ajruporti bħala riżultat tal-għajnuna mogħtija lill-FFHG, kemm f'relazzjoni mat-traffiku ta' passiġġieri, kif ukoll f'relazzjoni mat-traffiku ta' merkanzija. Il-Ġermanja sostniet li, għall-kuntrarju, biex itiru ma' trasportaturi bi prezz baxx il-passiġġieri jippreferu jużaw ajruporti ċentrali (bħal Köln/Bonn jew Frankfurt Main) milli ajruporti reġjonali (bħal Frankfurt Hahn). Il-Ġermanja argumentat li fis-snin riċenti, trasportaturi bi prezz baxx kellhom dejjem iżjed jipprovdu iktar titjiriet lejn ċentri ewlenin billi l-linji tal-ajru tradizzjonali baxxew il-prezzijiet tagħhom u bdew jidħlu fis-suq tat-titjiriet bi prezz baxx. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja ddikjarat li l-ajruporti reġjonali, bħal Frankfurt Hahn, issa jinsabu taħt pressjoni ikbar biex jikkompetu ma' ajruporti ċentrali għal passiġġieri turisti. Għalhekk, il-Ġermanja kkonkludiet li l-finanzjament ma wassalx għal xi effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni, anzi għall-kuntrarju kien xieraq għat-tranżizzjoni tal-ajruport lejn mudell tan-negozju stabbli fil-futur.

(80)

It-tieni nett, il-Ġermanja argumentat li l-fatt li Fraport, qabel ma kkostitwiet ruħha fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn, kienet diġà l-operatur tal-ajruport ta' Frankfurt Main, juri li l-ebda movimenti ta' sostituzzjoni minn Frankfurt Main lejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kellhom ikunu mistennija. Minflok, Fraport kienet qiegħda tinvesti fil-possibbiltà li tnaqqas il-konġestjoni mill-ajruport ta' Frankfurt Main u li tuża l-funzjoni komplimentari, addizzjonali tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn, billi kien previst li ċ-ċentru ta' Frankfurt Main fil-futur kien sejjer ikun mgħobbi iktar milli jiflaħ. Skont il-Ġermanja, il-projbizzjoni tat-titjiriet billejl fl-ajruport ta' Frankfurt Main kienet wieħed mill-fatturi f'dan ir-raġunar billi l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kellu liċenzja biex jopera 24 siegħa kuljum.

(81)

Bħala konklużjoni, il-Ġermanja argumentat li l-effetti tal-finanzjament favur l-FFHG kienu limitati għall-effetti reġjonali pożittivi fuq ir-reġjun ta' Hunsrück kollu kemm hu, waqt li l-ebda effetti negattivi bla bżonn ma nħolqu fir-rigward ta' ajruporti oħrajn billi l-ajruport ta' Frankfurt Hahn qiegħed jintuża sabiex inaqqas il-konġestjoni minn Frankfurt Main. Barra minn hekk, il-Ġermanja ddikjarat li minbarra l-ajruport tal-Lussemburgu, li diġà huwa siegħa u nofs bogħod (111 km) mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn, m'hemmx ajruporti barranin oħrajn li qegħdin jikkompetu fl-istess żona ta' lħuq. Anke fir-rigward tal-Lussemburgu, l-għajnuna mogħtija ma għandha l-ebda effett negattiv ta' distorsjoni fuq il-kompetizzjoni skont il-Ġermanja.

(f)   Effett ta' inċentiv, neċessità u proporzjonalità

(82)

Il-Ġermanja ddikjarat li fl-assenza ta' għajnuna għall-investiment, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport jitnaqqas b'mod sinifikanti. Il-Ġermanja argumentat li l-għajnuna kienet neċessarja għax kienet tagħmel tajjeb biss għall-ispejjeż tal-finanzjament u ammont inqas kieku jwassal għal livelli iktar baxxi ta' investiment.

4.4.2   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja

(83)

Fis-17 ta' April 2014, il-Ġermanja tat il-fehmiet tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri taħt il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014. Il-Ġermanja argumentat li anke jekk l-ippuljar ta' flus kontanti, is-self u l-garanzija sottostanti kienu jikkostitwixxu għajnuna operatorja lill-FFHG, dik l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u t-taqsima 5.1.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014. Il-Ġermanja stabbiliet l-argumenti tagħha f'iktar dettall fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà rispettivi.

a)   Il-kontribut lejn objettiv ta' interess komuni definit sewwa

(84)

Fir-rigward tar-rekwiżit li l-għajnuna trid tikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni li huwa definit sew, il-Ġermanja argumentat li l-kopertura tal-ispejjeż tal-operat tal-FFHG dejjem kienet immirata lejn l-objettiv li tittejjeb l-istruttura ekonomika tar-reġjun ekonomikament sottożviluppat u b'popolazzjoni baxxa ta' Hunsrück. F'dan ir-rigward il-Ġermanja użat l-istess raġunar bħal fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment sabiex tiġi ffinanzjata l-infrastruttura tal-ajruport (ara t-taqsima 4.4.1).

b)   Ħtieġa ta' intervent mill-Istat

(85)

Il-Ġermanja spjegat għala Frankfurt Hahn qiegħed jagħmel telf operattiv li jeħtieġ li jiġi kopert. Il-Ġermanja ddikjarat li huwa objettiv pjuttost ambizzjuż għal ajruport bħal Frankfurt Hahn ta' bejn miljun u tliet miljun passiġġier li jagħmel profitt u li jkun kapaċi jkopri l-ispejjeż operattivi tiegħu. Skont il-Ġermanja, ma kienx possibbli li jinkiseb dan l-objettiv ambizzjuż fis-snin tal-bidu (jiġifieri fil-perjodu bejn il-bidu tat-traffiku kummerċjali ta' passiġġieri fl-ajruport sal-lum) tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn billi l-ajruport kien imtaqqal b'investimenti infrastrutturali għoljin ħafna li ffinanzjahom huwa stess fuq is-suq kapitali u li għalihom kellu jħallas imgħax għoli. Barra minn hekk, il-Ġermanja ddikjarat li minn mindu faqqgħet il-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija, kien hemm staġnar fit-traffiku tal-passiġġieri u b'mod speċjali f'tal-merkanzija.

(86)

Il-Ġermanja argumentat li fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkustanzi, kien hemm ħtieġa ta' intervent mill-Istat li jkopri t-telf operatorju għax inkella l-FFHG kien isir insolventi. Skont il-Ġermanja, dan kieku kien jirriżulta wkoll fl-irtirar tal-liċenzja tal-operat ta' 24 siegħa kuljum, li kien ifisser li l-FFHG kien ikollu jieqaf jopera t-titjiriet kollha, li kien iwassal għal telf ta' klijenti, bħalma huma linji tal-ajru u trasportaturi tal-merkanzija. Il-Ġermanja rrimarkat li mbagħad kien ikun ukoll diffiċli ferm li jinstab operatur ġdid għall-ajruport.

c)   L-adegwatezza tal-miżuri ta' għajnuna bħala strumenti ta' politika

(87)

Il-Ġermanja sostniet li l-kopertura tal-ispejjeż operattivi kienet miżura xierqa sabiex jintlaħaq l-objettiv maħsub. Il-Ġermanja argumentat f'dan ir-rigward li kieku l-ajruport ta' Frankfurt Hahn waqaf jopera u għeb mis-swieq rilevanti, l-objettivi ta' interess komuni segwiti li jiġi żviluppat ir-reġjun ta' Hunsrück u li jsiru investimenti għall-konverżjoni ma kinux jintlaħqu. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja enfasizzat li f'kuntrast ma' investitur privat, investitur pubbliku jrid jieħu dawn l-objettivi inkonsiderazzjoni hu u jqis l-alternattiva tal-għeluq tal-ajruport.

d)   L-eżistenza ta' effett ta' inċentiv

(88)

Il-Ġermanja argumentat li biex iżżomm l-ajruport ta' Frankfurt Hahn fl-operat, kien meħtieġ li tkopri l-ispejjeż operattivi tiegħu billi l-FFHG kieku kien isir insolventi. Il-Ġermanja ddikjarat li l-kopertura tal-ispejjeż tal-operat kienet ukoll il-bażi biex jiġu rrealizzati l-objettivi ta' interess komuni kif iddikjarati fil-premessa 84 u f'dawk segwenti. Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li mingħajr din l-għajnuna operatorja, il-konsolidazzjoni finanzjarja tal-ajruport kif prevista mill-operatur issa kienet tkun inkonċepibbli, billi l-ajruport kien ikun akkumula iktar u iktar dejn minflok ħeles mid-djun tiegħu. Skont il-Ġermanja, l-effett ta' inċentiv tal-miżuri diġà jidher mill-fatt li l-FFHG kontinwament qiegħed jagħmel progress lejn il-profittabbiltà.

e)   Il-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu)

(89)

Il-Ġermanja argumentat li kwalunkwe element ta' għajnuna li kien hemm fis-self kien limitat għat-telf operatorju tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn u kien jirrappreżenta l-minimu assolut neċessarju sabiex l-ajruport jinżamm miftuħ u ma jitħalliex isir insolventi.

f)   Evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

(90)

Il-Ġermanja qieset li ma kienx hemm effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. F'dan ir-rigward il-Ġermanja użat l-istess raġunar bħal fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment sabiex tiġi ffinanzjata l-infrastruttura tal-ajruport (ara t-taqsima 4.4.1).

5   KUMMENTI MINGĦAND PARTIJIET TERZI

5.1   L-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate

(91)

Il-Kummissjoni rċeviet biss kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ mingħand l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate. Dawn il-kummenti kienu konformi mal-kummenti tal-Ġermanja.

(92)

L-ewwel nett, l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate iddikjara li l-FFHG ma rċieva l-ebda għajnuna mill-Istat għax ma kisibx vantaġġ ekonomiku. L-Istat Federali argumenta li l-miżuri meħuda minnu kienu jittieħdu minn kwalunkwe investitur privat fl-istess sitwazzjoni. Huwa enfasizza bil-qawwa li l-proċedura tal-Kummissjoni qiegħda tillimita l-iżvilupp potenzjali tal-FFHG u tan-negozju tiegħu. L-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate saħaq fuq l-importanza tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn għat-turiżmu li jasal u għall-ekonomija tal-Istat Federali.

(93)

Skont l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate, anke li kieku tingħata għajnuna mill-Istat lill-FFHG, din tkun kompatibbli mas-suq intern. Fil-fehma tal-Istat Federali, il-finanzjament kien intiż sabiex jiżviluppa l-infrastruttura tal-ajruport, li hija ta' interess ekonomiku kbir għall-Istat Federali.

(94)

Għalhekk, l-Istat Federali huwa tal-opinjoni li anke jekk il-Kummissjoni tkun tal-fehma li kienet involuta għajnuna mill-Istat, din għandha tiġi kkunsidrata għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artiklu 107(3)(c) tat-Trattat u titqies kompatibbli mas-suq intern.

5.2   Kummenti dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 għall-każ pendenti

5.2.1   Il-Lufthansa

(95)

Il-Lufthansa saħqet li l-Kummissjoni għandha tapplika l-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-2004 (32) f'dan il-każ. Skont il-Lufthansa l-miżuri jinvolvu għajnuna kontinwa ta' salvataġġ illegali u inkompatibbli implimentata mill-Istat Federali Rhineland-Palatinate favur l-FFHG. Il-Lufthansa ddikjarat li l-ajruport minn dak iż-żmien baqa' jġarrab telf annwali u mingħajr appoġġ pubbliku kien ikollu joħroġ mis-suq.

5.2.2   Trasport u Ambjent

(96)

Din l-organizzazzjoni nongovernattiva għamlet kummenti li jikkritikaw il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-industrija tal-avjazzjoni sa issa, għall- allegati effetti negattivi tagħhom fuq l- ambjent.

6   VALUTAZZJONI

(97)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.”

(98)

Il-kriterji stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżuri jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, jeħtieġ li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin. L-appoġġ finanzjarju jrid:

(a)

jingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat,

(b)

jiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti,

(c)

joħloq distorsjoni jew jhedded li joħloq distorsjoni għall-kompetizzjoni, u

(d)

jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1   In-natura tal-għajnuna tal-linja ta' kreditu pprovduta mill-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate

6.1.1   Il-kunċett ta' impriża u l-attività ekonomika

(99)

Skont każistika stabbilita, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tistabbilixxi jekk l-FFHG hijiex impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-kunċett ta' impriża jkopri kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u mill-mod kif tiġi ffinanzjata. (33) Kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti jew servizzi f'suq partikolari titqies bħala attività ekonomika. (34)

(100)

Fis-sentenza tagħha fil-kawża Leipzig/Halle Airport tagħha, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-operat ta' ajruport għal fini kummerċjali u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport jikkostitwixxu attività ekonomika. (35) Ladarba operatur ta' ajruport jinvolvi ruħu f'attivitajiet ekonomiċi billi joffri servizzi bi ħlas fl-ajruport, irrispettivament mill-istatus legali tiegħu jew mill-mod kif jiġi ffinanzjat, huwa jikkostitwixxi impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u, għalhekk, ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat jistgħu jiġu applikati għal vantaġġi mogħtija mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat lil dak l-operatur tal-ajruport. (36)

(101)

Rigward il-mument li minnu l-kostruzzjoni u l-operat ta' ajruport ikunu saru attività ekonomika, l-iżvilupp gradwali tal-forzi tas-suq fis-settur tal-ajruporti ma jippermettix li tiġi stabbilita data preċiża. Madankollu, il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet l-evoluzzjoni fin-natura tal-attivitajiet fl-ajruport u fis-sentenza tagħha L-ajruport ta' Leipzig/Halle, il-Qorti Ġenerali sostniet li mis-sena 2000 'il quddiem l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport ma setgħetx tibqa' tiġi eskluża. Konsegwentement, mid-data tas-sentenza fil-kawża Aéroports de Paris (12 ta' Diċembru 2000) (37), l-operat u l-bini tal-infrastruttura tal-ajruport għandhom jitqiesu bħala attività ekonomika li taqa' fi ħdan l-ambitu tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

(102)

F'dan ir-rigward, l-ajruport li huwa soġġett għal din id-Deċiżjoni huwa operat mill-FFHG, l-amministratur tal-ajruport, fuq bażi kummerċjali. L-amministratur tal-ajruport, l-FFHG, jitlob lill-utenti sabiex iħallsu għall-użu ta' dik l-infrastruttura. L-FFHG għalhekk huwa impriża għall-finijiet tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

6.1.2   Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà mogħtija lill-Istat

(103)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-miżura inkwistjoni għandha tiġi ffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li tingħata l-miżura għandha tkun imputabbli lill-Istat.

(104)

Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi permezz tas-setgħat mogħtija lilu. (38) Ir-riżorsi tal-awtoritajiet lokali huma, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat, riżorsi tal-Istat. (39)

(105)

Il-Ġermanja l-ewwel argumentat li l-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate mhuwiex iffinanzjat direttament mill-baġit pubbliku tal-Istat Federali. Hija sostniet li l-fondi kollha fl-ippuljar ta' flus kontanti jew ġejjin minn impriżi parteċipanti jew jinkisbu fil-forma ta' self fuq is-suq kapitali. F'sottomissjoni sussegwenti, il-Ġermanja ddikjarat li l-fondi miġbuda mill-ippuljar ta' flus kontanti mill-FFHG mhumiex koperti b'garanzija mill-Istat Federali, billi l-fondi huma direttament ipprovduti mir-riżorsi tal-Istat Federali. (40)

(106)

Il-Kummissjoni tqis li fil-każ preżenti, f'kull ħin l-Istat eżerċita kontroll dirett jew indirett fuq ir-riżorsi tal-ippuljar ta' flus kontanti, bil-konsegwenza li dawn kienu jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. L-ewwel, il-Ġermanja nnifisha argumentat li l-linja ta' kreditu pprovduta mill-ippuljar ta' flus kontanti kienet iffinanzjata direttament mir-riżorsi tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate. Għalhekk, il-miżura inkwistjoni kienet iffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat.

(107)

It-tieni, biss l-impriżi li fihom l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate għandu maġġoranza azzjonarja (tal-inqas 50 % tas-sjieda) jistgħu jipparteċipaw fl-ippuljar ta' flus kontanti. Minħabba l-maġġoranza ta' proprjetà pubblika, l-impriżi parteċipanti huma b'mod ċar impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE. (41) Billi l-impriżi kollha parteċipanti huma għalhekk impriżi pubbliċi, ir-riżorsi tagħhom jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. Dan il-fatt waħdu jfisser li l-fondi tal-ippuljar ta' flus kontanti, sa fejn huma magħmulin minn depożiti mqiegħda mill-impriżi parteċipanti, jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat.

(108)

It-tielet, f'każ li d-depożiti tal-impriżi parteċipanti fl-ippuljar ta' flus kontanti ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' likwidità ta' parteċipant, l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate jikseb finanzjament fuq terminu qasir fis-swieq finanzjarji f'ismu u jgħaddi dawn il-fondi lill-impriżi parteċipanti fl-ippuljar ta' flus kontanti. Billi l-Istat Federali jieħu s-self neċessarju f'ismu stess, irid jitqies li l-fondi miksuba b'dan il-mod jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat ukoll. Kif jidher fil-Figura 2, bejn l-2009 u l-2013 (minbarra Awwissu 2012 u Settembru 2013) id-depożiti tal-impriżi parteċipanti fl-ippuljar ta' flus kontanti ma kinux biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' likwidità tal-parteċipanti kollha u l-Istat Federali kellu jieħu s-self neċessarju f'ismu stess.

(109)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-finanzjament ipprovdut mill-ippuljar ta' flus kontanti huwa ffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat, billi kemm id-depożiti tal-impriżi parteċipanti kif ukoll is-self meħud mill-Istat Federali sabiex isolvi n-nuqqasijiet ta' likwidità fl-ippuljar ta' flus kontanti jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat.

(110)

Barra minn hekk jidher ċar li l-Istat Federali kellu kontroll estensiv fuq l-operat tal-ippuljar ta' flus kontanti, bil-konsegwenza li l-finanzjament ipprovdut lill-impriżi parteċipanti huwa imputabbli lill-Istat. Il-ftehim għall-parteċipazzjoni fl-ippuljar ta' flus kontanti huwa konkluż bejn l-Istat Federali u l-impriżi involuti. Id-deċiżjoni li impriża titħalla tipparteċipa fl-ippuljar ta' flus kontanti għalhekk tittieħed direttament mill-Istat Federali. L-Istat Federali jiddeċiedi wkoll fuq l-ammont massimu li impriża parteċipanti tista' tiġbed mill-ippuljar ta' flus kontanti fil-forma ta' linja ta' kreditu. Barra minn hekk, l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate jamministra direttament l-operat ta' kuljum tal-ippuljar ta' flus kontanti permezz tal-“Landeshauptkasse”, li hija istituzzjoni tal-Ministru tal-Finanzi tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate. Il-“Landeshauptkasse” wkoll jirrappreżenta uffiċjalment lill-Istat Federali meta jikseb fondi fis-suq sabiex ikopri nuqqasijiet ta' likwidità fl-ippuljar ta' flus kontanti.

(111)

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li l-Istat huwa kapaċi jikkontrolla direttament l-attivitajiet tal-ippuljar ta' flus kontanti, u b'mod speċjali l-kwistjoni ta' liema impriża tista' tipparteċipa u l-linja ta' kreditu individwali mogħtija lil kull impriża parteċipanti. Għalhekk id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni fl-ippuljar ta' flus kontanti u sa fejn twassal dik il-parteċipazzjoni huma imputabbli lill-Istat.

6.1.3   Il-vantaġġ ekonomiku

(112)

Vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat. (42) Huwa biss l-effett tal-miżura fuq l-impriża li huwa rilevanti, mhux il-kawża jew l-objettiv tal-intervent mill-Istat. (43)

(113)

Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja ta' impriża titjieb bħala riżultat ta' intervent mill-Istat, ikun hemm vantaġġ. Inkella, “il-kapital impoġġi direttament jew indirettament għad-dispożizzjoni ta' impriża mill-Istat f'ċirkostanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq ma jistax jitqies bħala għajnuna mill-Istat” (44)

(114)

Sabiex jiġi vverifikat jekk impriża bbenefikatx minn vantaġġ ekonomiku li rriżulta mill-għoti ta' self jew kwalunkwe forma oħra ta' finanzjament b'dejn, il-Kummissjoni tapplika l-kriterju tal-“prinċipju ta' mutwanti tal-ekonomija tas-suq”. Għalhekk, il-Kummissjoni trid tevalwa jekk il-kundizzjonijiet tal-ippuljar ta' flus kontanti mogħtija lill-FFHG jagħtux vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb f'kundizzjonijiet normali tas-suq.

(115)

Il-Ġermanja argumentat li l-“prinċipju ta' mutwanti tal-ekonomija tas-suq” kien ġie rrispettat bis-sħiħ peress li l-ippuljar ta' flus kontanti jipprovdi finanzjament bil-kundizzjonijiet tas-suq. Rigward il-parteċipazzjoni tal-FFHG fl-ippuljar ta' flus kontanti, il-Ġermanja spjegat li l-ippuljar ta' flus kontanti jaħdem kif ġej: L-FFHG jitlob fondi mill-ippuljar ta' flus kontanti li jiżgurawlu l-likwidità, u l-Istat Federali jipprovdi dawn il-fondi mill-ippuljar ta' flus kontanti. Ir-rati tal-imgħax imposti fuq l-FFHG huma rati ta' self b'avviż ta' ħlas lura hekk kif jintalab abbażi tas-suq (45), fil-livell disponibbli għall-Istat Federali nnifsu, kif muri fil-Figura 4.

(116)

Fejn id-depożiti tal-impriżi parteċipanti ma jkunux biżżejjed biex ikopru t-talba, l-Istat Federali jirriforni l-ippuljar ta' flus kontanti billi jieħu self f'ismu stess. Il-Ġermanja ssoktat tispjega li l-Istat Federali essenzjalment jgħaddi l-kundizzjonijiet li jikseb fis-suq kapitali lill-parteċipanti tal-ippuljar ta' flus kontanti, biex hekk jippermetti lill-parteċipanti — l-impriżi tal-Istat Federali li fihom l-Istat Federali għandu l-maġġoranza tal-ishma — li jirrifinanzjaw lilhom infushom bl-istess kundizzjonijiet tal-Istat Federali nnifsu, mingħajr l-ebda kunsiderazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tagħhom. Barra minn hekk, il-finanzjament huwa disponibbli għall-impriżi għal perjodu ta' żmien indefinit.

(117)

Fid-dawl ta' dan il-mekkaniżmu, jingħata vantaġġ lill-FFHG fejn il-kundizzjonijiet li bihom l-Istat Federali jagħti self mill-ippuljar ta' flus kontanti huma iktar favorevoli minn dawk disponibbli għall-FFHG fis-suq. Il-kundizzjonijiet għas-self mill-ippuljar ta' flus kontanti huma l-istess bħal dawk disponibbli għall-Istat Federali biex jirrifinanzja lilu nnifsu. Meta jitqies li l-Istat Federali, bħala awtorità pubblika, jista' jissellef b'rati favorevoli ħafna (billi kważi ma hemm ebda riskju ta' inadempjenza u l-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Istat Federali tikkorrispondi għal AAA (46)), il-Kummissjoni tqis li r-rata li biha l-FFHG jista' jikseb self mill-ippuljar ta' flus kontanti hija iktar favorevoli minn dik li kieku hija disponibbli għaliha. Dan huwa sostnut ukoll bil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-FFHG bejn l-2009 u l-2014 ipprovduti mill-Ġermanja u mogħtija fil-qosor fit-Tabella 7, li turi li l-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-FFHG tvarja bejn […]. Għalhekk, is-self mill-ippuljar ta' flus kontanti kien disponibbli b'kundizzjonijiet aħjar minn dawk li l-affidabbiltà tal-kreditu tal-FFHG kieku tiġġustifika. Barra minn hekk, l-FFHG ma għandux għalfejn jipprovdi kollateral għal dan is-self. Għalhekk, meta ħalla lill-FFHG jipparteċipa fl-ippuljar ta' flus kontanti u meta tah self taħt il-linja ta' kreditu, l-Istat Federali ta vantaġġ ekonomiku. (47)

6.1.4   Selettività

(118)

L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jirrikjedi li, sabiex miżura tiġi definita bħala għajnuna mill-Istat, trid tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi”.

(119)

Billi d-dritt tal-parteċipazzjoni fl-ippuljar ta' flus kontanti ngħata biss lill-FFHG (u lil impriżi oħrajn li fihom l-Istat Federali huwa l-azzjonist maġġoritarju), il-miżura hija selettiva skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.1.5   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(120)

Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li qegħdin jikkompetu fil-kummerċ intra-UE, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu li ġew affettwati minn dik l-għajnuna. Skont il-każistika stabbilita (48), biex miżura tfixkel il-kompetizzjoni biżżejjed li r-riċevitur tal-għajnuna jikkompeti ma' impriżi oħrajn fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni.

(121)

Kif ġie vvalutat fil-premessa 102 u f'dawk segwenti, l-operat ta' ajruport huwa attività ekonomika. Il-kompetizzjoni sseħħ, minn naħa, bejn l-ajruporti sabiex jattiraw il-linji tal-ajru u t-traffiku tal-ajru korrispondenti (passiġġieri u merkanzija) u, min-naħa l-oħra, bejn l-amministraturi tal-ajruporti, li jistgħu jikkompetu bejniethom sabiex jiġu inkarigati bil-ġestjoni ta' ajruport partikolari. Barra minn hekk, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasportaturi bi prezz baxx u l-operaturi charter, ajruporti li ma jinsabux fl-istess żoni ta' lħuq jew li jinsabu saħansitra fi Stati Membri differenti jistgħu jkunu wkoll f'kompetizzjoni ma' xulxin sabiex jattiraw dawn il-linji tal-ajru.

(122)

Id-daqs tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn (bejn 2,7 u 3,8 miljun passiġġier matul il-perjodu li qiegħed jiġi kkunsidrat, ara t-Tabella 1) u l-fatt li hu qrib ta' ajruporti oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-ajruport ta' Frankfurt Main, l-ajruport tal-Lussemburgu, l-ajruport ta' Zweibrücken, l-ajruport ta' Saarbrücken u l-ajruport ta' Köln-Bonn, (49) jippermettu l-konklużjoni li l-finanzjament jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jħalli effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Hemm titjiriet internazzjonali mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn lejn għadd ta' destinazzjonijiet internazzjonali kif stabbilit fil-premessa 73. Ir-runway fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn hija twila biżżejjed (3 800 m) biex tintuża minn inġenji tal-ajru kbar u tippermetti l-linji tal-ajru li jaqdu destinazzjonijiet internazzjonali f'distanzi medji u saħansitra twal.

(123)

Barra minn hekk, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn iservi ta' ajruport tal-merkanzija, u jimmaniġġja madwar 200 000 tunnellata ta' merkanzija bl-ajru fis-sena u 500 000 tunnellata ta' merkanzija, inkluż it-trasport ta' merkanzija, bħala total (ara t-Tabella 2). F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li t-trasport tal-merkanzija normalment huwa iktar mobbli mit-trasport tal-passiġġieri. (50) B'mod ġenerali, iż-żona ta' lħuq tal-ajruporti tal-merkanzija titqies li għandha raġġ ta' mill-inqas 200 kilometru dawramejt u ħin ta' vvjaġġar ta' sagħtejn. Abbażi tal-informazzjoni tal-Kummissjoni, l-atturi industrijali ġeneralment iqisu li ż-żona ta' lħuq ta' ajruport tal-merkanzija tista' tkun saħansitra ikbar billi sa nofstanhar sewqan (fi kliem ieħor, sa 12-il siegħa sewqan bit-trakkijiet) ġeneralment ikun aċċettabbli sabiex l-ispedizjonieri jużaw ajruport għat-trasport tal-merkanzija. (51) Għalhekk, billi l-ajruporti tal-merkanzija huma iktar funġibbli mill-ajruporti tal-passiġġieri, għaliex biżżejjed għall-merkanzija bl-ajru li titwassal f'ċerta żona u mbagħad tittieħed minn spedizjonieri bit-triq jew bil-ferrovija lejn id-destinazzjoni finali tagħha, il-Kummissjoni tqis li hemm riskju ikbar ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni u ta' effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(124)

Abbażi tal-argumenti ppreżentati fil-premessi 120 sa 123, il-vantaġġ ekonomiku li jirċievi l-FFHG isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu vis-à-vis l-kompetituri tiegħu fis-suq tal-Unjoni għall-forniment ta' servizzi tal-ajruport. F'dan l-isfond, il-vantaġġ mogħti lill-FFHG permezz tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali għandu jitqies li jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jħalli effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1.6   Konklużjoni

(125)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 99 sa 124, il-Kummissjoni tqis li l-linja ta' kreditu mogħtija mill-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali lill-FFGH tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.2   In-natura tal-għajnuna tal-garanzija ta' 100 % għas-self mill-ISB mogħtija mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate lill-FFHG

(126)

Is-self mill-ISB ivvalutat fit-taqsima 6.3 huwa ggarantit mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate (il-garanti), li fl-istess ħin huwa l-azzjonist ewlieni (82,5 %) fl-FFHG. Kull waħda mill-ħames selfiet tal-ISB ġiet ikkollateralizzata b'garanzija li tkopri 100 % tal-pretensjonijiet tal-bank. Għall-għoti tal-garanziji l-FFHG iħallas primjum ta' garanzija ta' [0,5 % sa 1,5 %] p.a. lill-garanti.

6.2.1   L-applikabbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport

(127)

Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa 99 u f'dawk segwenti, l-FFHG għandu jiġi kkunsidrat li jikkostitwixxi impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.2.2   Ir-riżorsi tal-istat u l-imputabbiltà lill-Istat

(128)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-miżura inkwistjoni trid tkun iffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li tingħata l-miżura għandha tkun imputabbli lill-Istat.

(129)

Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi permezz tas-setgħat mogħtija lilu. (52) Ir-riżorsi tal-awtoritajiet lokali huma, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat, riżorsi tal-Istat. (53)

(130)

Kull garanzija pubblika tinvolvi telf potenzjali ta' riżorsi mill-Istat. Billi l-garanzija tal-gvern ta' 100 % inħarġet direttament mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate, din kienet mogħtija mir-riżorsi tal-Istat u hija wkoll imputabbli lill-Istat.

6.2.3   Il-vantaġġ ekonomiku

(131)

Skont il-punt 3.2 tal-Avviż ta' Garanzija, garanzija tal-gvern individwali mhijiex għajnuna meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: “(a) Min jissellef ma jkunx f'diffikultà finanzjarja […], (b) Il-limitu tal-garanzija jista' jitkejjel sewwa meta jingħata. […] (c) Il-garanzija ma tkoprix iktar minn 80 % tas-self jew obbligu finanzjarju ieħor dovut […], (d) Titħallas garanzija għall-prezz orjentat għas-suq […]” .

(132)

F'dan il-każ l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate jipprovdi garanzija ta' 100 % sabiex jikkollateralizza s-self mogħti mill-ISB favur l-FFHG. Il-garanzija għalhekk teċċedi l-livell limitu ta' 80 % tas-self dovut.

(133)

Il-Ġermanja argumentat li għalkemm is-self ġie kkollateralizzat permezz ta' garanzija tal-gvern ta' 100 %, l-FFHG iħallas prezz tas-suq għall-garanzija, u għaldaqstant ma jirċievi l-ebda vantaġġ. Bħala prova ta' dan, il-Ġermanja pprovdiet valutazzjoni mwettqa minn Deutsche Bank. Bħalma hemm iddikjarat fil-premessa 153, Deutsche Bank assenja lill-FFHG klassifikazzjoni ta' [<BBB+]. Din il-valutazzjoni ġiet ikkonfermata minn żewġ banek oħrajn u mill-klassifikazzjoni assenjata mis-sistema ta' evalwazzjoni ta' kreditu ta' Moody's (ara l-premessi 157 u 158). Madankollu, Deutsche Bank ikkalkula li l-marġni ta' riskju applikabbli għal self ta' ħames snin ikun bejn [1,30 % u 2,05 %] p.a. Kif ġie spjegat fit-taqsima 6.3.2, il-marġni ta' riskju applikabbli għal self ikkollateralizzat minn garanzija tal-gvern ta' 100 % ikun bejn [0,25 % u 0,7 %] p.a. Skont il-Ġermanja, id-differenza fil-marġni bejn iż-żewġ sitwazzjonijiet tagħti indikazzjoni tal-prezz tal-garanzija tal-gvern ta' 100 %. Għalhekk id-differenza stmata minn Deutsche Bank hija fil-firxa ta' [0,6 % sa 1,8 %] p.a. (54).

(134)

Skont il-punt 4.2, it-tieni subparagrafu, tal-Avviż ta' Garanzija, il-vantaġġ jista' jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax tas-suq speċifiku li l-FFHG kien ikollu jerfa' mingħajr il-garanzija u r-rata tal-imgħax miksuba permezz tal-garanzija tal-gvern wara li jkun tqies kwalunkwe primjum imħallas.

(135)

Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Rata Referenzjali, għal kumpanija fil-kategorija ta' klassifikazzjoni dgħajfa (B) u b'kollateralizzazzjoni normali (55) japplika marġni ta' riskju ta' 4 % p.a. Id-differenza bejn il-marġni ta' riskju applikabbli skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Rata Referenzjali u l-marġni ta' riskju impost għas-self mill-ISB flimkien mar-rata ta' garanzija effettivament imposta mill-Istat Federali tagħti indikazzjoni tal-vantaġġ li l-FFHG rċieva permezz tal-garanzija tal-Istat ta' 100 %. Din id-differenza tammonta, għas-self numru 2 u 5, għal [1,5 % sa 3,5 %] p.a. (56) u [1,5 % sa 3,5 %] p.a. (57) rispettivament u, għal self numru 1, 3 u 4, għal [1,5 % sa 3,5 %] p.a. (58) Barra minn hekk, l-FFHG ma ħallas ebda tariffa bankarja (ġeneralment bejn [5 u 30] punt bażi (59)). Jidher ċar li taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, l-FFHG kien ikollu jħallas primjum ta' garanzija bħal dan (jiġifieri [0,5 % sa 1,5 %] p.a.) sabiex jikseb garanzija fuq is-self tiegħu mingħand parti terza. Għalhekk il-garanzija b'mod ċar tinvolvi vantaġġ.

(136)

Billi l-garanzija maħruġa mill-Istat Federali tkopri l-100 % tas-self dovut u l-FFHG iħallas primjum inqas mill-prezz tas-suq, dan kiseb vantaġġ ekonomiku li mill-bqija mhuwiex disponibbli fis-suq. L-ammont ta' dan il-vantaġġ huwa ekwivalenti għad-differenza bejn il-marġni ta' riskju applikabbli skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Rata Referenzjali u l-marġni ta' riskju impost għas-self mill-ISB flimkien mar-rata ta' garanzija attwalment imposta mill-Istat Federali u tariffa bankarja.

6.2.4   Selettività

(137)

Billi l-garanzija tal-gvern ta' 100 % ingħatat biss lill-FFHG, il-miżura trid tiġi kkwalifikata bħala selettiva min-natura tagħha.

6.2.5   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(138)

Għall-istess raġunijiet kif spjegat fil-premessa 120 u f'dawk segwenti, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe vantaġġ ekonomiku selettiv mogħti lill-FFHG jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa n-negozju bejn l-Istati Membri.

6.2.6   Konklużjoni

(139)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 127 sa 138, il-Kummissjoni tqis li l-garanzija tal-Istat maħruġa mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate sabiex tkopri l-100 % tas-self pendenti mill-ISB tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.3   In-natura tal-għajnuna tas-self mogħti mill-ISB lill-FFHG

6.3.1   L-applikabbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport

(140)

Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa 99 u f'dawk segwenti, l-FFHG għandu jiġi kkunsidrat li jikkostitwixxi impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.3.2   Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà mogħtija lill-Istat

(141)

L-ISB huwa 100 % proprjetà tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate. Għal din ir-raġuni huwa jikkostitwixxi impriża pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2006/111/KE u għalhekk is-self mogħti minnu jista' jitqies iffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat.

(142)

Jidher ċar li l-Istat kellu kontroll estensiv fuq l-operat tal-ISB, bil-konsegwenza li s-self mogħti minnu huwa imputabbli lill-Istat. L-ISB huwa l-bank tal-iżvilupp tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate u għandu rwol fundamentali fil-politika tal-iżvilupp reġjonali. Skont §3 (1) tal-istatut tal-bank, ir-rwol tal-ISB huwa li jappoġġja lill-Istat Federali fil-politika finanzjarja, ekonomika, reġjonali, tat-trasport, ambjentali u tal-impjiegi tiegħu. F'dan il-każ, is-self mill-ISB irrifinanzja self preċedenti li ngħata lill-FFHG sabiex jiffinanzja miżuri infrastrutturali fl-ajruport.

(143)

Barra minn hekk, minbarra żewġ rappreżentanti tal-Kamra tas-Snajja' kif ukoll tal-Kamra tal-Industrija u l-Kummerċ, il-bord ta' sorveljanza tal-ISB (“Verwaltungsrat”) jikkonsisti f'ħames rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi (inklużi żewġ segretarji tal-istat fil-Ministeru tal-Finanzi tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate u l-Ministeru tal-Ekonomija, Trasport, Agrikoltura u Vitikultura tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate), li jiżguraw is-sorveljanza tal-attivitajiet tal-ISB mill-Istat. Barra minn hekk, il-bord konsultattiv tiegħu (“Beirat”) jikkonsisti f'rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi.

(144)

Apparti dan, is-self mill-ISB kien kopert b'garanzija tal-Istat ta' 100 % maħruġa mill-Istat Federali (ara t-Taqsima 6.2).

(145)

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li l-Istat kien kapaċi jikkontrolla l-attivitajiet tal-ISB u ma jistax jiġi assunt li ma kienx ġie involut f'deċiżjoni importanti dwar il-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-deċiżjoni li jiġi rrifinanzjat is-self preċedenti tal-FFHG permezz ta' self mill-ISB hija imputabbli lill-awtoritajiet pubbliċi.

6.3.3   Il-vantaġġ ekonomiku

(146)

Sabiex jiġi vverifikat jekk impriża bbenefikatx minn vantaġġ ekonomiku li rriżulta mill-għoti ta' self, il-Kummissjoni tapplika l-kriterju tal-prinċipju ta' mutwanti tal-ekonomija tas-suq. Skont dak il-prinċipju, dejn kapitali li jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta' kumpanija mill-Istat, direttament jew indirettament, f'ċirkostanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq, ma għandux jitqies bħala għajnuna mill-Istat. (60)

(147)

Il-prinċipju ta' mutwanti f'ekonomija tas-suq jiddetermina x'tagħmel kumpanija privata ta' daqs paragunabbli f'sitwazzjoni paragunabbli. Dan jimmira li jidentifika u jissepara dawk il-miżuri finanzjarji meħuda mill-Istat li kieku ma kinux jittieħdu minn investitur privat minn dawk li huma finanzjarjament raġonevoli, u għalhekk kienu jittieħdu minn investitur privat, sabiex jiddetermina jekk hemmx vantaġġ ekonomiku.

(148)

Skont il-prattika ta' teħid ta' deċiżjonijiet tagħha (61), sabiex tiddetermina jekk il-finanzjament ivvalutat kienx ingħata f'kundizzjonijiet favorevoli, il-Kummissjoni tista' — fin-nuqqas ta' indikaturi oħra — tqabbel ir-rata tal-imgħax fuq is-self inkwistjoni ma' dawk stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rata Referenzjali.

(149)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rata Referenzjali tistabbilixxi metodu sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta' referenza u ta' skont li huma applikati bħala indikatur tar-rata tas-suq. Madankollu, minħabba li r-rati fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rata Referenzjali tal-Kummissjoni jiffunzjonaw bħala indikatur, fejn f'każ speċifiku l-Kummissjoni jkollha indikaturi oħra tar-rata tal-imgħax li l-mutwatarju jista' jikseb fis-suq, tista' tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq dawk l-indikaturi.

(150)

F'dan il-każ, il-Kummissjoni trid tevalwa jekk il-kundizzjonijiet tas-self mill-ISB (kif miġbura fil-qosor fit-Tabella 5) ikkollateralizzat b'garanzija tal-gvern ta' 100 % jagħtux xi vantaġġ ekonomiku addizzjonali lill-FFHG, li l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb f'kundizzjonijiet normali tas-suq. Il-konformità mas-suq tal-kundizzjonijiet tal-garanzija tal-gvern ta' 100 % mogħtija mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate ġiet ivvalutata fit-taqsima 6.2.

(151)

Il-Ġermanja argumentat li s-self mill-ISB ġie konkluż skont termini tas-suq paragunabbli ma' dawk tas-self li rrifinanzja (ara l-premessa 52 u dawk segwenti). F'dan ir-rigward, il-Ġermanja ddikjarat li l-kundizzjonijiet tas-self mill-ISB kienu paragunabbli mas-self mogħti minn Nassauische Sparkasse fl-2005, li ġie kollateralizzat b'mod paragunabbli għas-self mill-ISB. Għaldaqstant, il-Ġermanja saħqet li, billi l-imgħax pagabbli fuq is-self mill-ISB kien fl-istess livell tal-imgħax fuq is-self li s-self tal-ISB irrifinanzja, ma jista' jkun hemm l-ebda vantaġġ favur l-FFHG.

(152)

Barra minn hekk, il-Ġermanja spjegat li fl-2009, bi tħejjija għall-finanzjament il-ġdid, l-FFHG ikkummissjona lil Deutsche Bank sabiex jipprovdi indikazzjoni tal-marġni ta' riskju għar-rifinanzjament tas-self eżistenti tiegħu waqt li jqis il-garanzija ta' 100 % mogħtija mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate.

(153)

F'konformità mal-metodoloġija sottostanti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rata Referenzjali, il-Kummissjoni hija tal-fehma li rati tal-imgħax tas-self jistgħu jitqiesu li huma konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq meta s-self jiġi pprezzat b'rata daqs jew ogħla minn rata normattiva ddefinita mill-formula li ġejja:

Rata normattiva = rata bażi + marġni ta' riskju + tariffa

(154)

Ir-rata bażi tirrappreżenta l-ispejjeż għall-banek talli jipprovdu likwidità (spiża għall-finanzjament). Fil-każ ta' finanzjament b'rata fissa (jiġifieri meta r-rata tal-imgħax tiġi ffissata għal kemm idum is-self), ikun xieraq li r-rata bażi tiġi ddeterminata abbażi ta' rati ta' swap (62) b'maturità u valuta li jikkorrispondu mal-maturità u l-munita tad-dejn. Il-marġni ta' riskju jikkumpensa lill-mutwanti għar-riskji marbuta mal-finanzjament b'dejn speċifiku, b'mod partikolari r-riskju ta' kreditu. Il-marġni ta' riskju jista' jinkiseb minn kampjun xieraq ta' firxiet ta' CDS (63) relatati ma' entitajiet ta' referenza bi klassifikazzjoni simili. Fl-aħħar nett, ikun xieraq li jiżdiedu 10-20 punt bażi bħala approssimazzjoni għat-tariffi bankarji li l-kumpaniji ġeneralment ikollhom iħallsu (64).

Adegwatezza tal-marġni ta' riskju skont il-klassifikazzjoni

(155)

Sabiex ikun determinat jekk ġiex miżjud primjum ta' riskju xieraq mar-rata bażi, jeħtieġ li tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni tal-impriża. L-FFHG mhuwiex ikklassifikat minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Il-Ġermanja, madankollu, argumentat li, fl-indikazzjoni tal-marġni ta' riskju ta' Deutsche Bank, il-bank ivvaluta wkoll l-affidabbiltà tal-kreditu tal-FFHG. Abbażi tal-analiżi li għamel Deutsche Bank tar-rapporti finanzjarji tal-FFHG mill-2006 sal-2008, din tqiegħed l-FFHG fil-kategorija ta' klassifikazzjoni ta' [<BBB+]. Madankollu din ma tispeċifikax klassifikazzjoni eżatta għall-kumpanija.

(156)

Il-Kummissjoni tinnota li l-kategorija ta' klassifikazzjoni [<BBB+] tinkludi l-klassifikazzjonijiet kollha inqas minn [BBB+]. Għalhekk, il-klassifikazzjoni [<BBB+] tal-FFHG skont Deutsche Bank tista' tiġi interpretata kif imiss bħala kwalunkwe klassifikazzjoni inqas minn [BBB+] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Standard & Poor's.

(157)

Minbarra l-analiżi ta' Deutsche Bank, il-Ġermanja ssottomettiet indikazzjonijiet ta' klassifikazzjoni għall-FFHG imwettqa minn żewġ banek oħrajn. Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-banek ukoll assenjaw lill-FFHG il-kategorija ta' klassifikazzjoni ta' [<BBB+]. Fl-2010 Volksbank assenja lill-FFHG klassifikazzjoni ta' […] skont l-iskala ta' klassifikazzjoni interna tiegħu (dik il-klassifikazzjoni tikkorrispondi għal [B sa BB] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Standard & Poor's). Fl-2011 Kreissparkasse Birkenfeld assenja lill-FFHG klassifikazzjoni ta' […] skont ir-rata ta' klassifikazzjoni tiegħu (dik il-klassifikazzjoni tikkorrispondi għal [B- sa BB-] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Standard & Poor's).

(158)

Fl-aħħar nett, il-Ġermanja pprovdiet klassifikazzjonijiet tal-FFHG stabbiliti skont is-sistema ta' evalwazzjoni ta' kreditu ta' Moody's abbażi tad-dejta disponibbli fiż-żmien meta ngħata s-self mill-ISB (ara t-Tabella 8). Dawn il-klassifikazzjonijiet jikkonfermaw il-klassifikazzjoni [<BBB+] assenjata minn Deutsche Bank u jvarjaw bejn [B2] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Moody's (ekwivalenti għal [B] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Standard & Poor's) u [Baa3] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Moody's (ekwivalenti għal [BBB-] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Standard & Poor's).

(159)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 153 sa 158, il-Kummissjoni tqis li l-klassifikazzjoni tal-FFHG ma tikkorrispondix għal iktar minn [BBB-] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Standard & Poor's.

(160)

Madankollu, sabiex tiddetermina jekk, flimkien ma' xi vantaġġ possibbli mogħti permezz tal-garanzija tal-gvern ta' 100 % (ara t-taqsima 6.2), is-self mill-ISB tax xi vantaġġ lill-FFHG, il-klassifikazzjoni tal-emittent tal-garanzija tal-gvern ta' 100 % (jiġifieri l-klassifikazzjoni tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate) trid tittieħed inkonsiderazzjoni għax inkella l-vantaġġ li joħroġ mill-garanzija tal-gvern jitqies darbtejn. Kif inhu ddikjarat fil-premessa 117, l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate għandu klassifikazzjoni ta' AAA.

(161)

Għalhekk, billi s-self mill-ISB ingħata fuq sfond ta' garanzija tal-gvern, il-Kummissjoni tqisha ħaġa xierqa li tiddetermina l-marġni ta' riskju abbażi ta' EUR bonds ta' ħames snin tal-German Länder (li jammontaw għal [5 sa 25] punt bażi). Il-Kummissjoni tissokta tosserva li fl-analiżi tiegħu Deutsche Bank żied primjum ta' riskju ta' [5 sa 25] punt bażi minħabba l-fatt li s-self ma kienx mogħti direttament mill-Istat Federali, imma kien biss kollateralizzat b'garanzija tal-Istat ta' 100 %, kif ukoll bi primjum addizzjonali ta' [5 sa 25] punt bażi għan-negozjabbiltà limitata tad-dejn. Il-Kummissjoni tqis li dawn huma assunzjonijiet raġonevoli u li l-marġni ta' riskju li jirriżulta ta' bejn [20 punt bażi u 70] punt bażi huwa xieraq meta titqies l-affidabbiltà tal-kreditu tal-emittent tal-garanzija.

Il-konformità tas-self mill-ISB numru 2 u 5 mas-suq

(162)

Rigward is-self mill-ISB numru 2 u 5 li għandu rati varjabbli, ir-rata tal-imgħax attwali hija l-EURIBOR flimkien ma' marġni ta' riskju ta' [0.35 %-0,55 %] p.a. u [0,25 %-0,45 %] p.a., rispettivament. Il-marġni ta' riskju għas-self mill-ISB numru 2 kien jaqa' fil-medda ddeterminata minn Deutsche Bank, waqt li l-marġni ta' riskju għas-self mill-ISB numru 5 kien erba' punti bażi taħt il-primjum ta' riskju ddeterminat minn Deutsche Bank. Ebda tariffa bankarja ma kienet imposta fuq xi waħda minn dawn iż-żewġ selfiet mill-ISB. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li r-rata imposta għall-għoti taż-żewġ selfiet tipprovdi element (għalkemm żgħir) ta' vantaġġ (ir-rata tal-imgħax imħallsa għas-self numru 2 tidher li kienet bejn [10-30] punt bażi taħt ir-rata ta' referenza u għas-self numru 5 bejn [5-25] punt bażi).

Il-konformità tas-self mill-ISB numru 1, 3 u 4 mas-suq

(163)

Il-Kummissjoni tinnota li r-rata tal-imgħax tas-self mill-ISB numru 1, 3 u 4 hija fissa. Billi t-tliet selfiet kollha huma amortizzanti, sabiex tiġi stabbilita l-maturità rilevanti tas-self inkwistjoni, l-amortizzazzjoni tas-self trid tittieħed inkonsiderazzjoni.

(164)

Il-Kummissjoni għal dan il-għan ikkalkulat il-ħajja medja ponderata (WAL) tas-self, li tindika l-għadd medju ta' snin li kull ewro jdum pendenti. Id-WAL tas-self numru 1 ġiet ikkalkulata ta' 3,92 snin, id-WAL tas-self numru 3 ta' 1,17 snin u d-WAL tas-self numru 4 ta' 3,29 snin.

(165)

Sabiex iddeterminat ir-rata bażi tas-self numru 1 billi d-WAL tagħha jammonta għal 3,92 snin, il-Kummissjoni użat rata ta' swap tal-EUR għal erba' snin (65) bħala indikatur. Għas-self numru 3, tintuża r-rata ta' swap tal-EUR għal sena (66) bħala l-eqreb approssimazzjoni għad-WAL tiegħu ta' 1,17 snin. Għas-self numru 4, tintuża r-rata ta' swap għal tliet snin (67) bħala approssimazzjoni tad-WAL tiegħu ta' 3,29 snin. Ir-rati ta' swap rilevanti ttieħdu minn Bloomberg, għall-ġurnata meta s-self kien miġbud. (68) Il-valuri tar-rati ta' swap korrispondenti kienu kif ġej: [2 %-3 %] għas-self numru 1, [1 %-1,5 %] għas-self numru 3, u [1,5 %-2,5 %] għas-self numru 4. (69)

(166)

Dak l-approċċ iwassal għal rata ta' referenza għal self numru 1 (b'garanzija tal-Istat ta' 100 %) ta' [2,5 %-4,5 %] (70), għal self numru 3 (b'garanzija tal-Istat ta' 100 %) ta' [1,5 %-3 %] (71) u għal self numru 4 (b'garanzija tal-gvern ta' 100 %) ta' [2 %-3,5 %] (72).

(167)

Is-self numru 1, 3 u 4 kien mogħti b'rati ogħla sewwa minn dawn ir-rati ta' referenza kkalkulati (is-self numru 1 bi [> 3 %; < 4,5 %], is-self numru 3 bi [> 3 %; < 4,5 %] u s-self numru 4 bi [> 3 %; < 4,5 %]) u l-Kummissjoni tqis dak il-fatt bħala indikazzjoni li s-self kien tassew konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, u b'hekk teskludi l-eżistenza ta' vantaġġ.

6.3.4   Selettività

(168)

Billi s-self mill-ISB numru 2 u 5 kienu mogħtija taħt kundizzjonijiet preferenzjali lill-FFHG biss, il-miżuri jridu jiġu kkwalifikati li kienu ta' natura selettiva.

6.3.5   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(169)

Għall-istess raġunijiet kif spjegat fil-premessa 120 u f'dawk segwenti, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe vantaġġ ekonomiku selettiv mogħti lill-FFHG jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa n-negozju bejn l-Istati Membri.

6.3.6   Konklużjoni

(170)

Fid-dawl tal-premessi 140 sa 169 hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-self mill-ISB numru 1, 3 u 4 ingħata b'rati li jistgħu jitqiesu konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, u b'hekk teskludi l-eżistenza ta' xi vantaġġ. Għalhekk, billi l-kriterji kumulattivi tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat mhumiex issodisfati, il-Kummissjoni tqis li dan is-self mill-ISB ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(171)

Fid-dawl tal-premessi 140 sa 169 hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-self mill-ISB numru 2 u 5 kien mogħti b'rata inqas minn dik ta' referenza. Għalhekk, billi l-kriterji l-oħrajn fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma ssodisfatti, il-Kummissjoni tqis li dan is-self mill-ISB jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (għalkemm f'ammont żgħir).

6.4   Legalità tal-għajnuna

(172)

Skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kwalunkwe pjan li jagħtu jew li jbiddlu l-għajnuna, u ma għandhomx jimplimentaw il-miżuri proposti qabel ma l-proċedura ta' notifika tirriżulta f'deċiżjoni finali.

(173)

Billi l-fondi mogħtija mill-ippuljar ta' flus kontanti b'termini privileġġjati, is-self mill-ISB numru 2 u 5 u l-garanzija tal-Istat ta' 100 % diġà tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-FFHG, il-Kummissjoni tqis li l-Ġermanja ma rrispettatx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. (73)

6.5   Kompatibbiltà

6.5.1   L-applikabbiltà tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar

(174)

Il-Lufthansa tqis li l-Kummissjoni għandha tapplika l-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar hi u tivvaluta l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat inkwistjoni.

(175)

Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni fihom regoli speċifiċi u dettaljati dwar il-finanzjament pubbliku tal-ajruporti, inkluża l-għajnuna operatorja. Kif jiddikjara l-punt 117 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, ajruporti iżgħar jista' jkollhom diffikultà biex jiżguraw il-finanzjament tal-operat tagħhom mingħajr appoġġ pubbliku, minħabba spejjeż fissi għoljin (diskrepanza tal-likwidità).

(176)

Anke jekk wieħed kellu japplika xorta waħda l-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar fil-każ ta' għajnuna lil ajruport, dawn mhumiex applikabbli f'dan il-każ minħabba li l-FFHG ma kienx impriża f'diffikultà.

(177)

Skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-2014 (74), il-Kummissjoni twettaq eżami tal-miżuri ta' għajnuna abbażi tal-linji gwida applikati fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna. Billi, f'dan il-każ, l-għajnuna ngħatat bejn l-2009 u l-2011 (jiġifieri sew qabel il-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-2014 f'Il-Ġurnal Uffiċjali), il-Kummissjoni tkun trid teżamina jekk l-FFHG jistax jitqies bħala impriża f'diffikultà abbażi tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-2004 (jiġifieri, il-linji gwida li kienu fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna).

(178)

Skont il-punt 10 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-2004, impriża titqies li tkun f'diffikultà fejn, fil-każ ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata, iktar minn nofs il-kapital irreġistrat tagħha jkun sparixxa u iktar minn kwart ta' dak il-kapital ikun intilef fit-12-il xahar preċedenti, jew fejn l-impriża tissodisfa l-kriterji taħt il-liġi domestika biex titqiegħed taħt proċedimenti kollettivi ta' insolvenza.

(179)

F'dan il-każ, ebda waħda miż-żewġ kundizzjonijiet ma ġiet issodisfata fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna. Il-kapital irreġistrat tal-FFHG, li huwa kumpanija b'responsabbiltà limitata, baqa' stabbli b'EUR 50 miljun tul il-perjodu mill-2007 sal-2010, u wera xi ftit tnaqqis minn EUR 50 miljun għal EUR 44 miljun fl-2011 u EUR 38 miljun fl-2012. L-FFHG lanqas ma ssodisfa l-kriterji taħt il-liġi domestika tiegħu biex ikun soġġett għal proċedimenti kollettivi ta' insolvenza.

(180)

Ir-riżultati finanzjarji mogħtija fil-qosor fit-Tabella 4 ma jissuġġerixxux li l-FFHG għandu jkun ikkunsidrat bħala impriża f'diffikultà. F'dan ir-rigward, skont il-punt 11 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-2004, impriża tista' titqies li hija f'diffikultà anke fejn il-kundizzjonijiet tal-punt 10 ma jkunux issodisfati, b'mod partikolari fejn is-sinjali tas-soltu ta' impriża li tinsab f'diffikultà jkunu preżenti, bħal żieda fit-telf, tnaqqis fil-fatturat, tnaqqis fil-fluss tal-flus, dejn dejjem jiżdied, imposti dejjem ogħla fuq l-imgħax, eċċ. Madankollu, f'dan il-każ, minkejja t-tnaqqis fin-numru ta' passiġġieri minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika, ir-riżultati finanzjarji tal-FFHG urew li għamel progress lejn il-profittabbiltà.

(181)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessa 175 u f'dawk segwenti, il-Kummissjoni tqis li l-FFHG ma jistax jiġi kkunsidrat bħala impriża f'diffikultà fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna, u l-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-2004 għaldaqstant mhumiex applikabbli.

6.5.2   L-applikabbiltà tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 u tal-2005

(182)

L-Artikolu 107(3) tat-Trattat jipprevedi ċerti eżenzjonijiet għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat li l-għajnuna mill-Istat mhijiex kompatibbli mas-suq intern. L-għajnuna inkwistjoni tista' tiġi vvalutata abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, li jistipula li: “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta' ċerti oqsma ekonomiċi, fejn tali għajnuna ma taffettwax b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni” , tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern.

(183)

F'dan ir-rigward, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jiffurmaw qafas li fuqu jiġi vvalutat jekk għajnuna lil ajruporti tistax tiġi ddikjarata kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

(184)

Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni tqis li l-“Avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat illeġittima” (75) japplika għall-għajnuna għall-investiment illeġittima mogħtija lill-ajruporti. F'dan ir-rigward, jekk l-għajnuna għall-investiment illeġittima tkun ingħatat qabel l-4 ta' April 2014, il-Kummissjoni tapplika r-regoli dwar il-kompatibbiltà li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna għall-investiment illeġittima. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 fil-każ ta' għajnuna għall-investiment illeġittima mogħtija lill-ajruporti qabel l-4 ta' April 2014. (76)

(185)

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ddikjarat fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 li “l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat illeġittima” ma għandhomx japplikaw għal każijiet pendenti ta' għajnuna operatorja illegali lil ajruporti mogħtija qabel l-4 ta' April 2014. Minflok, il-Kummissjoni sejra tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operatorja (in-notifiki pendenti u l-għajnuna illegali mhux innotifikata) lill-ajruporti, anki jekk l-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014 u l-bidu tal-perjodu tranżitorju. (77)

(186)

Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fil-premessa 173 li l-miżuri li qegħdin jiġu vvalutati jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illeġittima li ngħatat qabel l-4 ta' April 2014.

6.5.3   Id-distinzjoni bejn investiment u għajnuna operatorja

(187)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 imsemmija fil-premessi 184 u 185, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxux għajnuna għall-investiment jew għajnuna operatorja illeġittima.

(188)

Skont il-punt 25(r) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna għall-investiment hija ddefinita bħala “għajnuna maħsuba biex tiffinanzja l-assi kapitali fissi, speċifikament, sabiex tiġi koperta d-diskrepanza fil-finanzjament tal-ispejjeż kapitali” . Barra minn hekk, skont il-punt 25(r) tal-Linji Gwida, l-għajnuna għall-investiment tista' tkun relatata kemm ma' pagament bil-quddiem (jiġifieri tkun tkopri l-ispejjeż tal-investiment bil-quddiem) kif ukoll mal-għajnuna mħallsa fil-forma ta' ħlasijiet parzjali perjodiċi (sabiex tkopri l-ispejjeż kapitali, f'termini tad-deprezzament annwali u l-ispejjeż tal-finanzjament).

(189)

Min-naħa l-oħra, l-għajnuna operatorja tfisser għajnuna li tkopri l-ispejjeż kollha tal-operat, jew parti minnhom, ta' ajruport, iddefiniti bħala “l-ispejjeż sottostanti tal-provvediment ta' servizzi fl-ajruport, inklużi kategoriji bħall-ispejjeż tal-persunal, is-servizzi mogħtija b'kuntratt, il-komunikazzjoni, l-iskart, l-enerġija, il-manutenzjoni, il-kera, l-amministrazzjoni, eċċ., iżda esklużi l-ispejjeż kapitali, l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jew kwalunkwe inċentiv ieħor mogħtija lil-linji tal-ajru mill-ajruport, kif ukoll l-ispejjeż li jaqgħu taħt il-mandat tal-politika pubblika” (78)

(190)

Fid-dawl ta' dawn id-definizzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li l-garanzija tal-Istat ta' 100 % għas-self mill-ISB mogħtija b'termini privileġġjati u s-self mill-ISB numru 2 u 5 jikkostitwixxu għajnuna għall-investiment favur l-FFHG. Dawn il-fondi kienu kollha marbutin mar-rifinanzjament ta' self li min-naħa tiegħu ffinanzja proġett ta' investiment infrastrutturali partikolari (ara t-Tabella 9). Barra minn hekk, l-ammonti tas-self mill-ISB huma ugwali għall-investimenti rispettivi mwettqa, jew inqas minnhom.

Tabella 9

Ħarsa ġenerali komparattiva tal-ammonti tas-self mill-ISB u tal-għan tagħhom  (79)

Nru tas-self mill-ISB

Ammont tas-self f'EUR miljuni

Għan tas-self

1

18,4

[…] investimenti infrastrutturali li jammontaw għal […]

2

20,0

[…] investimenti infrastrutturali li jammontaw għal […]

3

2,5

[…] investimenti infrastrutturali li jammontaw għal […]

4

25,9

[…] investimenti infrastrutturali li jammontaw għal […]

5

6,8

[…] investimenti infrastrutturali li jammontaw għal […]

(191)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-garanzija tal-Istat ta' 100 % għas-self mill-ISB u s-self mill-ISB numru 2 u 5 jikkostitwixxu investiment illeġittimu mogħti qabel l-4 ta' April 2014, li l-kompatibbiltà tagħhom trid tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005.

(192)

Fir-rigward tal-fondi pprovduti b'termini privileġġjati mill-ippuljar ta' flus kontanti, il-Ġermanja tqis li dawn il-fondi ntużaw ukoll sabiex jiffinanzjaw investimenti infrastrutturali fl-2009 sal-2012.

(193)

Fl-2009 sal-2012 twettqu investimenti li jammontaw għal EUR 46 miljun fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn (ara t-Tabella 3). L-ammont ta' dawn l-investimenti bejn wieħed u ieħor huwa ugwali għall-fondi miġbuda mill-ippuljar ta' flus kontanti matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, matul il-perjodu mill-2009 sal-2012 ir-riżultati tal-operat (80) (inkluż id-dħul straordinarju, jiġifieri introjtu apparti mid-dħul mill-ajrunawtika u mhux mill-ajrunawtika tal-ajruport u dħul mill-bejgħ ta' art jew ta' proprjetà) kienu pożittivi (ara t-Tabella 4). Dan jissuġġerixxi li l-ajruport kien f'qagħda li jkopri l-ispejjeż operatorji ta' kuljum u li l-fondi pprovduti mill-ippuljar ta' flus kontanti ntużaw sabiex jiffinanzjaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-ajruport. Għalhekk, il-fondi pprovduti mill-ippuljar ta' flus kontanti jikkostitwixxu għajnuna għall-investiment illeġittima mogħtija qabel l-4 ta' April 2014, li l-kompatibbiltà tagħha trid tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005. F'dan ir-rigward, il-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 6.5.3 japplikaw ukoll. B'mod partikolari, billi l-ammont ta' fondi miġbuda huwa iżgħar mit-total tal-investimenti, l-għajnuna tista' titqies proporzjonata u neċessarja.

(194)

Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-fondi miġbuda mill-ippuljar ta' flus kontanti ma kinux iddedikati għal għan speċifiku. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-operat (minbarra d-dħul straordinarju, jiġifieri introjtu apparti mid-dħul mill-ajrunawtika u mhux mill-ajrunawtika tal-ajruport u dħul mill-bejgħ ta' art u ta' proprjetà) kienu negattivi fil-perjodu li qiegħed jiġi kkunsidrat (ara t-Tabella 4). Dan jista' jindika li d-dħul mill-attività ordinarja tal-ajruport ma kienx biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż operatorji tiegħu. Barra minn hekk, il-Ġermanja baqgħet ma ġabitx prova tal-mekkaniżmu li bih kien żgurat li l-fondi mill-ippuljar ta' flus kontanti ma ntużawx sabiex jiffinanzjaw l-operat ta' kuljum tal-ajruport.

(195)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi eskluż li l-fondi mill-ippuljar ta' flus kontanti ntużaw sabiex l-FFHG ma jitħalliex nieqes mil-likwidità, li setgħet wasslet biex l-operatur tal-ajruport inaqqas l-investimenti tiegħu jew jinbidel f'impriża f'diffikultà. Għalhekk, il-fondi pprovduti mill-ippuljar ta' flus kontanti jista' jitqies li jikkostitwixxi għajnuna għall-operat illeġittima mogħtija qabel l-4 ta' April 2014 li l-kompatibbiltà tagħha trid tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014. Din il-valutazzjoni hija mwettqa iżjed 'l isfel fit-Taqsima 6.5.4.

6.5.4   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005

(196)

Skont il-punt 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-Kummissjoni trid teżamina jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin humiex issodisfati:

(a)

il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jissodisfaw objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar (l-iżvilupp reġjonali, l-aċċessibbiltà, eċċ.);

(b)

l-infrastruttura hija meħtieġa u proporzjonata għall-għan li ġie stabbilit;

(c)

l-infrastruttura għandha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq tul ta' żmien medju, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-infrastruttura eżistenti;

(d)

l-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura għandhom aċċess għaliha b'mod ugwali u nondiskriminatorju; u

(e)

l-iżvilupp tal-kummerċ ma jiġix affettwat tant li jmur kontra l-interess tal-Unjoni.

(197)

Barra minn hekk, sabiex tkun kompatibbli, l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti — bħal kwalunkwe miżura oħra ta' għajnuna mill-Istat — għandu jkollha effett ta' inċentiv u tkun neċessarja u proporzjonali għall-objettiv leġittimu segwit.

(198)

Il-Ġermanja argumentat li l-għajnuna għall-investiment favur l-FFHG hija konformi mal-kriterji kollha ta' kompatibbiltà li hemm fil-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005.

(a)   L-għajnuna tikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar

(199)

L-għajnuna għall-investiment favur l-FFHG kienet immirata li tiffinanzja l-konverżjoni ulterjuri tal-eks-bażi militari tal-Istati Uniti f'ajruport ċivili u l-iżvilupp sostanzjali tal-infrastruttura tal-ajruport. Dawn il-miżuri taw kontribut sinifikanti lill-iżvilupp reġjonali u l-konnettività tar-reġjun ta' Hunsrück u lill-ħolqien ta' impjiegi ġodda f'żona ekonomikament milquta mill-għeluq tal-bażi militari tal-Istati Uniti kif ukoll mit-tnaqqis tal-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main.

(200)

Ir-reġjun ta' Hunsrück, kif indikat il-Ġermanja, huwa mdawwar b'għadd ta' żoni (bħal Landkreis Birkenfeld), li kienu mmarkati bħala reġjuni fil-bżonn ta' għajnuna fil-qafas tal-“Gemeinschaftsaufgabe Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur”. Fil-fatt, fil-perjodu inkonsiderazzjoni, il-Landkreis Birkenfeld kien tal-inqas parzjalment ikkunsidrat bħala reġjun bi Prodott Domestiku Gross (PDG) taħt il-medja tal-Unjoni. (81)

(201)

Il-Kummissjoni tqis li l-iżvilupp tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn ikkontribwixxa b'mod sinifikanti wkoll għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda fir-reġjun ta' Hunsrück. Kif uriet il-Ġermanja, meta jitqiesu l-attivitajiet fil-partijiet kollha tal-ajruport, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn fl-2012 ħoloq 3 063 impjieg fir-reġjun ta' Hunsrück li minnhom 74 % kienu karigi full-time u 90 % ta' dawn l-impjegati jgħixu wkoll f'dan ir-reġjun.

(202)

Barra minn hekk, l-iżvilupp tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn kellu wkoll effetti pożittivi indiretti, indotti u katalizzanti fuq il-ħolqien tax-xogħol fir-reġjun kif ukoll fuq l-iżvilupp tar-reġjun b'mod ġenerali permezz ta' għadd dejjem jiżdied ta' attivitajiet ekonomiċi u turistiċi. Skont l-informazzjoni mogħtija mill-Ġermanja, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-iżvilupp tat-turiżmu lejn l-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate (– 33 % tal-passiġġieri li jikkorrispondu għal madwar miljun passiġġier fl-2005) u tat-turiżmu 'l barra minnu (– 67 % tal-passiġġieri). Kif indikat il-Ġermanja, 88 % tal-passiġġieri li jaslu joqogħdu tal-inqas lejl wieħed fir-reġjun u ġġeneraw madwar 5,7 miljun lejl fl-2005. Billi 88 % tat-turisti li jaslu fi Frankfurt Hahn jgħaddu tal-inqas lejl wieħed u iktar minn 80 % tagħhom iqattgħu saħansitra minn jumejn sa għaxart ijiem, dawn jiġġeneraw dħul totali ta' madwar EUR 133,7 miljun fis-sena. Barra minn hekk, it-turiżmu li jiġi ġġenera madwar 11 000 impjieg f'Rhineland-Palatinate.

(203)

L-investimenti megħjuna inkwistjoni wkoll għenu biex tittejjeb l-aċċessibbiltà taż-żona. Madankollu, id-duplikazzjoni ta' ajruporti li ma jrendux profitti (jew il-ħolqien ta' kapaċità addizzjonali mhux użata) ma tikkontribwix għal objettiv ta' interess komuni. F'dan il-każ, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna għall-investiment ma twassalx għal duplikazzjoni bħal din li tnaqqas il-prospetti ta' terminu medju għall-użu tal-infrastruttura eżistenti f'ajruporti oħrajn ġirien. Fil-fatt, m'hemmx ajruporti oħrajn f'distanza ta' 100 kilometru jew f'60 minuta sewqan mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn. L-eqreb ajruporti lejn Frankfurt Hahn huma l-ajruport ta' Frankfurt Main, li jinsab 115-il kilometru jew siegħa u 15-il minuta sewqan bil-karozza bogħod, u l-ajruport tal-Lussemburgu, li jinsab siegħa u 30 minuta sewqan (111-il kilometru) bogħod.

(204)

L-ajruport ta' Frankfurt Main huwa ajruport internazzjonali ewlieni b'firxa wiesgħa ta' destinazzjonijiet u huwa servut b'mod predominanti minn trasportaturi fuq distanzi twal li joffru traffiku ta' konnessjoni, waqt li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn jaqdi titjiriet bi prezz baxx minn punt għal punt. It-traffiku fl-ajruport ta' Frankfurt Main żdied kontinwament mis-sena 2000, minn 49,4 miljun passiġġier fl-2000 sa madwar 58 miljun fl-2012. Madankollu, matul dak il-perjodu t-tkabbir kien milqut minn problemi ta' konġestjoni u limiti ta' kapaċità. Kif indikat il-Ġermanja, il-limiti tal-kapaċità tal-ajruport ta' Frankfurt Main kienu jinqabżu kontinwament. Għalhekk, skont il-Ġermanja, speċjalment fid-dawl li għandu l-liċenzja li jopera 24 siegħa kuljum, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kellu sehem importanti fil-provvediment ta' kapaċità addizzjonali sabiex tittaffa l-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main. Fil-fatt, sal-2009 Fraport kienet l-azzjonist maġġoritarju tal-FFHG, l-operatur tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn (2,7 miljun passiġġier fl-2013, madwar 4 miljun passiġġier fl-2007 meta kien fl-aqwa tiegħu) u l-operatur tal-ajruport ta' Frankfurt-Main (58 miljun passiġġier u 2,1 miljun merkanzija), u bħala tali kienet qiegħda ssegwi strateġija ta' diversifikazzjoni.

(205)

L-ajruport tal-Lussemburgu, li huwa l-eqreb ajruport lejn Frankfurt Hahn imma xorta 111-il kilometru jew siegħa u 30 minuta sewqan bil-karozza 'l bogħod, kellu madwar 1,7 miljun passiġġier fl-2008 u esperjenza tkabbir rapidu għal 2,2 miljun fl-2013. Minkejja li l-ajruport tal-Lussemburgu huwa kemxejn iżgħar mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn f'termini ta' traffiku tal-passiġġieri, l-attività tat-trasport tal-merkanzija hija sostanzjalment ikbar b'674 000 tunnellata fl-2013. Dan joffri varjetà ta' titjiriet skedati lejn bliet kapitali Ewropej u titjiriet charter lejn destinazzjonijiet turistiċi. Din l-għażla ta' destinazzjonijiet fil-biċċa l-kbira tagħha tissodisfa l-ħtiġijiet tal-impjegati tal-istituzzjonijiet finanzjarji u internazzjonali li jinsabu fil-Lussemburgu.

(206)

L-ajruport ta' Saarbrücken jinsab madwar 128 kilometru bogħod mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn jiġifieri iktar minn sagħtejn sewqan bil-karozza. Barra minn hekk, Frankfurt Hahn huwa servut primarjament minn trasportaturi bi prezz baxx (Ryanair) u t-trasport tal-merkanzija jikkostitwixxi element pjuttost importanti fil-mudell tan-negozju tiegħu, filwaqt li l-ajruport ta' Saarbrücken joffri primarjament titjiriet skedati lejn destinazzjonijiet nazzjonali u joffri biss trasport limitat ta' merkanzija bl-ajru.

(207)

Rigward l-ajruport ta' Zweibrücken, il-Ġermanja enfasizzat li d-distanza ta' 127 km lejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn tfisser ħin ta' siegħa u 27 minuta vvjaġġar bil-karozza jew ta' madwar erba' sigħat bil-ferrovija. Barra minn hekk, il-Ġermanja sostniet li, meta wieħed josserva t-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija bejn l-2005 u l-2012, ma jista' jiddeduċi l-ebda relazzjoni ta' sostituzzjoni bejn l-ajruporti.

(208)

Il-Kummissjoni tosserva li hemm ċerti attivitajiet tal-ajruporti ta' Frankfurt Hahn u ta' Zweibrücken jidħlu f'xulxin, billi l-ajruport ta' Zweibrücken ukoll huwa involut fl-immaniġġjar tal-merkanzija bl-ajru u d-destinazzjonijiet servuti mill-ajruport ta' Zweibrücken huma b'mod predominanti għal traffiku charter. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li t-trasport tal-merkanzija normalment huwa iktar mobbli mit-trasport tal-passiġġieri. (82) B'mod ġenerali, żona ta' lħuq għal ajruporti tal-merkanzija titqies li jkollha raġġ ta' madwar 200 kilometru dawramejt u sagħtejn f'ħin ta' vvjaġġar. Kummenti mill-industrija jissuġġerixxu li b'mod ġenerali huwa aċċettabbli għall-ispedizjonijieri li jagħmlu sa nofstanhar sewqan (jiġifieri, sa 12-il siegħa sewqan bit-trakkijiet) biex jittrasportaw il-merkanzija tagħhom. (83) Barra minn hekk, it-traffiku charter huwa wkoll, b'mod ġenerali, inqas sensittiv għall-ħin u kapaċi jaċċetta ħinijiet ta' vvjaġġar sa sagħtejn bil-karozza.

(209)

Fl-istess ħin għandu jiġi nnotat li, qabel ma Zweibrücken daħal fis-suq fl-2006, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien diġà ajruport stabbilit sewwa b'iktar minn tliet miljun passiġġier u li kien jidderieġi 123 000 tunnellata ta' merkanzija. 123 000 tunnellata ta' merkanzija. Fid-dawl tal-iżvilupp storiku taż-żewġ ajruporti, tal-qagħda ġeografika tagħhom u tal-kapaċità libera disponibbli fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn fiż-żmien meta l-ajruport ta' Zweibrücken daħal fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali fl-2006, il-Kummissjoni tikkonkludi li pjuttost kien l-ajruport ta' Zweibrücken li kkostitiwixxa duplikazzjoni mhux meħtieġa ta' infrastruttura.

(210)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-investimenti fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma jikkostitwixxux duplikazzjoni ta' infrastruttura mhux profittabbli eżistenti. Għall-kuntrarju, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kellu rwol importanti fit-tnaqqis tal-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main mingħajr ma llimita l-pjanijiet ta' espansjoni ta' dan tal-aħħar. Fil-fatt mingħajr l-investimenti fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien hemm riskju li r-reġjun ma jkunx moqdi biżżejjed fil-ħtiġijiet tiegħu ta' trasport.

(211)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 199 sa 210, il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għajnuna għall-investiment diretta lejn il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn tissodisfa objettiv ta' interess komuni definit ċar, jiġifieri l-iżvilupp ekonomiku reġjonali, il-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib tal-aċċessibbiltà tar-reġjun.

(b)   L-infrastruttura hija neċessarja u proporzjonata għall-objettiv

(212)

Skont il-Ġermanja, l-investimenti twettqu skont il-ħtiġijiet (u għaldaqstant kienu proporzjonati) u l-infrastruttura mibnija kienet neċessarja għall-ajruport sabiex jaqdi l-konnettività u l-iżvilupp tar-reġjun u jtaffi l-konġestjoni tal-ajruport ta' Frankfurt Main.

(213)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja, il-Kummissjoni taqbel li l-investimenti ffinanzjati kienu neċessarji u proporzjonati għall-objettiv ta' interess komuni (ara l-premessa 68 u dawk segwenti). Fil-fatt, mingħajr dawn l-investimenti l-konverżjoni ta' l-eks-bażi tal-Istati Uniti f'ajruport tal-avjazzjoni ċivili li jiffunzjona b'mod sħiħ ma setgħetx titlesta. Il-kostruzzjoni ta' faċilitajiet għall-passiġġieri u għall-merkanzija, is-superfiċji asfaltati fl-ajruport u l-modernizzazzjoni tat-taxiways kellhom jitwettqu sabiex jiġi żviluppat iżjed l-operat tat-titjiriet ċivili. Għaldaqstant, l-infrastruttura mibnija kienet neċessarja għall-ajruport sabiex iservi l-konnettività u l-iżvilupp tar-reġjun.

(214)

Minbarra dan, il-proġett infrastrutturali twettaq biss sal-limitu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti: waqt li l-infrastruttura kienet mibnija għal traffiku massimu ta' passiġġieri ta' madwar erba' sa ħames miljun passiġġier u 500 000 tunnellata ta' merkanzija, l-istatistiċi tat-traffiku murija fit-Tabella 1 u fit-Tabella 2 juru li t-traffiku tal-passiġġieri żdied b'mod qawwi sal-2007 sabiex intlaħaq rekord ta' erba' miljun passiġġier (segwit bi tnaqqis għal 2,7 miljuni fl-2013 għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa 219) u l-volum tal-merkanzija żdied għal iktar minn 500 000 tunnellata ta' merkanzija fl-2011. Dan ifisser li fil-parti l-kbira d-domanda mistennija tat-traffiku kienet tikkorrispondi għad-domanda attwali u li l-investimenti ma kinux kbar wisq.

(215)

Waqt li huwa importanti li jiġi evitat investiment li jikkostitwixxi duplikazzjoni ta' infrastruttura mhux profittabbli eżistenti, hawnhekk dan mhuwiex il-każ. Kif diġà ġie spjegat fil-premessi 203 sa 210, m'hemmx ajruporti oħrajn f'distanza ta' 100 kilometru u 60 minuta vvjaġġar, u anke jekk kellha tiġi kkunsidrata żona ta' lħuq usa' m'hemmx effetti ta' duplikazzjoni. L-eqreb ajruport huwa l-ajruport ta' Frankfurt Main, li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien maħsub biex itaffilu l-konġestjoni.

(216)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li din il-kundizzjoni ta' kompatibbiltà hija ssodisfatta.

(c)   L-infrastruttura toffri prospetti sodisfaċenti ta' użu fuq żmien medju

(217)

Il-Ġermanja argumentat li qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li l-infrastruttura tal-ajruport tiġi żviluppata iktar, twettqu studji ta' previżjoni dwar it-traffiku minn esperti esterni sabiex jiġi identifikat il-potenzjal ta' traffiku tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn.

(218)

L-informazzjoni mogħtija turi li dak iż-żmien l-esperti esterni bassru tkabbir sinifikanti minn 0,3 miljun passiġġier fl-2000 sa 3,8 miljun passiġġier sal-2010 (ara l-Figura 6 u l-Figura 7). Rigward l-iżvilupp fit-trasport tal-merkanzija, l-esperti pproġettaw żvilupp minn 151 000 tunnellata fl-2001 sa 386 000 tunnellata fl-2010 (ara l-Figura 8), bit-tkabbir fin-negozju tat-trasport tal-merkanzija bejn l-2006 u l-2010 jiġi minn titjiriet ta' merkanzija ddevjati mill-ajruport ta' Frankfurt Main minħabba l-curfew. Madankollu, dawn il-proġezzjonijiet setgħu jitwettqu biss jekk l-investimenti jsiru sal-limitu ppjanat.

(219)

Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-previżjonijiet dwar it-traffiku (ara l-premessa 218) ġew ikkonfermati mill-iżvilupp tat-traffiku attwali fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn (ara t-Tabella 1 u t-Tabella 2). Fl-2007 l-ajruport ta' Frankfurt Hahn serva madwar erba' miljun passiġġier. Wara perjodu ta' tkabbir sinifikanti, it-traffiku tal-ajru fil-Ġermanja u fl-Unjoni fis-snin riċenti kien affettwat b'mod negattiv mill-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-2008/09, li rriżultat fi tnaqqis fit-trasport tal-passiġġieri bl-ajru fil-Ġermanja fl-2009. L-iżvilupp fit-trasport tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn safa milqut ukoll bl-introduzzjoni ta' taxxa fuq il-passiġġieri bl-ajru fil-Ġermanja fl-2011. Bħalissa l-ajruport ta' Frankfurt Hahn jaqdi madwar 2.7 miljun passiġġier p.a. Rigward il-merkanzija, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn immaniġġja 565 000 tunnellata ta' merkanzija fl-2011. Minħabba l-falliment ta' wieħed mill-klijenti tiegħu, l-ajruport ipproċessa biss 447 000 tunnellata fl-2013.

(220)

Għalhekk, fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, jista' jiġi konkluż li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn diġà qiegħed juża l-parti l-kbira mill-kapaċità tiegħu u l-prospetti ta' terminu medju għall-użu tal-kapaċità kienu sodisfaċenti.

(d)   Aċċess għall-infrastruttura b'mod ugwali u nondiskriminatorju

(221)

L-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura għandhom aċċess għall-ajruport skont termini ugwali u nondiskriminatorji. Fil-fatt, l-iskeda tal-imposti tal-ajruport applikabbli fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn hija disponibbli pubblikament u miftuħa għall-utenti potenzjali u attwali kollha tal-ajruport b'mod trasparenti u nondiskriminatorju. Kwalunkwe differenza fl-imposti tal-ajruport imħallsa għall-użu tal-infrastruttura kienet ibbażata fuq differenzjazzjoni kummerċjalment ġustifikata. (84)

(222)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li din il-kundizzjoni hija ssodisfata.

(e)   Il-kummerċ ma jiġix affettwat b'mod kuntrarju għall-interess komuni

(223)

Skont il-punt 39 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-kategorija ta' ajruport tista' tagħti indikazzjoni tal-punt sa fejn l-ajruporti jkunu qegħdin jikkompetu ma' xulxin u, għalhekk, anki tal-punt sa fejn il-finanzjament pubbliku mogħti lil ajruport jista' jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(224)

Fiż-żona standard ta' lħuq tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn (siegħa sewqan bil-karozza jew 100 kilometru bogħod) m'hemmx ajruporti oħrajn sfruttati kummerċjalment. Anke jekk wieħed kellu jestendi ż-żona ta' lħuq, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna ma toħloqx effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(225)

F'dak li jikkonċerna l-ajruport ta' Frankfurt Main (l-eqreb ajruport f'distanza ta' madwar 115-il kilometru u siegħa u 15-il minuta f'ħin ta' vvjaġġar), l-investimenti fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma wasslux għal effetti ta' sostituzzjoni. Fil-fatt, qabel ma involviet ruħha fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn, Fraport kienet diġà l-operatur tal-ajruport ta' Frankfurt Main, imma xorta kienet qiegħda tinvesti fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn bil-ħsieb li ttaffi l-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main peress li kien previst li dak l-ajruport ewlieni kien sejjer ikun mgħobbi iktar milli tiflaħ il-kapaċità tiegħu fil-futur. B'mod partikolari, il-projbizzjoni tat-titjiriet billejl fl-ajruport ta' Frankfurt Main kienet wieħed mill-fatturi ewlenin li ttieħdu inkonsiderazzjoni billi l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kellu liċenzja biex jopera fuq 24 siegħa.

(226)

Anke jekk Frankfurt Hahn esperjenza tkabbir sinifikanti fil-perjodu mill-2000 sal-2007, il-Figura 1 turi li meta mqabbel ma' Frankfurt Main is-sehem tiegħu mit-traffiku baqa' limitat ħafna. Mill-2000 sal-2003, l-ajruport ta' Frankfurt Main esperjenza tkabbir kostanti fl-għadd ta' passiġġieri minn 48 miljun fl-2000 għal 54,2 miljun fl-2007. Minħabba l-kriżi ekonomika, Frankfurt Main esperjenza kemxejn tnaqqis għal 50,9 miljun fl-2009, segwit minn tkabbir rapidu għal 58 miljun. Rigward l-attivitajiet ta' trasport ta' merkanzija, l-ajruport ta' Frankfurt Main esperjenza tkabbir kostanti minn 1,6 għal 2,2 miljun tunnellata fl-2013.

(227)

Fir-rigward ta' ajruporti oħrajn, il-Kummissjoni diġà spjegat li l-investimenti fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kellhom l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. (85) Dan japplika wkoll għall-ajruport ta' Zweibrücken, minħabba li pjuttost kien dan tal-aħħar li kkostitwixxa duplikazzjoni mhux meħtieġa ta' infrastruttura (u għalhekk ikun responsabbli għal kwalunkwe effett ta' distorsjoni fuq il-kompetizzjoni).

(228)

Barra minn hekk, kuntrarju għall-ajruporti ta' Frankfurt Main u tal-Lussemburgu, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn mhuwiex moqdi b'konnessjoni ferrovjarja. Kollox ma' kollox, wieħed ma jista' jistenna l-ebda effett ta' sostituzzjoni fuq it-trasport ferrovjarju.

(229)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 223 sa 228, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri huma limitati għall-minimu.

(f)   Effett ta' inċentiv, neċessità u proporzjonalità

(230)

Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi jekk l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-ajruport ta' Frankfurt Hahn biddlitx l-imġiba tal-benefiċjarju b'tali mod li involva ruħu f'attività li tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' interess komuni li (i) ma kienx iwettaq mingħajr l-għajnuna, jew (ii) li kien iwettaq b'mod iktar ristrett jew differenti. Barra minn hekk, l-għajnuna titqies li hija proporzjonata biss jekk l-istess riżultat ma setax jintlaħaq b'inqas għajnuna u b'inqas distorsjoni. Dan ifisser li l-ammont u l-intensità tal-għajnuna jridu jkunu limitati għall-minimu meħtieġ sabiex titwettaq l-attività megħjuna.

(231)

Skont l-informazzjoni sottomessa mill-Ġermanja, mingħajr l-għajnuna l-investiment qatt ma seta' jsir realtà. Il-Ġermanja argumentat li l-għajnuna kienet neċessarja għax ikkumpensat biss għall-ispejjeż tal-finanzjament u ammont iktar baxx kien iwassal għal livelli iktar baxxi ta' investiment.

(232)

Fil-fatt, skont ir-riżultati finanzjarji mogħtija fil-qosor fit-Tabella 3 u fit-Tabella 4, l-ajruport xorta għadu qiegħed jagħmel it-telf u mhuwiex kapaċi jiffinanzja l-ispejjeż tal-investiment tiegħu. Għalhekk, jista' jiġi konkluż li l-għajnuna kienet neċessarja sabiex isiru investimenti bil-għan li tittaffa l-konġestjoni fl-infrastruttura tal-ajruport u sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti attwali għall-infrastruttura moderna tal-ajruport. Mingħajr l-għajnuna, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kienx ikun jista' jlaħħaq mad-domanda mistennija tal-linji tal-ajru, tal-passiġġieri u tal-ispedizjonieri u l-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport kien jispiċċa jitnaqqas.

(233)

Għandu jiġi nnotat ukoll li l-appoġġ pubbliku ngħata f'perjodu meta l-FFHG irrealizza investimenti sinifikanti ħafna fl-infrastruttura (iktar minn EUR 220 miljun bejn l-2001 u l-2012). Minn dan l-ammont, EUR 46 miljun kienu investiti matul il-perjodu li qiegħed jiġi kkunsidrat (mill-2009 sal-2012). Minn dan jiġi li l-għajnuna għall-investiment kopriet biss frazzjoni tal-ispejjeż tal-investiment totali u kienet limitata għad-differenza bejn ir-rata tal-imgħax imħallsa għall-fondi u r-rata tas-suq li biha l-FFHG kieku kien jirċievi dawn il-fondi fis-suq. Barra minn hekk, l-għajnuna għall-investiment inkonsiderazzjoni ngħatat fil-forma ta' garanzija tal-Istat ta' 100 % u ta' fondi b'termini preferenzjali u mhux fil-forma ta' għotja diretta.

(234)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżura ta' għajnuna inkwistjoni kellha effett ta' inċentiv u li l-ammont ta' għajnuna kien limitat għall-minimu neċessarju sabiex setgħet titwettaq l-attività megħjuna u għaldaqstant, kien proporzjonat.

Konklużjoni

(235)

Abbażi ta' dan li ssemma, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għall-investiment mogħtija lill-ajruport ta' Frankfurt Hahn hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, minħabba li hija konformi mal-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà stipulati fil-punt 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005.

6.5.5   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014

(236)

It-taqsima 5.1 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 tistabbilixxi l-kriterji li tapplika l-Kummissjoni meta tiġi biex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. Skont il-punt 172 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni tapplika dawk il-kriterji għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operatorja, inklużi n-notifiki pendenti u l-każijiet ta' għajnuna illegali mhux innotifikata.

(237)

Skont il-punt 137 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, għajnuna operatorja illegali mogħtija qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 — bħall-fondi mogħtija mill-ippuljar ta' flus kontanti sa fejn dawn setgħu kkostitwixxew għajnuna operatorja (ara l-premessi 185 u 186) — tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern sal-ammont totali tal-ispejjeż operatorji mhux koperti sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

a)

il-kontribut għal objettiv ta' interess komuni definit sewwa: din il-kundizzjoni tiġi ssodisfatta jekk, fost l-oħrajn, l-għajnuna żżid il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni jew tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali (86);

b)

il-ħtieġa ta' intervent mill-Istat: l-għajnuna għandha tkun immirata lejn sitwazzjonijiet fejn tali għajnuna tista' ġġib magħha titjib materjali li s-suq innifsu ma jistax iwettaq (87);

c)

l-eżistenza tal-effett ta' inċentiv: din il-kundizzjoni tiġi ssodisfatta jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas ta' għajnuna operatorja, u b'kunsiderazzjoni tal-possibbiltà ta' preżenza ta' għajnuna għall-investiment u tal-livell ta' traffiku, il-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat jitnaqqas b'mod sinifikanti (88);

d)

il-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu neċessarju): sabiex tkun proporzjonata, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju sabiex tkun tista' titwettaq l-attività megħjuna (89);

e)

l-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ(90)

a)   Il-kontribut lejn objettiv ta' interess komuni definit sewwa

(238)

Skont it-taqsima 5.1.2(a) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, sabiex l-ajruporti jingħataw żmien biex jaġġustaw għar-realtajiet ġodda tas-suq u sabiex jiġu evitati interruzzjonijiet fit-traffiku tal-ajru u l-konnettività tar-reġjuni, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti tiġi kkunsidrata li tikkontribwixxi għall-kisba ta' objettiv ta' interess komuni jekk din: (i) iżżid il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni billi tistabbilixxi punti ta' aċċess għal titjiriet intra-UE; (ii) tikkumbatti l-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-ajruporti internazzjonali ewlenin tal-Unjoni; jew (iii) tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali.

(239)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 199 sa 204, il-Kummissjoni tqis li l-operat kontinwu tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn żied il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni billi stabbilixxa punt ta' aċċess għal titjiriet intra-UE fir-reġjun ta' Hunsrück. Barra minn hekk, l-operat kontinwu tal-ajruport iffaċilita l-iżvilupp reġjonali fir-reġjun ta' Hunsrück u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda. Barra minn hekk, l-operat u l-iżvilupp tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn servew ukoll biex tittaffa l-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main.

(240)

Il-Kummissjoni, għalhekk, tikkonkludi li l-miżura inkwistjoni tissodisfa objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar.

b)   Ħtieġa ta' intervent mill-Istat

(241)

Skont it-taqsima 5.1.2(b) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, sabiex ikun ivvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat tkunx effettiva fl-ilħuq ta' objettiv ta' interess komuni, huwa neċessarju li tiġi identifikata l-problema li trid tiġi indirizzata. F'dan ir-rigward, kull għajnuna mill-Istat għandha jkollha fil-mira sitwazzjoni fejn l-għajnuna tista' ġġib magħha titjib materjali li s-suq ma jkunx kapaċi jwettaq waħdu.

(242)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn huwa ajruport reġjonali b'madwar 2,7 miljun passiġġier p.a. Dan għandu spejjeż operatorji fissi għoljin u taħt il-kundizzjonijiet tas-suq attwali mhuwiex kapaċi jkopri l-ispejjeż operatorji tiegħu stess. Għalhekk, hemm il-ħtieġa ta' intervent mill-Istat (ara l-punt 89 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014).

c)   L-adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna

(243)

Skont it-taqsima 5.1.2(c) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, kwalunkwe miżura ta' għajnuna lil ajruport trid tkun strument politiku xieraq li jindirizza l-objettiv tal-interess komuni. L-Istat Membru, għalhekk, irid jagħti prova li l-ebda strumenti politiċi jew ta' għajnuna oħrajn li joħolqu inqas distorsjoni ma setgħu jippermettu li jintlaħaq l-istess objettiv.

(244)

Skont il-Ġermanja, il-miżuri ta' għajnuna inkwistjoni huma adegwati sabiex jindirizzaw l-objettiv ta' interess komuni intenzjonat, li ma setax jintlaħaq bi strument politiku ieħor li joħloq inqas distorsjoni.

(245)

F'dan il-każ l-ammont ta' għajnuna (id-differenza bejn ir-rata tas-suq għall-fondi pprovduti mill-ippuljar ta' flus kontanti u r-rata attwali) baqa' inqas mit-telf operatorju mhux kopert (ara t-Tabella 4, l-EBIDTA eskluż id-dħul straordinarju tal-ajruport) imġarrab attwalment u kien limitat għall-minimu neċessarju billi ngħata biss bħala self ripagabbli u mhux bħala għotja diretta. L-ebda miżura politika oħra ma tippermetti lill-ajruport jissokta bl-operat tiegħu. B'hekk, il-kumpens għat-telf huwa limitat għall-minimu u ma jipprevedi ebda profitti.

(246)

Fid-dawl tal-premessi 244 u 245, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri inkwistjoni kienu adegwati sabiex jintlaħaq l-objettiv mixtieq ta' interess komuni.

d)   L-eżistenza ta' effett ta' inċentiv

(247)

Skont it-taqsima 5.1.2(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna operatorja jkollha effett ta' inċentiv jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas ta' għajnuna operatorja, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport jitnaqqas b'mod sinifikanti. Din il-valutazzjoni jeħtieġ li tieħu inkonsiderazzjoni l-preżenza tal-għajnuna għall-investiment u l-livell ta' traffiku fl-ajruport.

(248)

Mingħajr l-għajnuna l-iskala tal-operat fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn tintlaqat u titnaqqas serjament, hekk li eventwalment twassal sabiex l-ajruport joħroġ mis-suq minħabba telf operatorju mhux kopert.

(249)

Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta' għajnuna inkwistjoni kellhom effett ta' inċentiv.

e)   Il-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu)

(250)

Skont it-taqsima 5.1.2(e) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, sabiex tkun proporzjonata, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju b'mod li tkun tista' titwettaq l-attività megħjuna.

(251)

F'dan il-każ, l-ammont ta' għajnuna kien limitat għall-ammont tal-ispiża kapitali tal-operat mhux koperta, billi għamel tajjeb biss għall-ispejjeż imġarrba attwalment.

(252)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-ammont tal-għajnuna operatorja f'dan il-każ kien proporzjonat u limitat għall-minimu neċessarju sabiex tkun tista' titwettaq l-attività megħjuna.

f)   Evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

(253)

Skont it-taqsima 5.1.2(f) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, meta tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja, għandhom jitqiesu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ.

(254)

Fiż-żona ta' lħuq standard tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn (siegħa vvjaġġar bil-karozza jew 100 kilometru distanza) m'hemmx ajruporti sfruttati kummerċjalment. Anke jekk din iż-żona ta' lħuq kellha tiġi estiża iktar lil hinn sa ajruporti oħrajn fil-viċinanzi tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn, kif intwera fil-premessi 224 u 228, m'hemm l-ebda effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti li jinsabu fil-viċinanzi tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn (jiġifieri l-ajruporti ta' Frankfurt Main, tal-Lussemburgu u ta' Saarbrücken).

(255)

Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe effett negattiv fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri minħabba l-għajnuna operatorja mogħtija favur l-FFHG huma limitati għall-minimu.

Konklużjoni

(256)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 238 sa 255, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri huma kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

7   KONKLUŻJONI

(257)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 99 sa 124, il-Kummissjoni tqis li l-linja ta' kreditu mogħtija mill-ippuljar ta' flus kontanti lill-FFHG mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(258)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 127 sa 138, il-Kummissjoni tqis li l-garanzija tal-Istat maħruġa mill-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate sabiex tkopri l-100 % tas-self pendenti mill-ISB tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(259)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 140 sa 169, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-self mill-ISB numru 1, 3 u 4 ingħata b'rati li jistgħu jitqiesu konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. Għalhekk, billi l-kriterji kumulattivi tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat mhumiex issodisfati, il-Kummissjoni tqis li dan is-self mill-ISB ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(260)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 140 sa 169 hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-self mill-ISB numru 2 u 5 ingħata b'rata inqas minn dik referenzjali. Billi l-kriterji l-oħrajn skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma ssodisfatti wkoll, dan is-self jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(261)

Billi l-linja ta' kreditu u l-fondi mogħtija mill-ippuljar ta' flus kontanti, il-garanzija tal-gvern ta' 100 % u s-self mill-ISB numru 2 u 5 diġà tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-FFHG, il-Kummissjoni tqis li l-Ġermanja ma rrispettatx il-projbizzjoni tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(262)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 199 sa 232, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għall-investiment mogħtija lill-ajruport ta' Frankfurt Hahn hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat minħabba li hija konformi mal-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà stipulati fil-punt 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005.

(263)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 238 sa 255, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-fondi mogħtija mill-ippuljar ta' flus kontanti b'termini privileġġjati huma konformi mal-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà għall-għajnuna operatorja stipulati fil-punt 137 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 u huma kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

(264)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja taċċetta l-adozzjoni tad-deċiżjoni bil-lingwa Ingliża,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat, imdaħħla fis-seħħ b'mod illegali mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat favur Flughafen Frankfurt Hahn GmbH bejn l-2009 u l-2012 permezz tal-għoti ta' garanzija ta' 100 % fuq self ipprovdut minn Investitions- und Strukturbank ta' Rheinland-Pfalz, self ipprovdut minn Investitions- und Strukturbank ta' Rheinland-Pfalz nhar il-31 ta' Awwissu 2009 li jammonta għal EUR 20,0 miljun u nhar it-30 ta' Settembru 2009 li jammonta għal EUR 6,8 miljun kif ukoll li Flughafen Frankfurt Hahn GmbH tħalla jipparteċipa fl-ippuljar ta' flus kontanti tal-Istat Federali ta' Rheinland Pfalz u jiġbed self sa EUR 45 miljun b'termini privileġġjati minn dak l-ippuljar ta' flus kontanti, huwa kompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

Is-self mogħti minn Investitions- und Strukturbank ta' Rheinland-Pfalz lil Flughafen Frankfurt Hahn GmbH bejn il-15 ta' Lulju 2007 u t-30 ta' Settembru 2009 li jammonta għal total ta' EUR 46,8 miljun ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”). Iż-żewġ settijiet ta' Artikoli huma, fis-sustanza tagħhom, identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE fejn ikun xieraq. It-Trattat introduċa wkoll ċerti bidliet fit-terminoloġija, bħall-bdil ta' “Komunità” b'“Unjoni” u “suq komuni” b'“suq intern”. It-terminoloġija tat-Trattat sejra tintuża tul din id-Deċiżjoni sħiħa.

(2)   ĠU C 216, 21.7.2012, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(4)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna numru 2.

(5)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).

(6)  Applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE għal għajnuniet mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5 — mhux disponibbli bil-Malti).

(7)  Linji Gwida tal-Komunità dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li joperaw minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1 — mhux disponibbli bil-Malti).

(8)   ĠU C 113, 15.4.2014, p. 30.

(*1)   Informazzjoni kunfidenzjali

(9)  Minn hawn 'il quddiem f'din id-Deċiżjoni t-terminu “Fraport” jintuża sabiex ifisser kemm “FAG” qabel il-bidla fl-isem kummerċjali kif ukoll “Fraport AG” iktar tard.

(10)  Skont is-sezzjoni 7(3) tal-ftehim ta' xiri din il-figura tista' titnaqqas, bħal fil-każ li l-ispejjeż ta' FFHG għall-ħarsien mill-istorbju jaqbżu ċertu livell limitu.

(11)  L-Istat Federali ta' Hesse kellu 45,24 % tal-ishma ta' Fraport, Stadtwerke Frankfurt am Main Holding GmbH (100 % proprjetà tal-Muniċipalità ta' Frankfurt am Main) kellha 28,89 % u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kellha 25,87 %.

(12)   Ryanair hija linja tal-ajru Irlandiża u Membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-European Low Fares Airlines Association. In-negozju ta' din il-linja tal-ajru huwa marbut ma' ajruporti reġjonali u sekondarji. Il-linja tal-ajru bħalissa topera lejn madwar 160 destinazzjoni Ewropea. Ryanair għandha flotta omoġenea li tikkonsisti f'inġenji tal-ajru Boeing 737-800 b'189 sit.

(13)   Wizz Air hija linja tal-ajru Ungeriża u Membru tal-European Low Fares Airlines Association. Il-grupp Wizz Air jikkonsisti fi tliet kumpaniji operattivi, jiġifieri Wizz Air Hungary, Wizz Air Bulgaria u Wizz Air Ukraine. Il-mudell tan-negozju tal-linja tal-ajru huwa marbut ma' ajruporti reġjonali u sekondarji. Il-linja tal-ajru bħalissa topera lejn madwar 150 destinazzjoni Ewropea. Wizz Air għandha flotta omoġenea li tikkonsisti f'inġenji tal-ajru Airbus A 320 b'180 sit.

(14)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont tat-12 ta' Diċembru 2007 (ĠU C 14, 19. 1.2008, p. 6)

(15)  KMV Riskcalc Germany 3.1; dan il-mudell jintuża biex tiġi stmata l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' kumpaniji mhux elenkati abbażi tad-dejta finanzjarja tagħhom. KMV RiskCalc Germany 3.1 ta' Moody's tikkalkula l-Frekwenza tal-Inadempjenza Mistennija (jew il-Probabilità tal-Inadempjenza) ta' impriżi mhux elenkati fil-Borża abbażi tad-dejta tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

(16)  Fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet fil-premessa (46), ġiet preżunta durata ta' terminu qasir għas-self mogħti taħt l-ippuljar ta' flus kontanti għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

(17)  Meta titqies l-istruttura tas-sjieda.

(18)  Din tikkorrispondi għall-klassifikazzjoni [BB+ to B-] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Standard & Poor's. Din il-kategorija ta' klassifikazzjoni tfisser li l-mutwatarju huwa […].

(19)  Din tikkorrispondi għall-klassifikazzjoni [BBB- to B] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Standard & Poor's. Din il-kategorija ta' klassifikazzjoni tfisser li l-mutwatarju huwa […].

(20)  F'dan ir-rigward il-Ġermanja rreferiet għall-każ C-30/59 De gezamenlijke Steenkolenmijnen in Limburg v High Authority [1961] ECR 00003, p. 3, 43.

(21)  Deutsche Bank, “Margen-Indikation für geplante Refinanzierung bestehender Verschuldung”, 3 ta' Settembru 2009.

(22)  Il-Punt 3.2.1 tal-Margen-Indikation für geplante Refinanzierung bestehender Verschuldung: “ …, gehen wir von einer Einstufung der Gesellschaft im […]. ” Il-kategorija ta' klassifikazzjoni [<BBB+] tinkludi l-klassifikazzjonijiet kollha li huma taħt [BBB+] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Standard and Poor's.

(23)  Madankollu, Deutsche Bank ma pprovdiex ir-rata aġġustata tal-FFHG.

(24)  Din ir-rata tiġi kkalkolata kif ġej: [minn 5 sa 25] punti bażi — il-marġni ta' riskju mħallas fuq bonds EUR ta' ħames snin tal-German Länder, [minn 5 sa 25] punti bażi — minbarra l-marġni ta' hawn fuq minħabba r-riskju indirett minħabba l-kumpanija proprjetà tal-istat, [minn 5 sa 25] punti bażi — għan-negozjabbiltà limitata tad-dejn.

(25)  Klassifikazzjoni Ergebnis FFHG minn Volksbank Hunsrück-Nahe eG. Din il-klassifikazzjoni tikkorrispondi għal [B to BB] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Standard and Poor's (ara Rating-Broschüre Finanzstandort Deutschland, 2010, p.18).

(26)  Ratingunterlagen Kreissparkasse Birkenfeld. Din il-klassifikazzjoni tikkorrispondi għal [B to BB] fl-iskala ta' klassifikazzjoni ta' Standard and Poor's (ara Rating-Broschüre Finanzstandort Deutschland, 2010, p.18).

(27)  Meta titqies l-istruttura tas-sjieda.

(28)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).

(29)  Deutsche Bank ivvaluta żewġ xenarji alternattivi għall-finanzjament tal-FFHG — wieħed mingħajr kollateralizzazzjoni u ieħor b'garanzija tal-Istat ta' 100 %. Ġie stmat li fl-ewwel każ (mingħajr kollateral) il-marġni ta' riskju applikabbli għal self ta' ħames snin ikun ta' bejn [1,30 % u 2,05 %] p.a. Fit-tieni każ (b'garanzija li tkopri l-100 % tal-pretensjonijiet) il-marġni ta' riskju applikabbli jkun ta' bejn [0,25 % u 0,7 %] p.a. Id-differenza fil-marġni bejn iż-żewġ każi għandha tagħti indikazzjoni tal-prezz tal-garanzija. Id-differenza stmata minn Deutsche Bank hija fil-firxa bejn [0,6 % sa 1,8 %] p.a. ([1,3 % — 0,7 % = 0,6 % u 2,05 % — 0,25 % = 1,8 %]).

(30)  Gemeinschaftsaufgabe “ Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur (GRW) Gesetz ” tas-6 ta' Ottubru 1969 (BGBl. I S. 1861), li ġiet emendata l-aħħar bl-Artikolu 8 tal-Att tas-7 ta' Settembru 2007 (BGBl. I, p. 2,246).

(31)  Flughafen Frankfurt Hahn — Regionaloekonomische Effekte, ZFL Studie, 03/2007.

(*2)  Sottomissjoni tal-Ġermanja, Settembru 2014.

(32)  Community guidelines on State aid for rescuing and restructuring firms in difficulty [Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' ditti f'diffikultà] (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).

(33)  Il-Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1998] Ġabra I-3851; il-Kawża C-41/90 Höfner u Elser [1991] Ġabra I-1979; il-Kawża C-244/94 Fédération Française des Sociétés d'Assurances vs Ministère de l'Agriculture et de la Pêche [1995] Ġabra I-4013; il-Kawża C-55/96 Job Centre [1997] Ġabra I-7119.

(34)  Il-Kawża 118/85 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1987] Ġabra 2599; il-Kawża 35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1998] Ġabra I-3851.

(35)  Is-sentenza Leipzig/Halle, b'mod partikolari l-paragrafi 93-94; ikkonfermata bil-Kawża C-288/11 P Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs Il-Kummissjoni [2012] ECLI:EU:C:2012:821; ara wkoll il-Kawża T-128/89 Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-3929, ikkonfermat bil-Kawża C-82/01 P Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-9297 u l-Kawża T-196/04 Ryanair vs Il-Kummissjoni (“Is-sentenza ta' Charleroi”) [2008] Ġabra II-3643.

(36)  Il-Kawżi C-159/91 u C-160/91 Poucet vs AGV u Pistre vs Cancave [1993] Ġabra I-637.

(37)   Is-sentenza ta' Leipzig-Halle, il-paragrafi 42-43.

(38)  Il-Kawża C-482/99 Franza vs il-Kummissjoni (“ Stardust Marine ”) [2002] Ġabra I-4397.

(39)  Il-Kawżi Konġunti T-267/08 u T-279/08, Nord-Pas-de-Calais [2011] Ġabra II-01999, il-paragrafu 108.

(40)  Sottomissjoni tal-Ġermanja ddatata l-24 ta' April 2014, tweġiba għall-mistoqsija 4, p. 3.

(41)  Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).

(42)  Il-Kawża C-39/94 Syndicat français de l'Express international (SFEI) u oħrajn vs La Poste u oħrajn [1996] Ġabra I-3547, il-paragrafu 60 u l-Kawża C-342/96 Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1999] Ġabra I-2459, il-paragrafu 41.

(43)  Il-Kawża 173/73 Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1974] Ġabra 709, il-paragrafu 13.

(44)  Il-Kawża C-482/99 Franza v Il-Kummissjoni (“Stardust Marine”) [2002] Ġabra I-4397, il-paragrafu 69.

(45)  Skont il-Ġermanja ir-rata tal-imgħax kienet tikkorrispondi bejn wieħed u ieħor mar-Rata Medja tal-Indiċi ta' Matul il-Lejl Ewropea.

(46)  Ir-Rapport Sħiħ ta' Klassifikazzjoni tal-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate (inkluża l-istorja tal-klassifikazzjoni tal-Istat Federali mill-1999) mill-aġenzija ta' klassifikazzjoni Fitch, Lulju 2014, disponibbli f'http://www.fm.rlp.de/fileadmin/fm/downloads/finanzen/kapitalmarkt/FRR_RP_22_07_2014.pdf, juri li l-Istat Federali kien b'mod kostanti kklassifikat AAA fl-iskala ta' klassifikazzjoni.

(47)  L-Istat Federali jitgħabba bir-riskju tal-inadempjenza tal-FFHG mingħajr ma jikseb lura ħlas ta' kumpens.

(48)  Il-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest v Il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-717.

(49)  ra t-taqsima 2.1.

(50)  Pereżempju l-ajruport ta' Leipzig/Halle kien f'kompetizzjoni mal-ajruport ta' Vatry (Franza) għall-istabbiliment taċ-ċentru Ewropew tad-DHL. Ara s-sentenza Leipzig/Halle, paragrafu 93.

(51)  Ir-rispons tal-ajruport ta' Liège għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(52)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 33.

(53)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 34.

(54)  [1,3 % – 0,7 % = 0,6 % u 2,05 % – 0,25 % = 1,8 %].

(55)  Telf fil-Każ ta' Inadempjenza (LGD) bejn 30 % u 60 %.

(56)  […]

(57)  […]

(58)  […]

(59)  Ara eż. Oxera, Estimating the cost of capital for Dutch water companies, 2011 (p.3). Ara wkoll id-dejta ta' Bloomberg dwar tariffi ta' sottoskrizzjoni għall-ħruġ ta' bonds.

(60)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri: l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KEE u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE għal impriżi pubbliċi fis-settur tal-manifattura (ĠU C 307, 13.11.1993, p. 3, paragrafu 11). Dik il-Komunikazzjoni tittratta speċifikament is-settur tal-manifattura, iżda fil-prinċipju hija applikabbli wkoll għal setturi ekonomiċi oħra. Ara wkoll il-Kawża T-16/96 Cityflyer [1998] Ġabra II-757, il-paragrafu 51.

(61)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/693/UE tat-3 ta' Ottubru 2012 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.23600 — C 38/08 (ex NN 53/07) — il-Ġermanja — Finanzjament tal-ajruport ta' Munich, Terminal 2 fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat C38/2008 — Il-Ġermanja — l-ajruport ta' Munich Terminal 2 (ĠU L 319, 29.11.2013, p. 8); u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1469 tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.30743 (2012/C) (l-ex N 138/10) — il-Ġermanja — Il-finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura fl-ajruport ta' Leipzig/Halle (2) (ĠU L 232, 4.9.2015, p. 1).

(62)  Ir-rata ta' swap hija l-ekwivalenti b'maturità itwal tar-Rata Inter-Bankarja Offruta (ir-Rata IBOR). Din tintuża fis-swieq finanzjarji bħala r-rata ta' referenza biex tiġi stabbilita r-rata tal-iffinanzjar.

(63)  Swap ta' inadempjenza ta' kreditu (CDS) huwa kuntratt ta' derivattiv ta' kreditu (negozjabbli) bejn żewġ kontropartijiet, ix-xerrej ta' protezzjoni u l-bejjiegħ ta' protezzjoni, li jittrasferixxi r-riskju ta' kreditu fuq entità referenzjarja sottostanti mix-xerrej ta' protezzjoni għall-bejjiegħ ta' protezzjoni. Kull perjodu x-xerrej ta' protezzjoni jħallas primjum lill-bejjiegħ ta' protezzjoni sal-maturità tal-kuntratt CDS jew sakemm iseħħ avveniment predefinit ta' kreditu fuq l-entità referenzjarja sottostanti (skont liema jiġi l-ewwel). Il-primjum perjodiku mħallas mix-xerrej ta' protezzjoni (espress bħala perċentwali jew f'termini ta' punti bażi tal-ammont protett, in-“nozzjonal”) jissejjaħ il-firxa ta' CDS. Il-firxiet ta' CDS jistgħu jintużaw bħala indikatur viċin il-prezz tar-riskju ta' kreditu.

(64)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 54.

(65)  Kodiċi Bloomberg EUSA4.

(66)  Kodiċi Bloomberg EUSA1.

(67)  Kodiċi Bloomberg EUSA3.

(68)  Is-self numru 1 inġibed fl-14 ta' Lulju 2009, is-self numru 3 fit-28 ta' Awwissu 2009, u s-self numru 4 fit-8 ta' Settembru 2009.

(69)  Sors: Bloomberg.

(70)  […]

(71)  […]

(72)  […]

(73)  Il-Kawża T-109/01 Fleuren Compost vs Il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-127.

(74)  Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

(75)   ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.

(76)  Il-Punt 173 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(77)  Il-Punt 172 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(78)  Il-punt 25(v) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(79)  Il-ħarsa ġenerali hija bbażata fuq l-indikazzjonijiet fil-ftehimiet dwar is-self mill-ISB dwar l-għan tal-ammonti rispettivi ta' self u ta' investiment.

(80)  Espress fi qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament (“EBITDA”, Earnings Before Interest, Taxes, Depreciation and Amortisation).

(81)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2006 fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat N459/2006 — Mappa tal-għajnuna reġjonali Ġermaniża 2007-2013 (ĠU C 295, 5.12.2006, p. 6).

(82)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 45.

(83)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 46.

(84)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2014 fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21211 — il-Ġermanja — l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u Ryanair, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU.

(85)  Rigward Frankfurt Main u l-ajruport tal-Lussemburgu, il-Kummissjoni tinnota wkoll li s-settur tal-ivvjaġġar tan-negozju jokkupa sehem sinifikanti mis-suq f'dawn l-ajurporti, waqt li dan b'paragun jirrappreżenta sehem limitat fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn.

(86)  Il-punti 137, 113 u 114 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(87)  Il-punti 137 u 116 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(88)  Il-punti 137 u 124 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(89)  Il-punti 137 u 125 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(90)  Il-punti 137 u 131 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.


Top