This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0776
Council Decision (EU) 2016/776 of 29 April 2016 on the signing, on behalf of the European Union, and provisional application of the Sustainable Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Government of the Cook Islands and the Implementation Protocol thereto
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/776 tad-29 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/776 tad-29 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu
ĠU L 131, 20.5.2016, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/776/oj
|
20.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 131/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/776
tad-29 ta' April 2016
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni u l-Gvern tal-Gżejjer Cook innegozjaw Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (“il-Ftehim”) kif ukoll Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (“il-Protokoll”), biex il-bastimenti tal-Unjoni jingħataw opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li tagħhom il-Gżejjer Cook għandhom id-drittijiet ta' sovranità jew il-ġuriżdizzjoni fejn jidħol is-sajd. |
|
(2) |
In-negozjati ntemmew b'suċċess u l-Ftehim u l-Protokoll ġew inizjalati fil-21 ta' Ottubru 2015. |
|
(3) |
L-Artikolu 16 tal-Ftehim u l-Artikolu 12 tal-Protokoll jipprovdu għall-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim u tal-Protokoll mid-data tal-firma tagħhom. |
|
(4) |
Il-Ftehim u l-Protokoll għandhom jiġu ffirmati, u applikati provviżorjament, sa meta jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tagħhom. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, b'dan qed jiġi awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim u Protokoll.
It-testi tal-Ftehim u tal-Protokoll huma mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim u l-Protokoll f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Ftehim u l-Protokoll għandhom japplikaw fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tagħhom, sa meta jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tagħhom. (1)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) Id-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim u tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.