This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0769
Council Decision (EU) 2016/769 of 21 April 2016 on the acceptance of the Amendments to the 1998 Protocol to the 1979 Convention on Long-Range Transboundary Air Pollution on Persistent Organic Pollutants
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/769 tal-21 ta' April 2016 dwar l-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila li Jikkonċerna s-Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/769 tal-21 ta' April 2016 dwar l-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila li Jikkonċerna s-Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti
ĠU L 127, 18.5.2016, pp. 21–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/769
tal-21 ta' April 2016
dwar l-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila li Jikkonċerna s-Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tal-1979 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila (il-“Konvenzjoni”), wara l-approvazzjoni tagħha fl-1981 (1). |
|
(2) |
L-Unjoni hija parti għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila li Jikkonċerna s-Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti (il-“Protokoll”), wara l-approvazzjoni tagħha fid-19 ta' Frar 2004 (2). |
|
(3) |
Il-partijiet għall-Protokoll fetħu n-negozjati fl-2007 bil-ħsieb li jtejbu ulterjorment il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluż permezz tal-aġġornament tal-lista tas-sustanzi konċernati u l-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet applikabbli għal ċerti inċineraturi tal-iskart. |
|
(4) |
Fl-2009, il-partijiet preżenti fis-27 sessjoni tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni adottaw b'kunsens id-Deċiżjonijiet 2009/1, 2009/2 u 2009/3 li jemendaw il-Protokoll. |
|
(5) |
L-emendi li jinsabu fid-Deċiżjoni 2009/3 daħlu fis-seħħ u saru effettivi abbażi tal-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 14(4) tal-Protokoll. |
|
(6) |
L-emendi li jinsabu fid-Deċiżjonijiet 2009/1 u 2009/2 jirrikjedu aċċettazzjoni mill-partijiet għall-Protokoll skont l-Artikolu 14(3) tal-Protokoll. |
|
(7) |
L-Unjoni diġà adottat strumenti dwar materji koperti mill-emendi għall-Protokoll, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(8) |
L-emendi għall-Protokoll li jinsabu fid-Deċiżjonijiet 2009/1 u 2009/2 għandhom għalhekk jiġu aċċettati f'isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila li Jikkonċerna s-Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti (il-“Protokoll”) huma b'dan aċċettati f'isem l-Unjoni.
It-testi tal-emendi għall-Protokoll kif jinsabu fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2009/1 u fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2009/2 tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiddepożitaw, f'isem l-Unjoni, fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, l-istrument ta' aċċettazzjoni previst fl-Artikolu 14(3) tal-Protokoll (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
G.A. VAN DER STEUR
(1) ĠU L 171, 27.6.1981, p. 11.
(2) ĠU L 81, 19.3.2004, p. 35.
(3) Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Protokoll ser jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
EMENDI GĦALL-PROTOKOLL
kif jidhru fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2009/1 tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni
A. Artikolu 1
Għandha ssir din is-sostituzzjoni fil-paragrafu 12:
“ “Sors immobbli ġdid” tfisser kwalunkwe sors immobbli li l-kostruzzjoni jew il-modifika sostanzjali tiegħu tibda wara l-iskadenza ta' sentejn (2) mid-data tad-dħul fis-seħħ għal Parti għal:
|
(a) |
il-Protokoll preżenti; jew |
|
(b) |
emenda għall-Protokoll preżenti li, fir-rigward ta' sors immobbli, tintroduċi valuri limitu ġodda fil-Parti II tal-Anness IV jew tintroduċi l-kategorija fl-Anness VIII li fiha jidħol dak is-sors. |
Għandha tkun kwistjoni għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jiddeċiedu dwar jekk modifika hix sostanzjali jew le, filwaqt li jqiesu fatturi bħall-benefiċċji ambjentali tal-modifika”.
B. Artikolu 3
|
1. |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 5(b)(i) u 5(b)(iii) tal-Protokoll tal-POPs, għall-kliem:
“li għalihom l-Anness V jidentifika l-aqwa tekniki disponibbli” għandhom jiġu sostitwiti: “li għalihom il-gwida adottata mill-Partijiet fis-sessjoni tal-Korp Eżekuttiv tidentifika l-aqwa tekniki disponibbli”. |
|
2. |
Il-punt u l-virgola fl-aħħar tal-paragrafu 5(b)(iv) għandha tinbidel b'punt. |
|
3. |
Jitħassar il-paragrafu 5(b)(v). |
C. Artikolu 13
Il-kliem “Annessi V u VII huma” għandhom jinbidlu bil-kliem “Anness V huwa”
D. Artikolu 14
|
1. |
Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'li ġej:
“3. L-emendi tal-Protokoll preżenti u tal-annessi I sa IV, VI u VIII għandhom jiġu adottati b'kunsens tal-Partijiet preżenti fis-sessjoni tal-Korp Eżekuttiv, u għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Partijiet li aċċettawhom fid-disgħin jum wara d-data li fiha żewġ terzi minn dawk li kienu Partijiet fil-mument tal-adozzjoni tagħhom iddepożitaw mad-Depożitarju l-istrumenti ta' aċċettazzjoni tagħhom tiegħu. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ għal kwalunkwe Parti oħra fid-disgħin jum wara d-data li fiha dik il-Parti tkun iddepożitat l-istrument ta' aċċettazzjoni tagħha tiegħu. Dan il-paragrafu għandu jkun suġġett għall-paragrafi 5 bis u 5 ter hawn taħt.” |
|
2. |
Fil-paragrafu 4, il-kliem “annessi V u VII” għandhom jinbidlu b'“anness V” u għall-kliem “kwalunkwe anness bħal dan” għandhom jinbidlu b'“anness V”. |
|
3. |
Fil-paragrafu 5, il-kliem “jew VII” għandhom jitħassru u għall-kliem “kwalunkwe anness bħal dan” għandhom jinbidlu b'“anness V”. |
|
4. |
Wara l-paragrafu 5, jiżdiedu l-paragrafi ġodda li ġejjin:
“5 bis. Għal dawk il-Partijiet li aċċettawha, il-proċedura stipulata fil-paragrafu 5 ter hawn taħt għandha tiġi qabel il-proċedura stipulata fil-paragrafu 3 hawn fuq fir-rigward tal-emendi tal-annessi I sa IV, VI u VIII.
|
E. Artikolu 16
Għandu jiżdied paragrafu ġdid wara l-paragrafu 2 kif ġej:
“3. Stat jew Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika għandhom jiddikjaraw l-istrument ta' ratifika, approvazzjoni jew adeżjoni tagħhom jekk ma għandhomx l-intenzjoni li jkunu marbutin bil-proċeduri stipulati fl-Artikolu 14, il-paragrafu 5 ter fir-rigward tal-emenda tal-annessi I sa IV, VI u VIII.”
F. Anness I
|
1. |
Fl-elenkar għas-sustanza DDT, il-kundizzjonijiet (innumerati 1 u 2) dwar l-eliminazzjoni tal-produzzjoni għandhom jitħassru u jinbidlu bil-kelma “Xejn” u l-kliem “ħlief kif identifikat fl-anness II” fil-kundizzjonijiet dwar l-użu għandhom jitħassru. |
|
2. |
Fl-elenkar għas-sustanza Ettakloru, il-kundizzjonijiet dwar l-użu għandhom jitħassru u jinbidlu bil-kelma “Xejn”. |
|
3. |
Fl-elenkar għas-sustanza Eżaklorobenżen, il-kundizzjonijiet dwar il-produzzjoni u l-użu għandhom jitħassru u f'kull każ jinbidlu bil-kelma “Xejn”. |
|
4. |
L-elenkar għas-sustanzi li ġejjin għandu jiżdied billi jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni alfabetika xierqa:
|
|
5. |
L-elenkar għas-sustanza PCB għandu jitħassar u jinbidel bir-ringiela li ġejja:
|
|
6. |
In-nota f'qiegħ il-paġna (a) fl-aħħar tal-anness I għandha titħassar. |
|
7. |
In-noti f'qiegħ il-paġna li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-aħħar tal-anness I:
|
G Anness II
|
1. |
L-elenkar għas-sustanzi DDT, HCH, u PCB fit-tabella li tidher wara l-ewwel paragrafu tal-anness II, għandu jitħassar. |
|
2. |
L-elenkar għas-sustanza li ġejja għandu jiżdied billi tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni alfabetika xierqa:
|
|||||||||||||||||||
H. Anness III
|
1. |
It-test taħt l-intestatura “Sena ta' referenza” għal kull wieħed mis-sustanzi elenkati fl-anness III għandu jitħassar u jinbidel b'li ġej:
“1990; jew sena alternattiva mill-1985 sal-1995 inklussivi, jew għal pajjiżi b'ekonomiji fi tranżizzjoni, sena alternattiva mill-1985 sas-sena tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għal Parti, u kif speċifikat mill-Parti mar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni” |
|
2. |
Fl-elenkar għas-sustanza Eżaklorobenżen, taħt l-isem tas-sustanza għandu jiżdied it-test li ġej: “CAS: 118-74-1”. |
|
3. |
Għandu jiżdied elenkar għall-PCBs tas-sustanzi billi fl-aħħar tat-tabella tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:
|
|
4. |
Għandha tiżdied nota f'qiegħ il-paġna wara n-nota f'qiegħ il-paġna b/kif ġej:
|
I. Anness IV
|
1. |
Fil-paragrafu 2, fil-parenteżi, il-kelma “u” għandha titħassar u l-kliem “, u għal kontenut tal-ossiġenu magħruf” għandhom jiżdiedu fl-aħħar. |
|
2. |
Il-paragrafu 3 għandu jitħassar u jinbidel bit-test li ġej:
|
|
3. |
Fil-paragrafu 4, il-kelma “applikabbli” għandha tiżdied qabel il-kelma “standards” u l-kliem “pereżempju” għandhom jiżdiedu qabel il-kliem “il-Kumitat.” |
|
4. |
Il-paragrafu 6 għandu jitħassar u jinbidel bit-test u n-nota f'qiegħ il-paġna li ġejjin:
(1) L-ekwivalenti tossiku totali (TEQ) huwa definit f'sens operattiv mis-somma tal-prodotti tal-konċentrazzjoni ta' kull kompost multiplikat bil-fattur ta' ekwivalenza tossika tiegħu (TEF) u huwa stima tal-attività totali tat-taħlita li tixbaħ 2,3,7,8-TCDD. Ekwivalenti tossiku totali qabel kienet imqassra għal TE.” " |
|
5. |
Il-paragrafu 7 għandu jitħassar u jinbidel bit-test u n-nota f'qiegħ il-paġna li ġejjin:
(2) Inkluż inċineraturi li jittrattaw l-iskart tal-bijomassa li jista' jkun fih komposti organiċi aloġenati jew metalli tqal b'riżultat tat-trattament tal-preservattivi jew kisi tal-injam, u li jinkludi b'mod partikolari skart tal-bijomassa li joriġina mill-iskart tal-kostruzzjoni u t-tkissir, iżda jeskludi l-inċineraturi li jittrattaw skart ieħor tal-bijomassa biss." (3) Pajjiżi b'ekonomiji fi tranżizzjoni jistgħu jeskludu l-kokombustjoni tal-iskart industrijali mhux perikoluż fil-proċessi industrijali fejn skart bħal dan jintuża bħala fjuwil addizzjonali li jikkontribwixxi sa 10 % tal-enerġija,” " |
|
6. |
Għandhom jiżdiedu l-paragrafi ġodda li ġejjin wara l-paragrafu 7:
|
J. Anness VI
|
1. |
It-test eżistenti tal-anness għandu jiġi mmarkat bħala l-paragrafu 1. |
|
2. |
Fil-paragrafu (a), wara l-kliem “Protokoll preżenti” għandhom jiżdiedu l-kliem “għal Parti”. |
|
3. |
Għandu jkun hemm bidla fil-paragrafu (b):
“Għal sorsi immobbli eżistenti:
|
|
4. |
Għandu jiżdied paragrafu ġdid fl-aħħar tal-Anness kif ġej:
|
K. Anness VIII
|
1. |
Fit-tieni sentenza tal-parti I, qabel il-kliem “anness V” għandhom jiżdiedu l-kliem “id-dokument ta' gwida msemmi fi”. |
|
2. |
Id-deskrizzjoni fil-kategorija 1 fit-tabella fil-parti II għandha titħassar u tinbidel bit-test li ġej: “Inċinerazzjoni ta' skart, inkluż koinċinerazzjoni, skart tal-muniċipju, perikoluż, mhux perikoluż u skart mediku u ħama tad-drenaġġ.” |
|
3. |
Il-kategoriji l-ġodda li ġejjin għandhom jiżdiedu mat-tabella fil-parti II:
|
(1) Sulfonat tal-perfluworottan (PFOS) tfisser sustanzi definiti permezz tal-formula kimika C8F17SO2X, fejn X = OH, melħ tal-metall, aloġenur, ammid jew derivattivi oħrajn inkluż il-polimeri”
EMENDI GĦALL-PROTOKOLL
kif jidhru fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2009/2 tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni
A. Anness I
|
1. |
L-elenkar għas-sustanzi li ġejjin għandu jiżdied billi jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni alfabetika xierqa:
|
|
2. |
In-nota f'qiegħ il-paġna li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tal-anness I:
|
B. Anness II
|
1. |
L-elenkar għas-sustanzi li ġejjin għandu jiżdied billi tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni alfabetika xierqa:
|
|
2. |
In-nota f'qiegħ il-paġna li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tal-anness II:
|