Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0608

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/608 tat-18 ta' April 2016 dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 104, 20.4.2016, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/608/oj

    20.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 104/18


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/608

    tat-18 ta' April 2016

    dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-5 ta' Marzu 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/363 (1) dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri li pprovdiet għal estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul, u s-soġġorn, fit-territorju tal-Istati Membri msemmija fil-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK (2) għal perijodu ulterjuri ta' 24 xahar.

    (2)

    Fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta' dawk il-permessi tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 24 xahar,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità ta' permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija f'konformità mal-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta' 24 xahar li jibda mill-31 ta' Jannar 2016.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta' April 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/363 tal-5 ta' Marzu 2015 dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 24).

    (2)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK tal-21 ta' Mejju 2002 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani (ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33).


    Top