Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0575

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/575 tad-29 ta' Marzu 2016 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (notifikata bid-dokument C(2016) 1702) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/1702

    ĠU L 98, 14.4.2016, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/05/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/575/oj

    14.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 98/4


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/575

    tad-29 ta' Marzu 2016

    li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters

    (notifikata bid-dokument C(2016) 1702)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk li ma jinfetħux mit-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità ta' dawn id-deċiżjonijiet sa perjodu mhux itwal minn sena, iżda tippermetti li dan jiġi estiż għal perjodi addizzjonali ta' mhux aktar minn sena.

    (3)

    Il-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE kienet estiża b'perjodi ta' sena, minn (f'ordni kronoloġiku): Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/231/KE (3) sal-11 ta' Mejju 2008, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/322/KE (4) sal-11 ta' Mejju 2009, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/298/KE (5) sal-11 ta' Mejju 2010, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/157/UE (6) sal-11 ta' Mejju 2011, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/176/UE (7) sal-11 ta' Mejju 2012, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/53/UE (8) sal-11 ta' Mejju 2013, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/113/UE (9) sal-11 ta' Mejju 2014, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/61/UE (10) sal-11 ta' Mejju 2015 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/249 (11) sal-11 ta' Mejju 2016.

    (4)

    Il-lajters li jistgħu jinfetħu mit-tfal għadhom qed jitqiegħdu fis-suq. Attivitajiet imsaħħa għas-sorveljanza tas-suq għandhom inaqqsu aktar in-numru ta' dawn il-prodotti preżenti fis-suq.

    (5)

    Minħabba li ma jeżistux miżuri sodisfaċenti oħra li jindirizzaw is-sikurezza tat-tfal fil-lajters, jeħtieġ li l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tiġi estiża għal 12-il xahar ieħor.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2006/502/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2001/95/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 2006/502/KE jinbidel b'dan li ġej:

    “2.   Din id-Deċiżjoni tapplika sal-11 ta' Mejju 2017.”

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta' Mejju 2016 u għandhom jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ittieħdu mingħajr dewmien.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Věra JOUROVÁ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE tal-11 ta' Mejju 2006 li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/231/KE tal-12 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/502/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/322/KE tat-18 ta' April 2008 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/298/KE tat-26 ta' Marzu 2009 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 23).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/157/UE tat-12 ta' Marzu 2010 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (ĠU L 67, 17.3.2010, p. 9).

    (7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/176/UE tat-21 ta' Marzu 2011 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 99).

    (8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/53/UE tas-27 ta' Jannar 2012 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (ĠU L 27, 31.1.2012, p. 24).

    (9)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/113/UE tas-Il-Ġimgħa, 1 ta' Marzu 2013 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (ĠU L 61, 5.3.2013, p. 11).

    (10)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/61/UE tas-L-Erbgħa, 5 ta' Frar 2014 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (ĠU L 38, 7.2.2014, p. 43).

    (11)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/249 tal-10 ta' Frar 2015 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 41).


    Top