This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0410
Council Decision (EU) 2016/410 of 14 March 2016 appointing an alternate member, proposed by the Kingdom of Spain, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/410 tal-14 ta' Marzu 2016 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/410 tal-14 ta' Marzu 2016 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 74, 19.3.2016, p. 39–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020
|
19.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/410
tal-14 ta' Marzu 2016
li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fil-5 ta' Ottubru 2015, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1792 (4), is-Sur Juan Luís SÁNCHEZ DE MUNIÁIN LACASA ġie ssostitwit mis-Sinjura Ana OLLO HUALDE bħala membru supplenti. |
|
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Ana OLLO HUALDE, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
|
— |
Sr. D. Mikel IRUJO AMEZAGA, Delegado del Gobierno de Navarra en Bruselas. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M.H.P. VAN DAM
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1792 tal-5 ta' Ottubru 2015 li taħtar ħames membri Spanjoli u ħames membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 28)