Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0396

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/396 tal-15 ta' Marzu 2016 dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/173 (EUTM Somalia/1/2016)

    ĠU L 73, 18.3.2016, p. 99–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/06/2017; Imħassar b' 32017D971

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/396/oj

    18.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 73/99


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/396

    tal-15 ta' Marzu 2016

    dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/173 (EUTM Somalia/1/2016)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni 2010/96/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti rigward il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' EUTM Somalia, inklużi deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE.

    (2)

    Fit-3 ta' Frar 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/173 (2) li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Antonio MAGGI bħala Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia.

    (3)

    Fid-9 ta' Frar 2016, l-Italja pproponiet il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Maurizio MORENA bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia biex jissostitwixxi lill-Brigadier Ġeneral Antonio MAGGI.

    (4)

    Fl-24 ta' Frar 2016, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-KPS jaħtar lill-Brigadier Ġeneral Maurizio MORENA bħala Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia biex jissostitwixxi lill-Brigadier Ġeneral Antonio MAGGI mill-21 ta' Marzu 2016.

    (5)

    Għandha titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/173.

    (6)

    F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Brigadier Ġeneral Maurizio MORENA huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) mill-21 ta' Marzu 2016.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/173 hija mħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2016.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/173 tat-3 ta' Frar 2015 dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id- Deċiżjoni EUTM Somalia/1/2013 (EUTM) Somalia/1/2015 (ĠU L 29, 5.2.2015, p. 14).


    Top