Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0335

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/335 tas-7 ta' Marzu 2016 li tagħti derogi mir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej fir-rigward ta' Spanja, Franza, l-Italja u Ċipru (notifikata bid-dokument C(2016) 1341) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/1341

ĠU L 62, 9.3.2016, pp. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/335/oj

9.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/18


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/335

tas-7 ta' Marzu 2016

li tagħti derogi mir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej fir-rigward ta' Spanja, Franza, l-Italja u Ċipru

(notifikata bid-dokument C(2016) 1341)

(It-testi bl-Ispanjol, bil-Franċiż, bit-Taljan u bil-Grieg biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 691/2011, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni bil-għan li tagħti derogi lill-Istati Membri matul il-perjodi tranżizzjonali li hemm referenza għalihom fl-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 691/2011, f'każ li s-sistemi tal-istatistika nazzjonali jkunu jeħtieġu adattamenti kbar.

(2)

Ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana u r-Repubblika ta' Ċipru talbu derogi bħal dawn minħabba l-ħtieġa ta' adattamenti kbar fis-sistemi tal-istatistika nazzjonali tagħhom sabiex jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 691/2011. Dawn id-derogi għandhom jingħataw lil dawk l-Istati Membri li għamlu t-talba.

(3)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-derogi mir-Regolament (UE) Nru 691/2011, kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, qed jingħataw lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana u lir-Repubblika ta' Ċipru.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika ta' Franza, lir-Repubblika Taljana u lir-Repubblika ta' Ċipru.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Marianne THYSSEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1.


ANNESS

DEROGI

Stat Membru

Deroga

Tmiem id-deroga

Ir-Renju ta' Spanja

Anness V — Kontijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali

Il-31 ta' Diċembru 2018

Ir-Repubblika Franċiża

Anness VI — Kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija. Tabella tal-użi tal-flussi fiżiċi ta' enerġija (it-tabella B): l-użu totali u t-tqassim ta' prodotti “P.14 Motor spirit (mingħajr bijo)”, “P.17 Diżil tat-trasport (mingħajr bijo)” u “P.24 Bijofjuwils likwidi”

It-30 ta' Settembru 2019

Anness VI — Kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija. Tabella tal-użu fiżiku ta' flussi ta' enerġija rilevanti għall-emissjonijiet (it-tabella C): l-użu totali u t-tqassim ta' prodotti “P.14 Motor spirit (mingħajr bijo)”, “P.17 Diżil tat-trasport (mingħajr bijo)” u “P.24 Bijofjuwils likwidi”

It-30 ta' Settembru 2019

Anness VI — Kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija. Tabella ta' konkordanza (it-tabella E): il-prodotti “P.14 Motor spirit (mingħajr bijo)”, “P.17 Diżil tat-trasport (mingħajr bijo)” u “P.24 Bijofjuwils likwidi”

It-30 ta' Settembru 2019

Ir-Repubblika Taljana

Anness V — Kontijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali

Il-31 ta' Diċembru 2018

Ir-Repubblika ta' Ċipru

Anness IV — Kontijiet tal-infiq għall-protezzjoni ambjentali

Il-31 ta' Diċembru 2019

Anness V — Kontijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali

Il-31 ta' Diċembru 2019

Anness VI — Kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija.

It-30 ta' Settembru 2019


Top