Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0229

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/229 tas-16 ta' Frar 2016 li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    ĠU L 41, 18.2.2016, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/229/oj

    18.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 41/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/229

    tas-16 ta' Frar 2016

    li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Daniż,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020.

    (2)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Marie-Louise KNUPPERT sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Arne GREVSEN, First Vice-President of the Danish Confederation of Trade Unions (LO), huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2020.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Frar 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.G. KOENDERS


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).


    Top