Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0204

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/204 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE (ultra-wideband)

    ĠU L 39, 16.2.2016, p. 39–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/204/oj

    16.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 39/39


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/204

    tat-12 ta' Frar 2016

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE (ultra-wideband)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

    (2)

    Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Jeħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE (3) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. Id-densità ta' konnessjonijiet bir-radju qrib l-ajruporti fl-Iżlanda u fin-Norveġja, u l-intensità tal-użu tagħhom huma ogħla milli fl-UE. Sabiex tiġi evitata l-okkorrenza ta' interferenza dannuża għal konnessjonijiet bir-radju tal-operaturi tal-mowbajl, jeħtieġ li l-Iżlanda u n-Norveġja jiġu eżentati milli jippermettu l-użu tal-banda 6,0 sa 8,5 GHz b'apparat li juża teknoloġija ultra-wideband abbord inġenji tal-ajru.

    (4)

    L-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

    (5)

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f 'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


    (1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

    (2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

    (3)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE tas-7 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità, (ĠU L 293, 9.10.2014, p. 48).


    ABBOZZ TA'

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2016

    ta'

    li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Jeħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2007/702/UE tas-7 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità (1) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt 5cw (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

    1.

    Jiżdied it-test li ġej:

    “Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

    L-Iżlanda u n-Norveġja jkunu eżenti milli jippermettu l-użu tal-banda 6,0 sa 8,5 GHz b'apparat li juża teknoloġija ultra-wideband abbord inġenji tal-ajru.”.

    2.

    Jiżdied l-inċiż li ġej:

    “—

    32014 D 0702: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE tas-7 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 293, 9.10.2014, p. 48).”.

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/702/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (2).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    […]

    Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    […]


    (1)  ĠU L 293, 9.10.2014, p. 48.

    (2)  [Ebda rekwiżit kostituzzjonali mhuwa indikat.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati]


    Top