This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0160
Commission Implementing Decision (EU) 2016/160 of 5 February 2016 on the approval of the Toyota Motor Europe efficient exterior lighting using light emitting diodes as an innovative technology for reducing CO2 emissions from passenger cars pursuant to Regulation (EC) No 443/2009 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/160 tal-5 ta' Frar 2016 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti tat-Toyota Motor Europe li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/160 tal-5 ta' Frar 2016 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti tat-Toyota Motor Europe li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 31, 6.2.2016, p. 70–77
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020D1806
6.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 31/70 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/160
tal-5 ta' Frar 2016
dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti tat-Toyota Motor Europe li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' April 2015, il-manifattur Toyota Motor Europe NV/SA (l-“applikant”) ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti li tuża dijodi li jemettu d-dawl (LEDs) bħala teknoloġija innovattiva. Il-kompletezza ta' dik l-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2). Il-Kummissjoni sabet li fl-applikazzjoni oriġinali tħalliet barra ċerta informazzjoni rilevanti u talbet lill-applikant jipprovdiha. L-applikant ipprovda l-informazzjoni mitluba fis-26 ta' Mejju 2015. L-applikazzjoni tqieset kompluta u l-perjodu biex il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni tal-applikazzjoni beda l-għada ta' meta waslet uffiċjalment l-informazzjoni kompluta, jiġifieri fis-27 ta' Mejju 2015. |
(2) |
L-applikazzjoni kienet ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija ta' applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (il-verżjoni tal-Linji Gwida Tekniċi ta' Frar tal-2013) (3). |
(3) |
L-applikazzjoni tirreferi għal sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti li tinkludi l-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi, il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin u l-fanali ta' quddiem, il-fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar, il-fanali ta' wara kontra ċ-ċpar, id-dwal tal-indikaturi ta' quddiem, id-dwal tal-indikaturi ta' wara, id-dwal tal-pjanċi u d-dwal tar-rivers mgħammra b'LEDs. |
(4) |
Il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni turi li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. |
(5) |
L-applikant wera li l-użu tal-LEDs fil-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi, fil-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin, fil-fanali ta' quddiem, fil-fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar, fil-fanal ta' wara kontra ċ-ċpar, fid-dwal tal-indikaturi ta' quddiem, fid-dwal tal-indikaturi ta' wara, fid-dwal tal-pjanċi u fid-dwal tar-rivers ma jaqbiżx it-3 % tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri li ġew irreġistrati fis-sena ta' referenza 2009. B'appoġġ ta' dan, l-applikant irrefera għal-Linji Gwida Tekniċi, li jagħtu taqsira tar-rapport CLEPA LIGHT Sight Safety. L-applikant uża funzjonijiet predefiniti u data fuq medja ta' żmien f'konformità mal-approċċ simplifikat speċifikat fil-Linji Gwida Tekniċi (il-verżjoni ta' Frar tal-2013). |
(6) |
Skont l-approċċ simplifikat deskritt fil-Linji Gwida Tekniċi, l-applikant uża illuminazzjoni tal-aloġenu bħala teknoloġija bażi biex juri l-kapaċità ta' tnaqqis ta' CO2 tas-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti billi jintużaw LEDs fil-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi, fil-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin, fil-fanali ta' quddiem, fil-fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar, fil-fanali ta' wara kontra ċ-ċpar, fid-dwal tal-indikaturi ta' quddiem, fid-dwal tal-indikaturi ta' wara, fid-dwal tal-pjanċi u fid-dwal tar-rivers. |
(7) |
L-applikant ipprovda metodoloġija għall-ittestjar tat-tnaqqis ta' CO2 li tinkludi formoli li huma konsistenti mal-formoli deskritti fil-Linji Gwida Tekniċi għall-approċċ simplifikat fir-rigward tal-funzjonijiet ta' illuminazzjoni. Il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija tal-ittestjar se tipprovdi riżultati tal-ittestjar li jkunu verifikabbli, ripetibbli u komparabbli u li b'mod realistiku din kapaċi turi b'sinifikanza statistika qawwija, il-benefiċċji tat-teknoloġija innovattiva f'termini tal-emissjonijiet ta' CO2 f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. |
(8) |
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li l-applikant wera b'mod sodisfaċenti li t-tnaqqis fl-emissjonijiet li nkiseb permezz tas-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti li tinkludi l-fanali ta' quddiem tar-raġġi baxxi, il-fanali ta' quddiem tar-raġġi għoljin, il-fanali ta' quddiem, il-fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar, il-fanali ta' wara kontra ċ-ċpar u d-dwal tal-pjanċi huwa mill-anqas 1 g CO2/km. Għalhekk għandu jiġi konkluż li sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti li tinkludi mhux biss dawk il-fanali iżda wkoll id-dwal tal-indikaturi ta' quddiem, id-dwal tal-indikaturi ta' wara u d-dwal tar-rivers mgħammra b'LEDs jew taħlita xierqa oħra ta' dawk id-dwal tista' tikseb tnaqqis ta' CO2 ta' mill-inqas 1gCO2/km. |
(9) |
Billi l-attivazzjoni tal-illuminazzjoni esterna mhix meħtieġa għat-test tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta' CO2 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (5), il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-funzjonijiet ta' illuminazzjoni konċernati mhumiex koperti miċ-ċiklu tat-test standard. |
(10) |
L-attivazzjoni tal-funzjonijiet ta' illuminazzjoni konċernati hija obbligatorja biex ikun żgurat it-tħaddim tal-vettura mingħajr periklu u għalhekk ma tiddependix fuq l-għażla tas-sewwieq. Abbażi ta' dan il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-manifattur għandu jitqies responsabbli għat-tnaqqis tal-emissjoni ta' CO2 minħabba l-użu tat-teknoloġija innovattiva. |
(11) |
Il-Kummissjoni tqis li r-rapport ta' verifika tħejja mill-Aġenzija taċ-Ċertifikazzjoni tal-Vetturi (VCA), li huwa korp indipendenti u ċertifikat, u li r-rapport jappoġġa s-sejbiet stipulati fl-applikazzjoni. |
(12) |
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li ma għandha tagħmel l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni. |
(13) |
Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011, kull manifattur li jixtieq jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet medji speċifiċi tas-CO2 tiegħu sabiex jilħaq il-mira tal-emissjonijiet tiegħu bl-iffrankar ta' CO2 li jiġi mill-użu tat-teknoloġija innovattiva approvata b'din id-Deċiżjoni, għandu jirreferi għal din id-Deċiżjoni fl-applikazzjoni tiegħu għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi konċernati. |
(14) |
Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li jrid jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li jrid jintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti li tinkludi il-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi, il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin, il-fanal ta' quddiem, il-fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar, il-fanal ta' wara kontra ċ-ċpar, id-dwal tal-indikaturi ta' quddiem, id-dwal tal-indikaturi ta' wara, id-dwal tal-pjanċi u d-dwal tar-rivers mgħammra b'dijodi li jemettu d-dawl (LEDs) maħsubin għall-użu fil-vetturi M1 hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
2. It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 li jiġi mill-użu tas-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti li tinkludi l-funzjonijiet kollha tad-dwal, jew taħlita xierqa tal-funzjonijiet tal-illuminazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi ddeterminat billi tintuża l-metodoloġija stabbilita fl-Anness.
3. Il-kodiċi individwali tal-ekoinnovazzjoni li jrid jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip li trid tintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni huwa “15”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).
(3) https://circabc.europa.eu/w/browse/42c4a33e-6fd7-44aa-adac-f28620bd436f
(4) Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).
(5) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
1. Il-metodoloġija tal-ittestjar — Introduzzjoni
Sabiex jiġi stabbilit it-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' CO2 li jista' jiġi attribwit għas-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti, li tinkludi l-fanali u d-dwal kollha jew kombinazzjoni xierqa ta' fanali ta' quddiem tar-raġġi baxxi, fanali ta' quddiem tar-raġġi għoljin, fanali ta' quddiem, fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar, fanali ta' wara kontra ċ-ċpar, dwal tal-indikaturi ta' quddiem, dwal tal-indikaturi ta' wara, dwal tal-pjanċi u dwal tar-rivers mgħammra b'dijodi li jemettu d-dawl (LED) f'vettura tal-kategorija M1, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dawn li ġejjin:
(a) |
il-kundizzjonijiet tat-testijiet; |
(b) |
il-proċedura tat-test; |
(c) |
il-formuli għall-kalkolu tal-iffrankar ta' CO2 |
(d) |
il-formuli għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard; |
(e) |
id-determinazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 għaċ-ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip. |
2. Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar
Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tar-Regolament NU/EKE Nru 112 (1) dwar dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' fanali ta' quddiem ta' vetturi bil-mutur li jemettu raġġ baxx assimetriku jew raġġ tas-sewqan jew it-tnejn u mgħammra bi dwal tal-filament u/jew moduli tad-dijodi li jemettu d-dawl (LED). Għall-kalkolu tal-konsum tal-enerġija, trid issir referenza għall-punt 6.1.4. tar-Regolament Nru 112, u għall-punti 3.2.1 u 3.2.2 tal-Anness 10 tar-Regolament Nru 112.
3. Il-proċedura tal-ittestjar
Il-kejl irid isir kif muri fil-Figura. Irid jintuża t-tagħmir li ġej:
— |
Unità tal-provvista tal-enerġija (jiġifieri provvista ta' vultaġġ varjabbli) |
— |
Żewġ Multi Miters Diġitali, wieħed għall-kejl tal-kurrent dirett, u l-ieħor għall-kejl tal-vultaġġ tal-kurrent dirett. Fil-Figura it-test juri każ possibbli ta' miter tal-vultaġġ tal-kurrent dirett integrat fl-unità għall-provvista tal-enerġija |
It-test
B'kollox iridu jsiru ħames (5) testijiet ta' kejl fuq il-kurrent f'13,2 V għal kull tip ta' illuminazzjoni użata fil-vettura (jiġifieri l-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi, il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin, il-fanali ta' quddiem, il-fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar, il-fanali ta' wara kontra ċ-ċpar, id-dwal tal-indikaturi ta' quddiem, id-dwal tal-indikaturi ta' wara, id-dwal tal-pjanċi u d-dwal tar-rivers). Modulu(i) LED imħaddem(imħaddma) b'ger tal-kontroll ta' sors tad-dawl elettroniku għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) kif speċifikat mill-applikant;
Bħala alternattiva, jista' jsir kejl ieħor fuq il-kurrent f'vultaġġi addizzjonali oħra. Il-manifattur irid jgħaddi dokumentazzjoni verifikata dwar il-ħtieġa li jitwettaq dan il-kejl addizzjonali lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. B'kollox iridu jsiru ħames (5) testijiet ta' kejl fuq il-kurrent f'kull wieħed minn dawn il-vultaġġi addizzjonali.
Il-vultaġġi installati eżatti u l-kurrent imkejjel iridu jitniżżlu f'erba' ċifri deċimali.
4. Il-formuli
Biex jiġi kkalkulat l-iffrankar ta' CO2 u biex jiġi kkalkulat jekk jintlaħaqx il-valur ta' limitu ta' 1 g CO2/km iridu jittieħdu l-passi li ġejjin:
|
Pass Nru 1: Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija |
|
Pass Nru 2: Il-kalkolu tal-iffrankar ta' CO 2 |
|
Pass Nru 3: Il-kalkolu tal-iżball fl-iffrankar ta' CO2 |
|
Pass Nru 4: Il-verifika tal-valur ta' limitu |
4.1. Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija
Għal kull wieħed mill-ħames (5) kejliet li jsiru, trid tiġi kkalkulata l-enerġija li tintuża billi jiġi mmultiplikat il-vultaġġ installat bil-kurrent imkejjel. Meta mutur ta' veloċità gradwali jew kontrollur elettroniku jintuża għall-provvista tal-elettriku fid-dwal LED, it-tagħbija elettrika ta' din il-parti tal-komponent irid jiġi eskluż mill-kejl. Dan jagħti ħames (5) valuri. Kull valur irid jitniżżel f'erba' (4) ċifri deċimali. Imbagħad jiġi kkalkulat il-valur medju tal-enerġija użata, li huwa s-somma tal-ħames (5) valuri għall-elettriku diviża b'ħamsa (5).
L-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta jrid jiġi kkalkulat bil-formula li ġejja:
Formula (1):
ΔP = Pbaseline – Peco-innovation
Fejn:
ΔP |
L-iffrankar tal-enerġija f'[W]; |
Pbaseline |
Il-konsum ta' enerġija tal-linja bażi, speċifikat fit-Tabella 1 f'[W]; |
Peco-innovation |
Il-valur medju tal-enerġija użata tal-ekoinnovazzjoni f'[W]. |
Tabella 1
L-enerġija meħtieġa għat-tipi ta' illuminazzjoni ta' linja bażi differenti
It-tip ta' illuminazzjoni |
L-enerġija elettrika totali [W] |
Fanal tar-raġġ baxx |
137 |
Fanal tar-raġġ għoli |
150 |
Fanal ta' quddiem |
12 |
Dawl tal-pjanċa |
12 |
Fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar: |
124 |
Fanal ta' wara kontra ċ-ċpar: |
26 |
Dawl tal-indikatur ta' quddiem |
13 |
Dawl tal-indikatur ta' wara |
13 |
Dawl tar-rivers |
52 |
4.2. Il-kalkolu tal-iffrankar ta' CO2
L-iffrankar totali ta' CO2 tat-teknoloġija innovattiva (is-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti) irid jiġi kkalkulat skont il-formuli (2), (3) u (4).
Għal vettura li taħdem bil-petrol:
Formula (2):
Għal vettura li taħdem bid-diżil:
Formula (3):
Għal vettura li taħdem bil-petrol b'turboċarġer
Formula (4):
Dawn il-formuli jippreżentaw l-iffrankar totali ta' CO2 tat-teknoloġija innovattiva (is-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti) f'gCO2/km.
Id-data ta' input għall-formuli (2), (3) u (4) huma:
ΔPj |
L-enerġija elettrika ffrankata f'W tat-tip ta' illuminazzjoni j, li hija r-riżultat tal-pass nru 1 |
UFj |
Il-fattur tal-użu tat-tip ta' illuminazzjoni j, speċifikat fit-tabella 2 |
m |
L-għadd ta' tipi ta' illuminazzjoni fil-pakkett ta' teknoloġija innovattiva |
v |
Il-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC, li hija 33,58 km/h |
VPe – P |
Il-konsum tal-enerġija effettiva għal vetturi li jaħdmu bil-petrol, li huwa 0,264 l/kWh |
VPe – D |
Il-konsum tal-enerġija effettiva għal vetturi li jaħdmu bid-diżil, li huwa 0,264 l/kWh |
VPe – PT |
Il-konsum tal-enerġija effettiva għal vetturi li jaħdmu b'turboċarġer, li huwa 0,28 l/kWh |
ηA |
L-effiċjenza tal-alternatur, li hija 0,67 |
CFP |
Il-fattur tal-konverżjoni għall-petrol, li huwa 2 330 gCO2/l |
CFD |
Il-fattur tal-konverżjoni għad-diżil, li huwa 2 640 gCO2/l |
Tabella 2
Il-fattur tal-użu għal tip differenti ta' illuminazzjoni
It-tip ta' illuminazzjoni |
Il-fattur tal-użu UF |
Fanal tar-raġġ baxx |
0,33 |
Fanal tar-raġġ għoli |
0,03 |
Fanal ta' quddiem |
0,36 |
Dawl tal-pjanċa |
0,36 |
Fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar: |
0,01 |
Fanal ta' wara kontra ċ-ċpar: |
0,01 |
Dawl tal-indikatur ta' quddiem |
0,15 |
Dawl tal-indikatur ta' wara |
0,15 |
Dawl tar-rivers |
0,01 |
4.3. Il-kalkolu tal-iżball statistiku fl-iffrankar ta' CO2
L-iżball statistiku fl-iffrankar ta' CO2 irid jinħadem f'żewġ passi. Fl-ewwel pass, il-valur tal-iżball tal-enerġija irid jinħadem bħala devjazzjoni standard ekwivalenti għal intervall ta' kunfidenza ta' 68 % madwar il-medja.
Dan irid isir bil-formula (5).
Formula (5):
Fejn:
|
Id-devjazzjoni standard tal-medja ta' kampjun f'[W]; |
xi |
Id-data tal-kampjun f'[W] |
|
Il-medja tad-data tal-kampjun f'[W] |
n |
L-għadd ta' osservazzjonijiet tal-kampjun, li huwa ta' ħames (5). |
Biex tikkalkula l-iżball fl-iffrankar ta' CO2 għal vetturi li jaħdmu bil-petrol, bil-petrol turbo u bid-diżil, trid tiġi applikata l-liġi ta' propagazzjoni, mogħtija fil-formula (6).
Formula (6):
Fejn:
|
Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali ta' CO2 [gCO2/km] |
|
Is-sensittività tal-iffrankar ta' CO2 kkalkulat relatat ma' Pj |
|
Id-devjazzjoni standard ta' f'[W] |
m |
L-għadd ta' tipi ta' illuminazzjoni fil-pakkett ta' teknoloġija innovattiva |
Is-sostituzzjoni tal-formula (2) fil-formula (6) twassal għall-formula (7) għall-kalkolu tal-iżball fl-iffrankar ta' CO2 għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol.
Formula (7):
Is-sostituzzjoni tal-formula (3) fil-formula (6) twassal għall-formula (8) għall-kalkolu tal-iżball fl-iffrankar ta' CO2 għall-vetturi li jaħdmu bid-diżil.
Formula (8):
Is-sostituzzjoni tal-formula (4) fil-formula (6) twassal għall-formula (9) għall-kalkolu tal-iżball fl-iffrankar ta' CO2 għall-vetturi li jaħdmu b'turboċarġer.
Formula (9):
4.4. Il-verifika tal-valur ta' limitu
Sabiex jintwera li l-valur ta' limitu 1,0 gCO2/km inqabeż b'rilevanza statistika, għandha tintuża l-formula li ġejja (10).
Formula 10:
Fejn:
MT: |
Il-valur limitu minimu [gCO2/km], |
|
L-iffrankar totali ta' CO2 [gCO2/km], li jrid jiġi espress f'4 ċifri deċimali, |
|
Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali ta' CO2 [gCO2/km], li jrid jiġi espress f'4 ċifri deċimali. |
Meta t-total tal-iffrankar ta' emissjonijiet ta' CO2 tat-teknoloġija innovattiva (is-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti), bħala riżultat tal-kalkolu li juża l-formula (10) ikun taħt il-limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, japplika it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta' dak ir-Regolament.
(1) E/ECE/324/Rev.2/Add.111/Rev.3 — E/ECE/TRANS/505/Rev.2/Add.111/Rev.3, id-9 ta' Jannar 2013