Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0123

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/123 tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra

    ĠU L 29, 4.2.2016, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/123/oj

    Related international agreement

    4.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 29/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/123

    tas-26 ta' Ottubru 2015

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fit-13 ta' April 2011, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Każakistan dwar Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni (“il-Ftehim”).

    (2)

    In-negozjati dwar il-Ftehim irnexxew u l-Ftehim ġie inizjalat fl-20 ta' Jannar 2015.

    (3)

    L-Artikolu 281 tal-Ftehim jipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja sħiħa jew parzjali tal-Ftehim qabel ma jidħol fis-seħħ.

    (4)

    Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u jiġi applikat parzjalment fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

    (5)

    L-iffirmar tal-Ftehim f'isem l-Unjoni u l-applikazzjoni provviżorja ta' partijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Każakistan huwa mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni ta' kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont it-Trattati,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra, huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

    2.   It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

    Artikolu 3

    1.   Sakemm il-Ftehim jidħol fis-seħħ, skont l-Artikolu 281 tal-Ftehim u soġġett għan-notifiki previsti fih, il-partijiet segwenti tal-Ftehim għandhom jiġu applikati b'mod provviżorju bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Każakistan, iżda biss sa fejn dawn ikopru materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, inklużi materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politika estera u ta' sigurtà komuni:

    (a)

    Titolu I;

    (b)

    Titolu II: l-Artikoli 4, 5, 9 u 10;

    (c)

    Titolu III (bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 56 u 58, l-Artikolu 62 sal-punt li jikkonċerna l-infurzar kriminali tad-drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali, u l-Artikolu 147).

    L-applikazzjoni provviżorja tal-Artikolu 141 m'għandhiex taffettwa d-drittijiet sovreni tal-Istati Membri fuq ir-riżorsi tagħhom tal-idrokarburi skont id-dritt internazzjonali, inklużi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala Partijiet għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar.

    (d)

    Titolu IV: il-Kapitoli 5, 6 u 7 (bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-Artikolu 210 u l-punti (b), (f), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 212), u l-Kapitoli 12 u 15;

    (e)

    Titolu V: l-Artikolu 235 u l-Artikolu 238 (bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 2 u 3);

    (f)

    Titolu VI: Kapitoli 5 u 9;

    (g)

    Titolu VII;

    (h)

    Titolu VIII (safejn id-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu huma limitati għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim);

    (i)

    Titolu IX (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 281(7), safejn dawk id-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu huma limitati għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim f'konformità ma' dan l-Artikolu);

    (j)

    L-Annessi I sa VII kif ukoll il-Protokoll dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet Doganali.

    2.   Id-data minn meta l-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    Top