This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0034
Decision (EU) 2016/34 of the European Parliament of 17 December 2015 on setting up a Committee of Inquiry into emission measurements in the automotive sector, its powers, numerical strength and term of office
Deċiżjoni (UE) 2016/34 tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar it-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, is-setgħat, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu
Deċiżjoni (UE) 2016/34 tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar it-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, is-setgħat, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu
ĠU L 10, 15.1.2016, pp. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
15.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/13 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/34 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta' Diċembru 2015
dwar it-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, is-setgħat, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba mressqa minn 283 Membru għat-twaqqif ta' kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga l-ksur u l-amministrazzjoni ħażina allegati fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta mill-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta' April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (4), u l-proċeduri ta' ksur li għaddejjin f'dan ir-rigward, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (6), li titlob li ssir investigazzjoni eżawrjenti dwar ir-rwol u r-responsabbiltà tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, fid-dawl, inter alia, tal-problemi stabbiliti fir-rapport tal-2011 taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6) (D042120), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fit-28 ta' Ottubru 2015 mill-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur (TCMV) stabbilit bl-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2007/46/KE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
1.
Jiddeċiedi li jwaqqaf Kumitat ta' Inkjesta biex jinvestiga l-ksur u l-amministrazzjoni ħażina allegati fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, bla preġudizzju għall-ġurisdizzjonijiet tal-qrati nazzjonali jew tal-Unjoni;
2.
Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu:|
— |
jinvestiga n-nuqqas allegat min-naħa tal-Kummissjoni li taqdi l-obbligu impost mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, li tibqa' tirrevedi ċ-ċikli ta' ttestjar użati biex jitkejlu l-emissjonijiet u li tadattahom, jekk ma jkunux għadhom xierqa jew ma jirriflettux aktar is-sitwazzjoni reali tal-emissjonijiet, b'tali mod li jirriflettu b'mod xieraq l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan reali fit-toroq, minkejja informazzjoni relatata ma' eċċessi serji u persistenti tal-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet għall-vetturi fl-użu normali, bi ksur tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, inklużi r-rapporti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni għall-2011 u l-2013 u r-riċerka mill-Kunsill Internazzjonali dwar it-Trasport Nadif (International Council on Clean Transportation, ICCT) li saret disponibbli f'Mejju 2014; |
|
— |
jinvestiga n-nuqqas allegat min-naħa tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li jieħdu azzjoni xierqa u effettiva biex jissorveljaw l-infurzar ta', u li jinfurzaw il-projbizzjoni espliċita fuq tagħmir ta' riduzzjoni, kif previst fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007; |
|
— |
jinvestiga n-nuqqas allegat min-naħa tal-Kummissjoni li tintroduċi f'waqthom testijiet li jirriflettu kundizzjonijiet reali tas-sewqan u li tadotta miżuri li jindirizzaw l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni, kif previst fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007; |
|
— |
jinvestiga n-nuqqas allegat min-naħa tal-Istati Membri li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar penalitajiet effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għall-ksur mill-manufatturi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, inklużi l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni, ir-rifjut li jipprovdu aċċess għall-informazzjoni, u l-falsifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew tal-konformità waqt is-servizz, kif stipulat fl-Artikolu 13(1) u (2) ta' dak ir-Regolament; |
|
— |
jinvestiga n-nuqqas allegat min-naħa tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dispożizzjoni dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jkunu implimentati kif jirrikjedi l-Artikolu 13(1) ta' dak ir-Regolament; |
|
— |
jiġbor u janalizza l-informazzjoni biex jivverifika jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri kellhomx evidenza tal-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni qabel l-Avviż ta' Ksur (Notice of Violation) maħruġ mill-Environmental Protection Agency tal-Istati Uniti tal-Amerika fit-18 ta' Settembru 2015; |
|
— |
jiġbor u janalizza informazzjoni dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet tad- Direttiva 2007/46/KE, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 30(1), (3) u (4); |
|
— |
jiġbor u janalizza informazzjoni biex jivverifika jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri kellhomx evidenza tal-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni fit-testijiet ta' emissjonijiet tas-CO2; |
|
— |
jagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni li jidhirlu li tkun meħtieġa f'din il-materja; |
3.
Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu jressaq rapport interim fi żmien sitt xhur mill-bidu tal-ħidma tiegħu u għandu jissottometti r-rapport finali tiegħu fi żmien 12-il xahar mill-bidu tal-ħidma tiegħu;
4.
Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu jkollu 45 membru;
5.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiżgura li din id-deċiżjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 113, 19.5.1995, p. 1.
(2) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
(3) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(4) ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.
(6) Testi adottati, P8_TA(2015)0375.