This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0027
Decision (EU) 2016/1717 of the European Central Bank of 21 September 2016 amending Decision ECB/2004/2 adopting the Rules of Procedure of the European Central Bank (ECB/2016/27)
Deċiżjoni (UE) 2016/1717 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/27)
Deċiżjoni (UE) 2016/1717 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/27)
ĠU L 258, 24.9.2016, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/17 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/1717 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-21 ta' Settembru 2016
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/27)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 12.3 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-istrumenti legali indirizzati lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊNi) u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK), bħal linji gwida u struzzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandhom jiġu nnotifikati kif suppost lid-destinatarji tagħhom. Illum il-ġurnata, il-prattika aċċettata b'mod komuni għal notifiki bejn il-BĊE, minn naħa waħda, u l-BĊNi u l-ANK, min-naħa l-oħra, hija l-użu ta' mezzi elettroniċi inkluż l-email. Min-naħa l-oħra, it-telex m'għadux jintuża bħala mezz ta' komunikazzjoni minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi. |
(2) |
Fl-aħħar sentejn, il-BĊE adotta ħafna deċiżjonijiet indirizzati lil entitajiet taħt superviżjoni jew entitajiet li applikaw għal awtorizzazzjoni biex jibdew joperaw bħala istituzzjoni ta' kreditu. Bl-istess mod, il-BĊE adotta deċiżjoni li timponi sanzjonijiet kontra terzi. Għalkemm il-liġi primarja ma tippreskrivix dan, ir-Regoli tal-Proċedura tal-BĊE preżentament jeħtieġu li l-President tal-BĊE jiffirma dawn it-tipi ta' deċiżjonijiet tal-BĊE li jkollhom destinatarji. |
(3) |
Fil-futur, deċiżjonijiet tal-BĊE indirizzati lil entitajiet taħt superviżjoni jew entitajiet li jkunu applikaw għal awtorizzazzjoni biex joperaw bħala istituzzjoni ta' kreditu u deċiżjonijiet li jimponu sanzjonijiet kontra terzi għandhom jiġu ffirmati mis-Segretarju tal-Kunsill Governattiv, sabiex tiġi ċċertifikata l-konformità mad-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv. |
(4) |
Peress li l-volum ta' deċiżjonijiet superviżorji żdied b'mod sinifikanti, l-emenda għandha tiġi adottata b'urġenza u tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2004/2 (1) għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew
Id-Deċiżjoni BĊE/2004/2 hija emendata kif ġej:
(1) |
Il-paragrafu 17.2 huwa mibdul b'dan li ġej:
|
(2) |
Il-paragrafu 17.4 huwa mibdul b'dan li ġej:
|
(3) |
Il-paragrafu 17.6 huwa mibdul b'dan li ġej:
|
(4) |
Il-paragrafu 17a.2. huwa mibdul b'dan li ġej:
|
(5) |
Il-paragrafu 17a.3. huwa mibdul b'dan li ġej:
|
(6) |
Il-paragrafu 17a.4. huwa mibdul b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta' Settembru 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Id-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33).