This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0014
Decision (EU) 2016/868 of the European Central Bank of 18 May 2016 amending Decision ECB/2014/6 on the organisation of preparatory measures for the collection of granular credit data by the European System of Central Banks (ECB/2016/14)
Deċiżjoni (UE) 2016/868 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/6 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2016/14)
Deċiżjoni (UE) 2016/868 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/6 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2016/14)
ĠU L 144, 1.6.2016, p. 99–105
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/99 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/868 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta' Mejju 2016
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/6 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2016/14)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 46.2 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 (2) tiddefinixxi l-miżuri ta' tħejjija li l-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu sabiex iħejju għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). |
(2) |
Minn mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni BĊE/2014/6, sar progress sinifikanti lejn l-istabbiliment ta' qafas għal żmien twil għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu li huwa bbażat fuq rekwiżiti armonizzati għar-rapportar statistiku. |
(3) |
Minħabba n-numru u l-kumplessità tar-rekwiżiti previsti għar-rapportar statistiku, l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni stipulat fid-Deċiżjoni BĊE/2014/6 għandha tiġi estiża sabiex is-SEBĊ u l-aġenti li jirrapportaw ikollhom żmien biżżejjed biex iħejju sew għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu. Peress li ser jgħaddi ammont sinifikanti ta' ħin qabel ma jibda r-rapportar attwali, l-iskeda ta' żmien ipprovduta fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6 għat-tlestija tal-fażi preparatorja għandha tiġi ssostitwita bi skadenza li tiżgura li l-fażi preparatorja tintemm meta jibda r-rapportar taħt il-qafas fit-tul għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu. |
(4) |
Din l-iskeda ta' żmien riveduta ser tapplika wkoll għal banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' Stati Membri li l-munita tagħom mhijiex l-euro f'sitwazzjonijiet fejn dawk il-BĊNi jikkooperaw mal-banek ċentrali tal-Eurosistema fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni BĊE/2014/7 (3). |
(5) |
Skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6 il-Kumitat tal-Istatistika (iktar 'il quddiem l-“KST”) jirrapporta annwalment lill-Kunsill Governattiv dwar il-progress miksub mill-BĊE u l-BĊNi individwali fir-rigward tal-implimentazzjoni min-naħa tagħhom ta' miżuri ta' tħejjija. Dan ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni miġbura mill-KST mingħand il-BĊNi kollha, inkluża informazzjoni dwar il-progress miksub mill-BĊNi b'deroga skont l-Artikolu 3(3) ta' dik id-Deċiżjoni. Ir-rapporti separati previsti fl-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6 m'għadhomx jitqiesu li huma neċessarji, |
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, it-tieni sentenza hija ssostitwita b'dan li ġej: “Dan il-qafas fit-tul għandu, sal-bidu tal-ewwel trasmissjoni attwali ta' mikrodejta dwar il-kreditu mill-BĊNi lill-BĊE skont ir-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/13) (*), jinkludi: (a) bażijiet ta' dejta nazzjonali dwar il-mikrokreditu mħaddma mill-BĊNi kollha tal-Eurosistema, u (b) bażi ta' dejta komuni dwar il-mikrokreditu li hija kondiviża bejn il-membri tal-Eurosistema u li tikkonsisti f'mikrodejta dwar il-kreditu għall-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. (*) Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u dwar ir-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13) (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44).”" |
(2) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej: “2. Il-KST għandu, wara li jikkunsidra l-pariri minn kumitati relevanti oħrajn tas-SEBĊ, iħejji d-deċiżjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta' tħejjija stipulati fil-paragrafu 1 u jissottomettihom għal adozzjoni lill-Kunsill Governattiv. Il-KST għandu jirrapporta lill-Kunsill Governattiv fuq bażi annwali dwar il-progress miksub mill-BĊE u l-BĊNi individwali, inklużi BĊNi b'deroga skont l-Artikolu 3(3).” |
(3) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 huwa mibdul b'li ġej: “3. Fir-rigward ta' BĊNi li jeħtieġu perijodu itwal ta' introduzzjoni gradwali matul il-fażi ta' tħejjija għall-iżvilupp jew il-kisba ta' aċċess għal bażijiet ta' dejta komprensivi ta' mikrodejta dwar il-kreditu, il-Kunsill Governattiv jista', matul il-fażi ta' tħejjija, jagħti derogi temporanji individwali mill-obbligu li jiġu applikati miżuri ta' tħejjija speċifiċi ddefiniti taħt il-paragrafu 1. Il-perijodu ta' kull deroga individwali għandu jkun limitat strettament għall-ħin minimu meħtieġ sabiex il-BĊN ikkonċernat jikseb matul il-fażi ta' tħejjija konformità mal-miżuri ta' tħejjija koperti minn din id-deroga, u fi kwalunkwe każ għandu jiġi ffissat b'mod li jippermetti li l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1 jinkisbu fir-rigward tal-BĊNi tal-Eurosistema kollha. Id-drittijiet kollha ta' aċċess għal informazzjoni statistika kunfidenzjali dderivati minn mikrodejta dwar il-kreditu mibgħuta lill-BĊE bħala parti minn miżura ta' tħejjija speċifika għandhom jiġu sospiżi fir-rigward ta' kwalunkwe BĊN li jibbenefika minn deroga temporanja fir-rigward ta' din il-miżura. Il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li għandhom jiġu imposti restrizzjonijiet ulterjuri fuq BĊNi individwali li jibbenefikaw minn kwalunkwe deroga taħt dan il-paragrafu.”; |
(4) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej: “1. Sabiex jiġi żgurat l-allinjament kif suppost tal-mikrodejta dwar il-kreditu li għandha tinġabar għal żmien twil mal-ħtiġijiet statistiċi ta' utenti prospettivi tas-SEBĊ, il-KST għandu, matul il-fażi ta' tħejjija, jorganizza t-trażmissjoni annwali, fit-tmiem ta' Marzu ta' kull sena, mill-BĊNi lill-BĊE ta' mikrodejta dwar il-kreditu, relatata mat-30 ta' Ġunju u l-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel, bl-użu ta' livell adegwat ta' anonomizzazzjoni u aggregazzjoni fir-rigward tat-tagħrif dwar il-mutwatarji, sabiex jiġi żgurat illi l-mutwatarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati. L-ewwel trażmissjoni għandha sseħħ fl-aħħar ta' Marzu 2014, b'referenza għat-30 ta' Ġunju u l-31 ta' Diċembru 2013, u għandha tkun ibbażata fuq l-iskema ta' rapportar ta' referenza stabbilita fl-Anness. Kwalunkwe trażmissjoni oħra fuq bażi ad hoc għandha tiġi organizzata mill-KST fuq bażi volontarja u fuq il-bażi tal-iskema ta' rapportar li għandha tikkunsidra l-eżistenza ta' mikrodejta dwar il-kreditu disponibbli fil-pront u l-karatteristiċi tagħha, u tiżgura illi d-dejta miġbura tkun proporzjonata mal-istat tax-xogħol ta' tħejjija li jkun tlesta fil-ħin tat-trażmissjoni. Dejta dwar mutwatarji li jappartjenu għal setturi istituzzjonali li mhumiex korporazzjonijiet mhux finanzjarji tista' tiġi rrapportata matul il-fażi ta' tħejjija fuq bażi aggregata, sakemm il-BĊN jipprovdi tagħrif relevanti dwar il-metodoloġija.” |
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill- BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Mejju 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01, Volum 03, p. 23).
(2) Deċiżjoni BĊE/2014/6 tal-24 ta' Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (ĠU L 104, 8.4.2014, p. 72).
(3) Rakkomandazzjoni BĊE/2014/7 tal-24 ta' Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ĠU C 103, 8.4.2014, p. 1).
ANNESS
It-tabella tal-Anness tad-Deċizjoni BĊE/2014/6 hija mibdula bit-Tabella li ġejja:
“Tip |
Attributi |
Ħarsa ġenerali |
Livell ta' anonimizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
Attributi tal-mutwanti Attributi |
Identifikatur tal-mutwanti |
Identifikazzjoni tal-mutwanti skont il-kodifikazzjoni użata mir-Reġistru tad-Database tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati tas-SEBĊ (RDIA) (*). |
Mhux anonimizzati |
||||||||||||||||||||||
Attributi tal-mutwatarju |
Identifikatur tal-mutwatarju |
Identifikazzjoni alfanumerika tal-mutwatarju, biex jiġi żgurat li selliefa individwali ma jistgħux jiġu identifikati |
Anonimizzat |
||||||||||||||||||||||
Pajjiż ta' residenza |
Pajjiż ta' residenza tal-mutwatarju, skont l-ISO 3166 standard (**). |
||||||||||||||||||||||||
Settur istituzzjonali |
Settur istituzzjonali (jew sottosettur) tal-mutwatarju, skont il-klassifikazzjoni tal-ESA 2010. Is-sottosetturi li ġejjin huma rikjesti:
|
||||||||||||||||||||||||
Settur tal-attività ekonomika |
Klassifikazzjoni tal-mutwatarji (finanzjarji u mhux finanzjarji) skont l-attivitajiet ekonomiċi, skont il-klassifikazzjoni statistika ta' NACE rev.2 (***). Il-kodiċi tan-NACE għandhom jiġu rrapportati b'dettall ta' żewġ livelli (b'“diviżjoni”) |
||||||||||||||||||||||||
Daqs |
Klassifikazzjoni ta' mutwatarji skont id-daqs tagħhom: mikro, żgħar, ta' daqs medju u kbar. |
||||||||||||||||||||||||
Varjabbli tad-dejta tal-kreditu |
Identifikatur tas-self |
Identifikazzjoni alfanumerika tas-self, kif użata minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'livell nazzjonali. |
— |
||||||||||||||||||||||
Munita |
Denominazzjoni tal-munita tas-self, skont l-ISO 4217 standard (**). |
||||||||||||||||||||||||
Tip ta' self |
Klassifikazzjoni ta' self skont it-tip tagħhom:
|
||||||||||||||||||||||||
Tip ta' kollateral |
Tip ta' kollateral li jappoġġja s-self mogħti, kollateral ta' proprjetà immobbli, kollateral ieħor (inklużi titoli u deheb), l-ebda kollateral. |
||||||||||||||||||||||||
Maturità oriġinali |
Maturità tas-self miftiehem fil-bidu jew f'data iktar tard ta' negozjar mill-ġdid; inqas minn jew ugwali għal sena, iktar minn sena. |
||||||||||||||||||||||||
Maturità residwa |
Maturità li tirreferi għaż-żmien miftiehem tal-fidi tas-self; inqas minn jew ugwali għal sena, iktar minn sena. |
||||||||||||||||||||||||
Status mhux produttiv |
Self fejn il-mutwatarju jkun inadempjenti. |
||||||||||||||||||||||||
Self sindikat |
Ftehim ta' self wieħed li fih jipparteċipaw diversi istituzzjonijiet bħala mutwatarji. |
||||||||||||||||||||||||
Dejn subordinat |
Strumenti ta' dejn subordinat jipprovdu pretensjoni sussidjarja fuq l-istituzzjoni emittenti li tista' tiġi eżerċitata biss wara li l- pretensjonijiet kollha bi status aktar għoli (eż. depożiti/self) ikunu ġew sodisfatti, u jkunu ngħatawlhom xi wħud mill-karatteristiċi ta' “ishma u ekwitajiet oħra”. |
||||||||||||||||||||||||
Miżuri tad-dejta ta' kreditu |
Kreditu miġbud |
Ammont totali ta' self pendenti (ammont prinċipali, mingħajr ma jitnaqqas tnaqqis fil-valur), aġġustament tar-riskju ta' kreditu rapportat iddikjarat gross, ħlief għal telf ta' kreditu rreġistrati bħala kanċellazzjoni. |
— |
||||||||||||||||||||||
Linji ta' kreditu |
Ammont ta'kreditu mogħti imma mhux miġbud. |
||||||||||||||||||||||||
Arretrati |
Kwalunkwe pagament (ammont) fuq self, li huwa ttardjat b'iktar minn 90 ġurnata. |
||||||||||||||||||||||||
Valur kollaterali |
Valur kollaterali fil-ħin tar-rapportar. |
||||||||||||||||||||||||
Aġġustament speċifiku tar-riskju ta' kreditu |
Provvediment għat-telf tas-self speċifiku għar-riskji tal-kreditu skont il-qafas tal-kontabbiltà sistematiku. Tali miżura għandha tiġi rrapportata biss għas-self mhux produttiv. |
||||||||||||||||||||||||
Assi ppeżati għar-riskju |
Ammonti ta' skopertura ppeżati għar-riskju skont id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****) jew atti suċċessivi. |
||||||||||||||||||||||||
Probabbiltà ta' inadempjenza (biss għal istituzzjonijiet ta' kreditu li japplikaw approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni biss) |
Probabilità ta' inadempjenza ta' kontroparti f'perjodu ta' sena, skont id-Direttiva 2006/48/KE jew atti suċċessivi. Għal rapportar dwar kull mutwatarju individwali, għandha tiġi rrapportata medja ta' volum ippeżat. |
||||||||||||||||||||||||
Telf ta' inadempjenza (biss għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li japplikaw approċċ ibbażat fuq klassifikazzjoni interna) |
Proporzjon tat-telf dwar l-esponiment minħabba l-inadempjenza tal-kontroparti mal-ammont pendenti fl-inadempjenza, skont id-Direttiva 2006/48/KE jew atti suċċessivi. Għal rapportar dwar kull mutwatarju individwali, għandha tiġi rrapportata medja ta' volum ippeżat. |
||||||||||||||||||||||||
Rata tal-imgħax |
Il-proporzjon, bħala perċentwal fis-sena, tal-ammont li d-debitur għandu jħallas lill-kreditur f'perjodu ta' żmien partikolari għall-ammont tal-kapital tas-self, depożitu jew garanzija ta' debitu, skont ir-Regolament (KE) Nru 63/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew (*****) jew atti suċċessivi. Għal rapportar dwar kull mutwatarju individwali, għandha tiġi rrapportata medja ta' volum ippeżat. |
(*) Għal istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM), ara l-lista ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(**) Kif ippubblikat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) fuq is-sit elettroniku tagħha fuq www.iso.org
(***) Kif ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) fuq is-sit elettroniku tagħha fuq www.ec.europa.eu/eurostat.
(****) Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).
(*****) Regolament (KE) Nru 63/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2001, dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self għal familji u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2001/18) (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24).”.