Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2455

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2455 tal-21 ta' Diċembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 339, 24.12.2015, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2455/oj

    24.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 339/40


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2455

    tal-21 ta' Diċembru 2015

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

    (3)

    Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

    (4)

    Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

    (5)

    Il-Kumitat dwar il-Kodiċijiet tad-Dwana ma ħariġx opinjoni fil-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

    Artikolu 2

    L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2015.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Heinz ZOUREK

    Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Prodott magħmul mil-laħam ta' krustaċji u molluski diversi (bħala % tal-piż):

    1605 54 00

    Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2 tal-Kapitolu 16 u l-kliem tal-kodiċijiet NM 1605 u 1605 54 00 .

    Il-prodott huwa magħmul minn “frott tal-baħar” (laħam ta' krustaċji u molluski diversi) li parti minnu huwa nej jew mismut (l-intestatura 0307 ) filwaqt li parti oħra hija msajra (l-intestatura 1605 ). Dan il-prodott huwa meqjus bħala preparat, u jrid jitqies li prodotti msajrin ma jistgħux jiġu kklassifikati fil-Kapitolu 3, billi l-prodott, anki parzjalment, ġie ppreparat bi proċess mhux previst f'dak il-Kapitolu (ara wkoll il-ħames paragrafu fit-taqsima Ġenerali tan-Noti ta' Spjegazzjoni dwar il-Kapitolu 3, tas-Sistema Armonizzata).

    Billi l-piż tal-prodott huwa affettwat l-iktar mis-siċċ u l-klamar, il-prodott huwa kklassifikat skont in-Nota 2 tal-Kapitolu 16 taħt il-kodiċi NM tal-Kapitolu 16 li tikkorrispondi mal-ikbar parti tal-preparat.

    Għaldaqstant, il-prodott irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 1605 54 00 bħala siċċ u klamar ippreparat jew ippreżervat.

    klamar u siċċ nej tentakli

    25

    klamar u siċċ nej strixxi

    20

    ħoloq tal-klamar nej

    20

    gandofflu isfar żgħir imsajjar

    20

    gambli mismutin

    15

    Il-prodott jinħareġ iffriżat (f'temperatura ta' – 20 °C) f'boroż ta' kilogramma (piż nett ta' 800 gramma).


    Top