This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2409
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/2409 of 18 December 2015 determining the quantities to be added to the quantity fixed for the subperiod from 1 April to 30 June 2016 under the tariff quota opened by Regulation (EC) No 536/2007 for poultrymeat originating in the United States of America
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2409 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jiffissal-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur li ġej mill-Istati Uniti tal-Amerika
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2409 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jiffissal-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur li ġej mill-Istati Uniti tal-Amerika
ĠU L 333, 19.12.2015, p. 110–111
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/110 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2409
tat-18 ta' Diċembru 2015
li jiffissal-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur li ġej mill-Istati Uniti tal-Amerika
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li ġejjin mill-Istati Uniti tal-Amerika. |
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
(3) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 536/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6).
ANNESS
Numru tal-ordni |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 (f'kg) |
09.4169 |
16 008 750 |