EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2404

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2404 tas-16 ta' Diċembru 2015 għat-twettiq ta' tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2015 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-snin ta' qabel u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1801

ĠU L 333, 19.12.2015, p. 73–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2404/oj

19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/73


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2404

tas-16 ta' Diċembru 2015

għat-twettiq ta' tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2015 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-snin ta' qabel u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1801

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2), (3) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2014 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 (2),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 (3),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 24/2014 (4), u

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (5),

(2)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2015 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (6),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (7),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (8), u

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 (9).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati għalih, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd tal-futur ta' dak l-Istat Membru.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1801 (10) stabbilixxa tnaqqis ta' kwoti tas-sajd għal ċerti stokkijiet fl-2015 minħabba sajd eċċessiv ta' dawk l-istokkijiet fis-snin ta' qabel.

(5)

Madankollu, għal ċerti Stati Membri ma seta' jsir ebda tnaqqis bir-Regolament (UE) 2015/1801 mill-kwoti allokati għall-istokkijiet li kienu suġġetti għal sajd eċċessiv, għaliex dawn il-kwoti ma kinux disponibbli għal dawk l-Istati Membri fis-sena 2015.

(6)

F'ċerti każijiet, l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd konklużi skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 (11) ippermetta tnaqqis parzjali. Il-kwantitajiet li jifdal għandhom jitqassmu fuq stokkijiet oħrajn skont l-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(7)

L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jistipula li, jekk ma jkunx possibbli li jsir tnaqqis fuq l-istokk li kien suġġett għal sajd eċċessiv fis-sena ta' wara dik is-sena fejn sar is-sajd eċċessiv, għaliex l-Istat Membru kkonċernat ma għandux kwota disponibbli, it-tnaqqis għandu jsir fuq stokkijiet oħrajn fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2012/C-72/07 (12) dan it-tnaqqis għandu preferibbilment isir minn kwoti allokati għal stokkijiet mistada mill-istess flotta li tkun wettqet is-sajd eċċessiv tal-kwota, filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġi evitat l-iskartar tal-ħut fis-sajd imħallat.

(8)

L-Istati Membri kkonċernati ġew ikkonsultati fir-rigward tat-tnaqqis propost minn kwoti allokati għal stokkijiet oħrajn differenti minn dawk li kienu suġġetti għas-sajd eċċessiv.

(9)

Fuq talba tal-Portugall, ir-redfish fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II (RED/1N2AB.) għandu jintuża bħala stokk alternattiv biex jitħallas lura s-sajd eċċessiv ta' 371 766 kgs u 178 850 kgs ta' merluzz tal-linja sewda u pollakkju iswed, rispettivament, fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II (HAD/1N2AB. u POK/1N2AB.) fis-snin ta' qabel. Meta wieħed iqis li l-kwota tar-redfish tal-2015 għall-Portugall fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II tammonta għal 405 000 kgs u li din mhix biżżejjed biex tkopri t-tnaqqis dovut kemm għaż-żewġ stokkijiet mistada b'mod eċċessiv, din il-kwota għandha tintuża sal-massimu tal-kwantità disponibbli tagħha u l-kwantità ta' 145 616 kgs li jifdal għandha titnaqqas fis-sena/snin ta' wara fuq l-ammont ta' pollakkju iswed fl-istess żona (POK/1N2AB.) sakemm l-ammont komplut ta' sajd eċċessiv jitħallas lura.

(10)

Barra minn hekk, ċertu tnaqqis previst mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1801 jidher li mhuwiex biżżejjed. It-tnaqqis mitlub jidher li huwa akbar mill-kwota adattata disponibbli fis-sena 2015 u, b'riżultat ta' dan, ma jistax isir kollu fuq dik il-kwota. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2012/C-72/07, l-ammonti li jifdal għandhom jitnaqqsu mill-kwoti adattati disponibbli fis-snin ta' wara.

(11)

Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 (13), il-kwantità ta' 3 369 kgs, li tikkorrispondi għal 10 % tal-kwota adattata Spanjola għall-2014 għall-iskampu fiż-żoni IX u X u l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 (NEP/9/3411) ma għadhiex disponibbli għal Spanja wara t-trasferiment tal-kwota. B'riżultat ta' dan, il-kwantità disponibbli ta' 9 287 kgs mnaqqsa mit-tnaqqis pendenti ta' 19 000 kgs dovut għal dak l-istokk għandha titnaqqas għal 5 918 kgs u t-tnaqqis ieħor ta' 3 369 kgs għandu jkun applikabbli immedjatament.

(12)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1801 għandu jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2015 li hemm referenza għalihom fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jitnaqqsu permezz tal-applikazzjoni tat-tnaqqis tal-istokkijiet alternattivi stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1801 jinbidel bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta' Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku (ĠU L 313, 22.11.2013, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 24/2014 tal-10 ta' Jannar 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 4).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 tal-10 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 tad-19 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 19, 24.1.2015, p. 8).

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1801 tas-7 ta' Ottubru 2015 li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2015 minħabba sajd eċċessiv fis-snin preċedenti (ĠU L 263, 8.10.2015, p. 19).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(12)  ĠU C 72, 10.3.2012, p. 27.

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 tas-16 ta' Lulju 2015 li jżid mal-kwoti tas-sajd tal-2015 ċerti kwantitajiet miżmuma fis-sena 2014 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 189, 17.7.2015, p. 2).


ANNESS I

TNAQQIS MILL-KWOTI TA' STOKKIJIET DIFFERENTI MINN DAWK LI SAR SAJD EĊĊESSIV TAGĦHOM

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

L-iżbark permess għall-2014 (Il-kwantità totali addattata f'kilogrammi) (1)

Qabdiet totali fl-2014 (kwantità f'kilogrammi)

Konsum tal-kwota (%)

Sajd eċċessiv relatat mal-iżbark permess (kwantità f'kilogrammi)

Fattur ta' multiplikazzjoni (2)

Fattur ta' Multiplikazzjoni addizzjonali (3)  (4)

Tnaqqis li jifdal mill-2014 (5) (kwantità f'kilogrammi)

Bilanċ li jifdal (6) (kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis 2015 (kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis diġà applikat fl-2015 fuq l-istess stokk (kwantità f'kilogrammi) (7)

Kwantità li jifdal li għandha titnaqqas fuq stokk alternattiv (f'kilogrammi)

 

ES

DWS

56789-

Kelb il-baħar tal-fond

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX

0

3 039

N/A

3 039

/

A

/

/

4 559

0

4 559

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

BSF

56712-

Ċinturin iswed

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

4 559

 

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt ta' Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

0

22 685

N/A

22 685

/

/

/

/

22 685

0

22 685

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

RED

1N2AB.

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

22 685

 

ES

HAD

5BC6 A.

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb u VIa

2 840

18 933

666,65 %

16 093

/

A

12 540

/

36 680

2 564

34 116

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

LIN

6X14.

Lipp

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

34 116

 

ES

HAD

7X7A34

Merluzz tal-linja sewda

VIIb-k, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

0

3 075

N/A

3 075

/

A

/

/

4 613

0

4 613

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

WHG

08

Merlangu

VIII

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

4 613

 

ES

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

0

26 744

N/A

26 744

/

/

/

/

26 744

4 281

22 463

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

RED

1N2AB

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

22 463

 

ES

POK

56-14

Pollakkju iswed

VI; L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, XII u XIV

4 810

8 703

180,94 %

3 893

/

/

/

/

3 893

0

3 893

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

BLI

5B67-

Linarda

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

3 893

 

NL

HKE

3 A/BCD

Merluzz

IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32

0

1 655

N/A

1 655

/

C

/

/

2 482

0

2 482

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

NL

PLE

2A3AX4

Barbun tat-tbajja'

IV; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa; dik il-parti taż-żona IIIa li mhix koperta mill-iSkagerrak u mill-Kattegat

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

2 482

 

NL

RED

1N2AB.

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

0

2 798

N/A

2 798

/

/

/

/

2 798

0

2 798

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

NL

WHB

1X14

Stokkafixx

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

2 798

 

PT

HAD

1N2AB

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

0

26 816

N/A

26 816

/

/

/

344 950

371 766

0

371 766

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

PT

RED

1N2AB

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

371 766

 

PT

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

18 000

11 850

65,83 %

– 6 150

/

/

/

185 000

178 850

0

178 850

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

PT

RED

1N2AB

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

33 234  (8)

 

UK

DGS

15X14

Mazzola griża/gattarell

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV

0

1 027

N/A

1 027

/

A

/

/

1 541

0

1 541

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

UK

POK

7/3411

Pollakkju iswed

VII, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

1 541

 

UK

NOP

2A3A4.

Merluzz tan-Norveġja

IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

0

14 000

N/A

14 000

/

/

/

/

14 000

0

14 000

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

UK

SPR

2AC4-C

Laċċa kaħla u qabdiet inċidentali assoċjati

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

14 000

 

UK

WHB

24-N

Stokkafixx

L-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni II u IV

0

22 204

N/A

22 204

/

/

/

/

22 204

0

22 204

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

UK

WHB

2A4AXF

Stokkafixx

L-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

22 204


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) jew ir-reallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd eċċessiv li jkun 100 tunnellata jew anqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1.5, minħabba snin konsekuttivi ta' sajd eċċessiv fis-snin 2012, 2013 u 2014. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1.5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2014 skont ir-Regolament (UE) Nru 871/2014 billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed.

(6)  Il-kwantitajiet li fadal imqabbla mas-sajd eċċessiv fis-snin qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u li ma jistgħux jitnaqqsu minn stokk ieħor.

(7)  Il-kwantitajiet li jistgħu jiġu mnaqqsa fuq l-istess stokk permezz tal-iskambju ta' opportunitajiet tas-sajd konklużi f'konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(8)  Fuq talba tad-Direção de Serviços de Recursos Naturais tal-Portugall u meta titqies il-kwota limitata disponibbli, it-tnaqqis se jiġi operat fuq il-kwota tar-RED/1N2AB. għall-2015, sal-massimu tal-kwantità disponibbli tagħha u l-kwantità ta' 145 616 kgs li jifdal se titnaqqas fis-sena/snin ta' wara sakemm l-ammont komplut ta' sajd eċċessiv jitħallas lura.


ANNESS II

“ANNESS

TNAQQIS MILL-KWOTI TAL-ISTOKKIJIET LI SAR SAJD EĊĊESSIV TAGĦHOM

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwota inizjali tal-2014 (f'kilogrammi)

L-iżbark permess għall-2014 (Il-kwantità totali addattata f'kilogrammi) (1)

Qabdiet totali fl-2014 (kwantità f'kilogrammi)

Il-konsum tal-kwota relatat mal-iżbark permess

Sajd eċċessiv relatat mal-iżbark permess (kwantità f'kilogrammi)

Fattur ta' multiplikazzjoni (2)

Fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali (3)  (4)

Tnaqqis li jifdal mill-2014 (5) (kwantità f'kilogrammi)

Bilanċ li jifdal (6) (kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis li għandu japplika fl-2015 (kwantità f'tunnellati) (7)

Tnaqqis diġà applikat fl-2015

(kwantità f'kilogrammi) (8)

Għandu jitnaqqas fl-2016 u fis-sena/snin ta' wara (kwantità f'kilogrammi)

BE

PLE

7HJK.

Barbun tat-tbajja'

VIIh, VIIj u VIIk

8 000

1 120

3 701

330,45 %

2 581

/

/

/

/

2 581

2 581

/

BE

SOL

8AB.

Lingwata komuni

VIIIa u VIIIb

47 000

327 900

328 823

100,28 %

923

/

C

/

/

1 385

1 385

/

BE

SRX

07D.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

72 000

60 000

69 586

115,98 %

9 586

/

/

/

/

9 586

8 489

1 097

BE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

725 000

765 000

770 738

100,75 %

5 738

/

/

/

/

5 738

5 738

/

DK

COD

03AN.

Bakkaljaw

Skagerrak

3 177 000

3 299 380

3 408 570

103,31 %

109 190

/

C

/

/

163 785

163 785

/

DK

HER

03 A.

Aringi

IIIa

19 357 000

15 529 000

15 641 340

100,72 %

112 340

/

/

/

/

112 340

112 340

/

DK

HER

2A47DX

Aringi

Iż-żoni IV, VIId u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa

12 526 000

12 959 000

13 430 160

103,64 %

471 160

/

/

/

/

471 160

471 160

/

DK

HER

4AB.

Aringi

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N

80 026 000

99 702 000

99 711 800

100,10 %

9 800

/

/

/

/

9 800

9 800

/

DK

PRA

03 A.

Gamblu tat-Tramuntana

IIIa

2 308 000

2 308 000

2 317 330

100,40 %

9 330

/

/

/

/

9 330

9 330

/

DK

SAN

234_2

Ċiċċirell

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona ta' ġestjoni 2 taċ-ċiċċirell

4 717 000

4 868 000

8 381 430

172,17 %

3 513 430

2

/

/

/

7 026 860

7 026 860

/

DK

SPR

2AC4-C

Laċċa kaħla u l-qbid aċċessorju assoċjat magħha

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

122 383 000

126 007 000

127 165 410

100,92 %

1 158 410

/

/

/

/

1 158 410

1 158 410

/

ES

ALF

3X14-

Fonsa ħamra

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

67 000

67 000

79 683

118,93 %

12 683

/

A

3 000

/

22 025

5 866

16 159

ES

BSF

56712-

Ċinturin Iswed

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII

226 000

312 500

327 697

104,86 %

15 197

/

A

/

/

22 796

22 796

/

ES

BSF

8910-

Ċinturin Iswed

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

12 000

6 130

15 769

257,24 %

9 639

/

A

27 130

/

41 589

11 950

29 639

ES

BUM

ATLANT

Marlin blu

L-Oċean Atlantiku

27 200

27 200

124 452

457,54 %

97 252

/

A

27 000

/

172 878

0

172 878

ES

DWS

56789-

Kelb il-baħar tal-fond

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX

0

0

3 039

Mhux applikabbli

3 039

/

A

/

/

4 559

4 559

/

ES

GFB

567-

Lipp abjad

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI, u VII

588 000

828 030

842 467

101,74 %

14 437

/

/

/

/

14 437

14 437

/

ES

GFB

89-

Lipp abjad

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni VIII u IX

242 000

216 750

237 282

109,47 %

20 532

/

A

17 750

/

48 548

48 548

/

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt ta' Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

22 685

Mhux applikabbli

22 685

/

/

/

/

22 685

22 685

/

ES

HAD

5BC6 A.

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb u VIa

/

2 840

18 933

666,65 %

16 093

/

A

12 540

/

36 680

36 680

/

ES

HAD

7X7A34

Merluzz tal-linja sewda

VIIb-k, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

/

0

3 075

Mhux applikabbli

3 075

/

A

/

/

4 613

4 613

/

ES

NEP

9/3411

Skampu

Iż-żoni IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

55 000

33 690

24 403

72,43 %

– 5 918  (9)

/

/

– 19 000  (10)

/

13 082

13 082  (11)

/

ES

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

26 744

Mhux applikabbli

26 744

/

/

/

/

26 744

26 744

/

ES

POK

56-14

Pollakkju iswed

VI; L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, XII u XIV

/

4 810

8 703

180,94 %

3 893

/

/

/

/

3 893

3 893

/

ES

RNG

5B67-

Roundnose grenadier

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VI u VII

70 000

111 160

125 401

112,81 %

14 241

/

/

/

/

14 241

14 241

/

ES

SBR

678-

Paġella ħamra

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII

143 000

133 060

136 418

102,52 %

3 358

/

/

/

/

3 358

3 358

/

ES

SOL

8AB.

Lingwata komuni

VIIIa u VIIIb

9 000

8 100

9 894

122,15 %

1 794

/

A+C

2 100

/

4 791

2 032

2 759

ES

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

1 057 000

857 000

1 089 241

127,10 %

232 241

1.4

/

/

/

325 137

206 515

118 622

ES

USK

567EI.

Tusk

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII

26 000

15 770

15 762

99,95 %

– 8

/

/

58 770

/

58 762

0

58 762

ES

WHM

ATLANT

Marlin abjad

L-Oċean Atlantiku

30 500

25 670

98 039

381,92 %

72 369

/

/

170

/

72 539

0

72 539

FR

SRX

07D.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

602 000

627 000

698 414

111,39 %

71 414

/

/

/

/

71 414

71 414

/

FR

SRX

2AC4-C

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

33 000

36 000

48 212

133,92 %

12 212

/

/

/

/

12 212

12 212

/

IE

PLE

7HJK.

Barbun tat-tbajja'

VIIh, VIIj u VIIk

59 000

61 000

78 270

128,31 %

17 270

/

A

/

/

25 905

25 905

/

IE

SOL

07 A.

Lingwata komuni

VIIa

41 000

42 000

43 107

102,64 %

1 107

/

/

/

/

1 107

1 107

/

IE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

1 048 000

1 030 000

1 079 446

104,80 %

49 446

/

/

/

/

49 446

49 446

/

LT

GHL

N3LMNO

Ħalibatt ta' Greenland

Iż-żona 3LMNO tan-NAFO

22 000

0

0

Mhux applikabbli

0

/

/

46 000

/

46 000

46 000

/

LV

HER

03D.RG

Aringi

Is-subdiviżjoni 28.1

16 534 000

19 334 630

20 084 200

103,88 %

749 570

/

/

/

/

749 570

749 570

/

NL

HKE

3 A/BCD

Merluzz

IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32

/

0

1 655

Mhux applikabbli

1 655

/

C

/

/

2 482

2 482

/

NL

RED

1N2AB.

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

2 798

Mhux applikabbli

2 798

/

/

/

/

2 798

2 798

/

PT

ANF

8C3411

Petrika

VIIIc, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

436 000

664 000

676 302

101,85 %

12 302

/

/

/

/

12 302

12 302

/

PT

BFT

AE45WM

Tonna

Fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u fil-Mediterran

235 500

235 500

243 092

103,22 %

7 592

/

C

/

/

11 388

11 388

/

PT

HAD

1N2AB

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

26 816

Mhux applikabbli

26 816

/

/

/

344 950

371 766

371 766

/

PT

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

18 000

11 850

65,83 %

– 6 150

/

/

/

185 000

178 850

33 234

145 616

PT

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

1 051 000

1 051 000

1 059 237

100,78 %

8 237

/

/

/

/

8 237

8 237

/

SE

COD

03AN.

Bakkaljaw

Skagerrak

371 000

560 000

562 836

100,51 %

2 836

/

C

/

/

4 254

4 254

/

UK

DGS

15X14

Mazzola griża/gattarell

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV

0

0

1 027

Mhux applikabbli

1 027

/

A

/

/

1 541

1 541

/

UK

GHL

514GRN

Ħalibatt ta' Greenland

L-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni V u XIV

189 000

0

0

Mhux applikabbli

0

/

/

1 000

/

1 000

1 000

/

UK

HAD

5BC6 A.

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb u VIa

3 106 000

3 236 600

3 277 296

101,26 %

40 696

/

/

/

/

40 696

40 696

/

UK

MAC

2CX14-

Kavalli

VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb; L-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV

179 471 000

275 119 000

279 250 206

101,50 %

4 131 206

/

/

/

/

4 131 206

4 131 206

/

UK

NOP

2A3A4.

Merluzz tan-Norveġja

IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

/

0

14 000

Mhux applikabbli

14 000

/

/

/

/

14 000

14 000

/

UK

PLE

7DE.

Barbun tat-tbajja'

VIId u VIIe

1 548 000

1 500 000

1 606 749

107,12 %

106 749

1,1

/

/

/

117 424

117 424

/

UK

SOL

7FG.

Lingwata komuni

VIIf u VIIg

282 000

255 250

252 487

98,92 %

(– 2 763 ) (12)

/

/

1 950

/

1 950

1 950

/

UK

SRX

07D.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

120 000

95 000

102 679

108,08 %

7 679

/

/

/

/

7 679

7 679

/

UK

WHB

24-N

Stokkafixx

L-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni II u IV

0

0

22 204

Mhux applikabbli

22 204

/

/

/

/

22 204

22 204

/


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) jew ir-reallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd eċċessiv li jkun 100 tunnellata jew anqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(4)  L-ittra ‘A’ turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1.5, minħabba sajd eċċessiv konsekuttiv fis-snin 2012, 2013 u 2014. L-ittra ‘C’ turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1.5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2014 skont ir-Regolament (UE) Nru 871/2014 billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed.

(6)  Il-kwantitajiet li fadal imqabbla mas-sajd eċċessiv fis-snin qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u li ma jistgħux jitnaqqsu minn stokk ieħor.

(7)  Tnaqqis li għandu jsir fl-2015 kif stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1801.

(8)  Tnaqqis li għandu jsir fl-2015 li jista' jiġi effettivament applikat filwaqt li titqies il-kwota disponibbli fil-jum tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2015/1801.

(9)  Il-kwantità ta' 3 369 kgs m'għadhiex disponibbli wara t-talba tat-trasferiment li għamlet Spanja skont ir-Regolament (KE) Nru 847/96 u applikabbli skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 (ĠU L 189, 17.7.2015, p. 2).

(10)  Fuq talba ta' Spanja, l-irkupru li kellu jintradd fl-2013 ġie mqassam fuq tliet snin.

(11)  Il-kwantità ta' 3 369 kgs li jifdal titnaqqas saż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(12)  Din il-kwantità m'għadhiex disponibbli wara t-talba tat-trasferiment li għamel ir-Renju Unit skont ir-Regolament (KE) Nru 847/96 u applikabbli skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 (ĠU L 189, 17.7.2015, p. 2).”


Top