EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2403

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 333, 19.12.2015, p. 62–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/06/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2403/oj

19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/62


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2403

tal-15 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Parti III tal-Anness I tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4 tad- Direttiva 91/477/KEE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe arma tan-nar jew parti minn arma tan-nar li titqiegħed fis-suq tkun immarkata u rreġistrata konformement ma' din id-Direttiva, jew li tkun ġiet diżattivata.

(2)

Skont l-Anness I, il-Parti III, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tad- Direttiva 91/477/KEE, oġġetti li jikkorrispondu mad-definizzjoni ta' “arma tan-nar” m'għandhomx jiġu inklużi f'dik it-tifsira jekk ikunu saru mhux tajba għall-użu permanentement permezz ta' diżattivazzjoni, li tiżgura li l-partijiet kollha essenzjali tal-arma tan-nar ikunu saru għalkollox mhux utilizzabbli u li ma jkunux jistgħu jinqalgħu, jinbidlu jew jiġu mmodifikati sabiex b'xi mod l-arma tan-nar tiġi attivata mill-ġdid.

(3)

L-Anness I, il-Parti III, it-tieni paragrafu, tad-Direttiva 91/477/KEE jirrikjedi li l-Istati Membri jagħmlu arranġamenti biex dawn il-miżuri ta' diżattivazzjoni jiġu verifikati minn awtorità kompetenti sabiex jiġi żgurat li l-modifiki li jkunu saru fuq l-arma tan-nar ikunu għamluha inoperabbli irriversibilment. L-Istati Membri huma wkoll mitluba jipprevedu l-ħruġ ta' ċertifikat jew ta' dokument li jixhed li l-arma tan-nar tkun ġiet diżattivata, jew li titqiegħed marka viżibbli b'mod ċar fuq l-arma tan-nar li tixhed dan.

(4)

L-Unjoni hija Parti għall-Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar fl-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon Tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (il-Protokoll), konkluż mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/164/UE. (2)

(5)

L-Artikolu 9 tal-Protokoll jelenka l-prinċipji ġenerali komuni tad-diżattivazzjoni li l-Partijiet iridu jikkonformaw magħhom.

(6)

L-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni irriversibbli tal-armi tan-nar stabbiliti f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti bil-kompetenza teknika tal-“Kummissjoni Permanenti Internazzjonali għall-Ittestjar tal-Armi tan-Nar” (C.I.P.). Is-C.I.P. ġiet stabbilita biex tivverifika l-attivitajiet tas-siti nazzjonali għall-ittestjar tal-armi tan-nar u, b'mod partikolari, sabiex tiżgura l-preżenza f'kull pajjiż ta' liġijiet u regolamenti li jassiguraw l-ittestjar effiċjenti u uniformi tal-armi tan-nar u l-munizzjon.

(7)

Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sigurtà possibbli għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u taġġorna regolarment l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati f'dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tqis l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri meta jiġu applikati miżuri addizzjonali ta' newtralizzazzjoni.

(8)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/477/KEE.

(9)

Minħabba r-riskju fir-rigward tas-sigurtà, armi tan-nar diżattivati qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li jkunu tqiegħdu fis-suq, inkluża t-trażmissjoni bla ħlas, l-iskambju jew it-tpartit, jew li jkunu ġew trasferiti lejn Stat Membru ieħor wara dik id-data, għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(10)

L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jintroduċu miżuri addizzjonali għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I biex jiddiżattivaw armi tan-nar fit-territorju tagħhom sakemm ikunu ħadu l-miżuri kollha meħtieġa biex japplikaw il-politika komuni dwar l-istandards u t-teknika ta' diżattivazzjoni previsti minn dan ir-Regolament.

(11)

Sabiex tiġi pprovduta l-possibbiltà għall-Istati Membri biex jiżguraw l-istess livell ta' sigurtà fi ħdan it-territorju tagħhom, l-Istati Membri li jintroduċu miżuri addizzjonali għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar fit-territorju tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jitħallew jitolbu evidenza li l-armi tan-nar diżattivati li se jiġu trasferiti fit-territorju tagħhom ikunu jikkonformaw ma' dawn il-miżuri addizzjonali.

(12)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tqis l-iżviluppi u l-aħjar prattiki fl-Istati Membri fil-qasam tad- diżattivazzjoni tal-armi tan-nar meta tkun qed teżamina dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-miżuri rilevanti li jadottaw fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament u kwalunkwe miżuri addizzjonali li jintroduċu. Għal dak l-għan, għandhom japplikaw il-proċeduri ta' notifika tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(13)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 91/477/KEE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-armi tan-nar tal-kategoriji A, B, C jew D kif definiti fl-Anness I tad-Direttiva 91/477/KEE.

2.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal armi tan-nar diżattivati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu, sakemm dawk l-armi tan-nar ma jkunux ġew trasferiti lejn Stat Membru ieħor jew imqiegħda fis-suq.

Artikolu 2

Persuni u entitajiet awtorizzati li jiddiżattivaw l-armi tan-nar

Id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar għandha titwettaq minn entitajiet pubbliċi jew privati jew minn persuni awtorizzati li jagħmlu dan skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 3

Verifika u ċertifikazzjoni tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti sabiex tivverifika li d-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tkun saret skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I (“l-entità ta' verifika”).

2.   Fejn entità ta' verifika hija awtorizzata wkoll tiddiżattiva l-armi tan-nar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-separazzjoni ċara ta' dawk il-kompiti u tal-persuni li jwettquhom f'dik l-entità.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit tal-Internet tagħha lista ta' entitajiet ta' verifika maħtura mill-Istati Membri, inkluża informazzjoni dettaljata dwar l-entità ta' verifika u s-simbolu tagħha kif ukoll l-informazzjoni ta' kuntatt.

4.   Meta d-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tkun twettqet skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I, l-entità ta' verifika għandha toħroġ ċertifikat ta' diżattivazzjoni lil sid l-arma tan-nar skont il-mudell stipulat fl-Anness III. L-informazzjoni kollha inkluża fiċ-ċertifikat tad-diżattivazzjoni għandha tiġi pprovduta fl-ilsien tal-Istat Membru fejn ikun inħareġ iċ-ċertifkat ta' diżattivazzjoni kif ukoll bl-Ingliż.

5.   Sid arma tan-nar diżattivata għandu jżomm iċ-ċertifikat ta' diżattivazzjoni dejjem għandu. Jekk arma tan-nar diżattivata titqiegħed fis-suq, din għandha jkun akkumpanjata miċ-ċertifikat ta' diżattivazzjoni.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżamm reġistru taċ-ċertifikati maħruġa għal armi tan-nar diżattivati, b'indikazzjoni tad-data ta' diżattivazzjoni u n-numru taċ-ċertifikat, għal perjodu ta' mill-inqas 20 snin.

Artikolu 4

Talbiet għall-assistenza

Kull Stat Membru jista' jitlob l-assistenza tal-entitajiet awtorizzati li jidiżattivaw l-armi tan-nar jew dawk maħtura bħala entitajiet ta' verifika minn Stat Membru ieħor sabiex iwettqu jew jivverifikaw id-diżattivazzjoni ta' arma tan-nar, rispettivament. Meta entità ta' verifika taċċetta talba għall-verifika ta' diżattivazzjoni ta' arma tan-nar, l-entità ta' verifika li tipprovdi l-għajnuna għandha toħroġ ċertifikat ta' diżattivazzjoni skont l-Artikolu 3(4).

Artikolu 5

Immarkar ta' armi tan-nar diżattivati

Armi tan-nar diżattivati għandhom jiġi mmarkati b'marka unika komuni skont il-mudell stabbilit fl-Anness II li jindika li ġew diżattivati skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I. Il-marka titwaħħal mill-entità ta' verifika għall-komponenti kollha mmodifikati u l-arma tan-nar għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

tkun viżibbli b'mod ċar u ma tistax titneħħa;

(b)

ikollha tagħrif dwar l-Istat Membru fejn twettqet id-diżattivazzjoni u l-entità ta' verifika li ċċertifikat id-diżattivazzjoni;

(c)

jinżammu n-numru/i tas-serje oriġinali tal-arma tan-nar.

Artikolu 6

Miżuri ta' diżattivazzjoni addizzjonali

1.   L-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri addizzjonali għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar fit-territorju tagħhom li jkunu jmorru lil hinn mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I.

2.   Il-Kummissjoni, b'mod regolari u flimkien mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 91/477/KEE, għandha tanalizza kwalunkwe miżura addizzjonali meħuda mill-Istati Membri u għandha tikkunsidra li meta jkun il-waqt tirrevedi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 7

Trasferiment ta' armi tan-nar diżattivati fl-Unjoni

1.   Armi tan-nar diżattivati jistgħu jiġu trasferiti biss lil Stat Membru ieħor sakemm ikollhom il-marka unika komuni u jkunu akkumpanjati minn ċertifikat ta' diżattivazzjoni skont dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati tad-diżattivazzjoni maħruġa minn Stat Membru ieħor jekk ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Madankollu, l-Istati Membri li introduċew miżuri addizzjonali skont l-Artikolu 6 jistgħu jitolbu prova li l-arma tan-nar diżattivata li tkun se tiġi ttrasferita fit-territorju tagħhom tikkonforma ma' dawn il-miżuri addizzjonali.

Artikolu 8

Rekwiżiti ta' notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura li jadottaw fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament kif ukoll bi kwalunkwe miżura addizzjonali introdotta f'konformità mal-Artikolu 6. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri ta' notifika stipulati fid-Direttiva (UE) 2015/1535.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-8 ta' April 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Elżbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/164/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll kontra l-Iffabrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (ĠU L 89, 25.3.2014, p. 7).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2015/1535 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).


ANNESS I

Speċifikazzjonijiet tekniċi dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar

I.

L-operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni li għandhom jitwettqu sabiex iġibu l-armi tan-nar inoperabbli irreversibilment huma definiti fuq il-bażi ta' tliet tabelli:

It-Tabella I telenka t-tipi differenti ta' armi tan-nar;

It-Tabella II tiddeskrivi l-attivitajiet li għandhom jitwettqu biex iġibu kull komponent essenzjali tal-armi tan-nar inoperabbli irreversibilment;

It-Tabella III tistabbilixxi liema operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni għandhom jitwettqu għad-diversi tipi ta' arma tan-nar.

II.

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fl-armi tan-nar u l-operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni matul iż-żmien, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati fuq bażi regolari, tal-anqas kull sentejn (2).

III.

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u uniformi tal-operazzjonijiet tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, il-Kummissjoni se telabora definizzjonijiet f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.

TABELLA I: Lista ta' tipi ta' armi tan-nar

TIPI TA' ARMI TAN-NAR

1

Pistoli (tir wieħed, semi-awtomatiċi)

2

Rivolvers (inklużi rivolvers ikkargati minn ċilindru)

3

Armi tan-nar twal b'tir wieħed (mhux bi break action)

4

Armi tan-nar bi break action (eż. smoothebore, combination, falling/rolling block action, armi tan-nar qosra u twal)

5

Armi tan-nar twal b'ripetizzjoni (smoothbore, rifled)

6

Armi tan-nar twal semi-awtomatiċi (smoothbore, rifled)

7

Armi tan-nar awtomatiċi (sħaħ): eż. azzarini tal-assalt (assault rifle) partikolari, (sub) machine-guns, pistoli awtomatiċi (sħaħ)

8

Armi tan-nar bl-ikkargar mill-kanna (muzzle loading)


TABELLA II: Operazzjonijiet speċifiċi għal kull komponent

KOMPONENT

PROĊESS

1.

IL-KANNA

1.1.

Jekk il-kanna tkun imwaħħla mal-qafas (1), għaddi splengun tal-azzar imwebbes minn ġoċ-ċhamber u l-qafas biex tqabbad il-kanna mal-mekkaniżmu (dijametru > 50 % chamber, minimu ta' 4,5 mm). L-isplengun irid ikun iwweldjat (2).

1.2.

Jekk il-kanna tkun ħielsa (mhux fissa), aqta' xaqq għat-tul tal-ħajt kollu taċ-chamber (wisa' >

Formula

kalibru u massimu ta' 8 mm) u wweldja fis-sod tapp jew virga fil-kanna minn fejn jibda c-chamber (L ≥ 2/3rd tul il-kanna).

1.3.

Fl-ewwel terz tal-kanna miċ-chamber, jew iddrillja toqob (irid ikollhom minimu ta' 2/3 tad-dijametru tal-fetħa tal-kanna għall-armi smoothbore u d-dijametru sħiħ tal-fetħa għall-armi l-oħra kollha; waħda wara l-oħra, 3 għall-armi qosra, 6 għall-armi twal) jew aqta', wara ċ-chamber, xaqq forma ta' V (angolu 60 ± 5°) billi tiftaħ il-kanna lokalment jew aqta', wara ċ-chamber, xaqq għat-tul (wisa' 8-10 mm ± 0,5 mm, tul ≥ 52 mm) fl-istess pożizzjoni tat-toqob, jew aqta' xaqq għat-tul (wisa' 4-6 mm ± 0,5 mm miċ-chamber għall-kanna, ħlief 5 mm mal-kanna).

1.4.

Għal kanen b'rampa ta' alimentazzjoni (feed ramp), neħħi r-rampa.

1.5.

Żomm milli l-kanna titneħħa mill-qafas billi tuża splengun tal-azzar imwebbes jew billi tiwweldja.

2.

IL-BLOKKA TAL-KULATTA (BREECH BLOCK), RAS IL-FIRROLL

2.1.

Neħħi jew qassar il-pinn.

2.2.

Illima wiċċ il-firroll b'angolu ta' mill-inqas 45 grad u fuq superfiċje li tkun akbar minn 50 % ta' wiċċ il-blokka.

2.3.

Iwweldja l-ħofra minn fejn jgħaddi l-pinn.

3.

IĊ-ĊILINDRU

3.1.

Neħħi l-ħitan interni kollha miċ-ċilindru għal minimu ta' 2/3 ta' tul billi tillima ċirku tond > = dijamteru tal-iskartoċċ

3.2.

Fejn possibbli, iwweldja biex tiġi evitata t-tneħħija taċ-ċilindru mill-qafas, jew jekk ma jkunx possibbli, ħu miżuri xierqa li jirrendu t-tneħħija impossibbli.

4.

L-ISLAJD

4.1.

Illima jew neħħi aktar minn 50 % ta' wiċċ il-blokka b'angolu bejn 45 u 90 grad.

4.2.

Neħħi jew qassar il-pinn.

4.3.

Illima u wweldja l-ħofra minn fejn jgħaddi l-pinn.

4.4.

Illima l-imqabad tas-sokor fl-islajd.

4.5.

Fejn applikabbli, illima n-naħa ta' ġewwa tax-xifer fuqani ta' quddiem tal-parti tal-ħruġ fl-islajd għal angolu ta' 45 grad.

5.

IL-QAFAS (PISTOLI)

5.1.

Neħħi r-rampa tal-alimentazzjoni (feed ramp).

5.2.

Illima mill-inqas 2/3 taż-żrieżaq tal-islajd fuq iż-żewġ naħat tal-qafas.

5.3.

Iwweldja s-sokra tal-islajd.

5.4.

Żomm milli jiġu żarmati pistoli tal-polimeru billi tiwweldja. Skont il-liġijiet nazzjonali, dan il-proċess jista' jsir wara kontroll mill-Awtorità Nazzjonali.

6.

SISTEMA AWTOMATIKA

6.1.

Eqred il-pistun u s-sistema tal-gass billi taqta' jew tiwweldja.

6.2.

Neħħi l-blokka u minflokha itfa' biċċa tal-azzar u wweldjaha; inkella naqqas il-blokka b'minimu ta' 50 %, iwweldjaha u aqtal-imqabad tas-sokor minn ras il-firroll.

6.3.

Iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu u, jekk possibbli, iwweldjah mal-qafas. Jekk l-iwweldjar fil-qafas mhuwiex possibbli: neħħi l-mekkaniżmu tal-isparar u imla l-ispazju vojt kif xieraq (eż. billi twaħħal biċċa tad-daqs bil-kolla jew billi timla b'raża epossidika (epoxy resin)).

6.4.

Żomm milli tiżżarma s-sistema tal-għeluq tal-manku mal-qafas billi tiwweldja jew tieħu miżuri xierqa li jirrendu t-tneħħija impossibbli. Iwweldja sew il-mekkaniżmu tal-alimentazzjoni għal armi alimentati b'ċintorin tal-munizzjon.

7.

Il-MEKKANIŻMU

7.1.

Illima kon ta' 60 grad minimu (l-angolu tal-quċċata), sabiex tasal għal dijametru tal-bażi daqs 1 cm mill-inqas jew id-dijametru ta' wiċċ il-blokka.

7.2.

Neħħi l-pinn, kabbar it-toqba tal-pinn għal dijametru minimu ta' 5 mm u wweldja t-toqba tal-pinn.

8.

IL-MAGAZZIN (fejn applikabbli)

8.1.

Iwweldja l-magazzin b'boċoċ fuq il-qafas jew il-manku, skont it-tip tal-arma biex iżżomm milli jitneħħa l-magazzin.

8.2.

Jekk il-magazzin ikun nieqes, itfa' boċoċ tal-welding fil-post fejn ikun il-magazzin jew waħħal sokra li żżomm permanentament milli jiddaħħal magazzin.

8.3.

Għaddi splengun tal-azzar imwebbes mill-magazzin, iċ-chamber u l-qafas. Iwweldja.

9.

IKKARGAR MILL-KANNA (MUZZLE LOADING)

9.1.

Neħħi jew iwweldja n-nippla/i, iwweldja t-toqba (toqob).

10.

SILENZJATUR

10.1.

Żomm milli jitneħħa l-moderatur tal-ħoss mill-kanna billi tuża splengun tal-azzar imwebbes jew iwweldja jekk il-moderatur tal-ħoss huwa parti mill-arma.

10.2.

Neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn jeħlu mal-moderatur ħalli jibqa' biss tubu. Ħaffer toqob kull 5 ċm fuq in-naħa ta' barra tat-tubu li jifdal.

Ebusija tal-inserzjonijiet

Ebusija tal-isplengun/virga/tapp = 58-0; + 6 HRC

Stainless steel għall-iwweldjar TIG, tip ER 316 L


TABELLA III: Operazzjonijiet speċifiċi għal kull komponent essenzjali ta' kull tip ta' arma tan-nar

TIP

1

2

3

4

5

6

7

8

PROĊESS

Pistoli (ħlief awtomatiċi)

Rivolvers

Armi tan-nar twal b'tir wieħed (mhux bi break action)

Armi tan-nar bi break action (smoothbore, rifled, combination)

Armi tan-nar twal b'ripetizzjoni (smoothbore, rifled)

Armi tan-nar twal semi-awtomatiċi (smoothbore, rifled)

Armi tan-nar awtomatiċi: azzarini tal-assalt, (sub) machine-guns

Armi tan-nar bl-ikkargar mill-kanna (muzzle loading)

1.1

 

 

X

 

X

X

X

 

1.2 u 1.3

X

X

X

X

X

X

X

X

1.4

X

 

 

 

 

X

X

 

1.5

 

X

 

 

 

 

 

 

2.1

 

 

X

 

X

X

X

 

2.2

 

 

X

 

X

X

X

 

2.3

 

 

X

 

X

X

X

 

3.1

 

X

 

 

 

 

 

 

3.2

 

X

 

 

 

 

 

 

4.1

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

4.2

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

4.3

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

4.4

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

4.5

X

 

 

 

 

X

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

5.1

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

5.2

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

5.3

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

5.4

X (qafas tal-polimeru)

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

6.1

 

 

 

 

 

X

X

 

6.2

 

 

 

 

 

X

X

 

6.3

 

 

 

 

 

 

X

 

6.4

 

 

 

 

 

 

X

 

7.1

 

 

 

X

 

 

 

 

7.2

 

X

 

X

 

 

 

 

8.1 u 8.2

X

 

 

 

X

X

X

 

8.3

 

 

 

 

X (tubu tal-magazzin)

X (tubu tal-magazzin)

 

 

9.1

 

X

 

 

 

 

 

X

10.1

X

 

X

 

X

X

X

 

10.2

X

 

X

X

X

X

X

 


(1)  Il-kanna titwaħħal mal-qafas billi tiġi invitata jew ikklampjata jew bi proċess ieħor.

(2)  L-iwweldjar huwa proċess ta' fabrikazzjoni jewproċess skulturali li jgħaqqad il-materjali, normalmentmetalli jew termoplastiks, billi jikkawżal-fużjoni.


ANNESS II

Mudell għall-immarkar tal-armi tan-nar diżattivati

Image

1)

Marka tad-diżattivazzjoni

2)

Pajjiż tad-diżattivazzjoni — kodiċi internazzjonali uffiċjali

3)

Simbolu tal-entità li ċċertifikat id-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar

4)

Sena tad-diżattivazzjoni

Il-marka sħiħa titwaħħal biss fuq il-qafas tal-arma tan-nar, filwaqt li l-marka tad-diżattivazzjoni (1) u l-pajjiż tad-diżattivazzjoni (2) jitwaħħlu fuq il-komponenti essenzjali l-oħra kollha.


ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

Top