This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2342
Commission Regulation (EU) 2015/2342 of 15 December 2015 amending Directive 2004/18/EC of the European Parliament and of the Council in respect of the application thresholds for the procedures for the award of contracts (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2342 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti minimi ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2342 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti minimi ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 330, 16.12.2015, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 18/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32014L0025
16.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2342
tal-15 ta' Diċembru 2015
li jemenda d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti minimi ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 78 tagħha,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 94/800/KE (2) il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3). Il-Ftehim għandu jkun applikat għal kwalunkwe kuntratt ta' akkwisti b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-limiti”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2004/18/KE huwa li l-entitajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu jikkonformaw fl-istess waqt mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-limiti stabbiliti f'dik id-Direttiva għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, imqarrba għall-eqreb elf, tal-limiti stipulati fil-Ftehim. |
(3) |
Għal raġunijiet ta' koerenza, huwa xieraq li dawn il-limiti jkunu allinjati wkoll fid-Direttiva 2004/18/KE, li mhijiex koperta mill-Ftehim. |
(4) |
Id-Direttiva 2004/18/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2004/18/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 56, l-ammont “EUR 5 186 000” jinbidel b'“EUR 5 225 000”. |
(4) |
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(1), l-ammont “EUR 5 186 000” jinbidel b'“EUR 5 225 000”. |
(5) |
L-Artikolu 67(1) huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
(3) Il-Ftehim huwa ftehim multilaterali fi ħdan il-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. L-għan tal-Ftehim hu li jinfetħu swieq tal-akkwist pubbliku mill-gvern fost il-partijiet kontraenti tiegħu.