This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2285
Commission Regulation (EU) 2015/2285 of 8 December 2015 amending Annex II to Regulation (EC) No 854/2004 of the European Parliament and of the Council laying down specific rules for the organisation of official controls on products of animal origin intended for human consumption as regards certain requirements for live bivalve molluscs, echinoderms, tunicates and marine gastropods and Annex I to Regulation (EC) No 2073/2005 on microbiological criteria for foodstuffs (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2285 tat-8 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, fir-rigward ta' ċerti rekwiżiti għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-baħar ħajjin u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2285 tat-8 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, fir-rigward ta' ċerti rekwiżiti għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-baħar ħajjin u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 323, 9.12.2015, pp. 2–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2285
tat-8 ta' Diċembru 2015
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, fir-rigward ta' ċerti rekwiżiti għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-baħar ħajjin u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt 13 tal-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman. Jistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' molluski bivalvi ħajjin, ta' ekinodermi ħajjin, ta' tunikati ħajjin u ta' gastropodi tal-baħar ħajjin isirulhom kontrolli uffiċjali kif deskritt fl-Anness II tiegħu. |
|
(2) |
Il-paragrafu 2 tal-Kapitolu II tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula li l-awtorità kompetenti għandha tikklassifika ż-żoni tal-produzzjoni li minnhom tawtorizza l-ġbir ta' molluski bivalvi ħajjin bħala waħda minn tliet kategoriji skont il-livell ta kontaminazzjoni fekali. |
|
(3) |
Sabiex iż-żoni tal-produzzjoni jiġu kklassifikati, l-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi perjodu ta' eżami għad-dejta tal-kampjuni minn kull żona ta' produzzjoni u ta' riinstallazzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mal-istandards speċifikati f'dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Il-paragrafu 3 tal-Kapitolu II tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jiddikjara li l-awtorità kompetenti tista' tikklassifika ż-żoni bħala tal-Klassi A dawk iż-żoni li minnhom jistgħu jinġabru l-molluski bivalvi ħajjin għall-konsum dirett mill-bniedem. Il-molluski bivalvi ħajjin meħuda minn dawn iż-żoni għandhom jissodisfaw l-istandards tas-saħħa stipulati fil-Kapitolu V tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (4) jistipula l-kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikroorganiżmi u r-regoli ta' implimentazzjoni li jridu jikkonformaw magħhom l-operaturi fis-settur tal-ikel fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi ta' iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. B'mod partikolari, jistabbilixxi kriterju għas-sikurezza fl-ikel għall-Escherichia coli fil-molluski bivalvi ħajjin kif ukoll fl-ekinodermi, fit-tunikati u fil-gastropodi ħajjin. |
|
(6) |
Il-kriterju tal-Codex Alimentarius għall-E. coli għal prodotti mqiegħda fis-suq huwa differenti minn dak li hemm fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-kriterju tal-Codex Alimentarius huwa pjan bi tliet klassijiet (n = 5, c = 1, m = 230 u M = 700 E. coli MPN/100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari), filwaqt li l-kriterju tal-Unjoni Ewropea huwa pjan b'żewġ klassijiet (n = 1, c = 0, M = 230 E. coli MPN/100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari). Din id-diverġenza għandha implikazzjonijiet għall-kummerċ internazzjonali. Il-kriterju tal-Codex Alimentarius, ibbażat fuq standards internazzjonali, għandu jiġi rifless ukoll fir-regoli dwar il-klassifikazzjoni taż-żoni tal-produzzjoni tal-klassi A stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) No 854/2004. |
|
(7) |
Il-metodu tal-pjan bi tliet klassijiet tal-Codex Alimentarius aktarx ikun iktar effettiv fid-detezzjoni tal-lottijiet mhux konformi, partikolarment jekk il-livelli ta' kontaminazzjoni jkunu viċin il-limitu regolatorju. Il-metodu tal-Codex Alimentarius għall-ittestjar tal-prodott finali jitqies xjentifikament aktar preċiż u, bħala medja, joffri bejn wieħed u ieħor l-istess protezzjoni tas-saħħa. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 għandhom jiġu allinjati mal-Codex Alimentarius fir-rigward ta' dan il-kriterju u, għalhekk, għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Kapitolu II tal-Anness II qabel il-Parti A:
|
|
(2) |
il-paragrafu 2 tal-Parti A tal-Kapitolu II jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
il-paragrafu 3 tal-Parti A tal-Kapitolu II jinbidel b'dan li ġej:
Fi 80 % tal-kampjuni tal-molluski bivalvi ħajjin miġbura minn dawn iż-żoni fil-perjodu tar-reviżjoni m'għandux ikun hemm iktar minn 230 E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari. L-20 % tal-kampjuni li jifdal ma għandux ikun fihom aktar minn 700 E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari. Hija u tivvaluta r-riżultati għall-perjodu definit tar-reviżjoni għaż-żamma ta' żona tal-klassi A, l-awtorità kompetenti, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju li tagħmel permezz ta' investigazzjoni, tista' tiddeċiedi li ma tqisx riżultat anomalu li jisboq il-livell ta' 700 E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.”. |
Artikolu 2
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, il-Kapitolu 1 huwa emendat kif ġej.
|
(1) |
fit-tabella tal-Kriterji tas-sikurezza tal-ikel, ir-ringiela 1.25 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
in-nota f'qiegħ il-paġna numru 16 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
|
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).