This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2170
Commission Delegated Regulation (EU) 2015/2170 of 24 November 2015 amending Directive 2014/24/EU of the European Parliament and of the Council in respect of the application thresholds for the procedures for the award of contracts (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2170 tal-24 ta' Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2170 tal-24 ta' Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 307, 25.11.2015, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/5 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2170
tal-24 ta' Novembru 2015
li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 94/800/KE (2) il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3). Il-Ftehim għandu jkun applikat għal b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-limiti”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/24/UE huwa li l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jitħallew jikkonformaw fl-istess waqt mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-limiti stabbiliti għall-kuntratti pubbliċi f'dik id-Direttiva, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, aġġustat 'l isfel għall-eqreb elf, tal-limiti stipulati fil-Ftehim. |
(3) |
Għal raġunijiet ta' koerenza, huwa xieraq li jiġu allinjati wkoll il-limiti fid-Direttiva 2014/24/UE, li mhumiex koperti mill-Ftehim. Għaldaqstant id-Direttiva 2014/24/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Minħabba li l-kalkolu tal-limiti riveduti jeħtieġ isir abbażi ta' valur medju tal-euro għal ċertu perjodu li jkun jiġi fi tmiemu fil-31 ta' Awwissu, u minħabba li l-limiti riveduti jridu jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu ta' Novembru, meta jiġi adottat dan ir-Regolament għandha tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2014/24/UE tiġi emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 hu emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoin f'isem il-Komunitа Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
(3) Il-Ftehim huwa ftehim multilaterali fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Dan il-Ftehim għandu l-għan li s-swieq tal-akkwist pubbliku jinfetħu b'mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu.