Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2080

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2080 tat-18 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fir-rigward tal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw fl-Ukrajna u t-tneħħija ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw fil-Moldova

    ĠU L 302, 19.11.2015, p. 77–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2080/oj

    19.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 302/77


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2080

    tat-18 ta' Novembru 2015

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fir-rigward tal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw fl-Ukrajna u t-tneħħija ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw fil-Moldova

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 187 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Ukrajna, fuq in-naħa l-oħra. It-Titolu IV ta' dan il-Ftehim u l-Anness I-A tal-Kapitolu I tiegħu, fihom previst l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta' oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna u għal kwoti tar-rati tariffarj li tlieta minnhom huma b'rabta mal-prodotti tal-ħalib. Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-kwoti tar-rati tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib għall-Ukrajna ġew inklużi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2014 (4) u (UE) Nru 1165/2014 (5) fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (6) sal-31 ta' Diċembru 2015. Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jibda japplika b'mod proviżorju mill-1 ta' Jannar 2016.

    (2)

    Għaldaqstant jixraq li titlesta l-Parti L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 bil-kwoti tar-rati tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib għall-Ukrajna għall-perjodi ta' kwota mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem.

    (3)

    Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE (7), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova min-naħa l-oħra. L-Artikolu 147 ta' dak il-Ftehim fih previst l-eliminazzjoni ta' dazji doganali dwar importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 (8) li jintroduċi preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li fih previst kwota tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib imsemmija fl-Artikolu 5(j) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 japplika sal-31 ta' Diċembru 2015. Għaldaqstant jixraq li d-dispożizzjonijiet b'rabta mal-kwota tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib għall-Moldova jitħassru mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

    (4)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 5, jitħassar il-punt (j);

    (2)

    Fl-Artikolu 19(1), jitħassar il-punt (i);

    (3)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Titħassar Taqsima J;

    (b)

    Taqsima L tinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Japplika għall-perjodu ta' kwota mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukrajna (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2014 tat-23 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-Ukrajna u li jidderoga minnu (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 49).

    (5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1165/2014 tal-31 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 rigward l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-Ukrajna (ĠU L 314, 31.10.2014, p. 7).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).

    (7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1).

    (8)  ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1.


    ANNESS

    “I.   L

    KWOTI TARIFFARJI MSEMMIJA FL-APPENDIĊI TAL-ANNESS I-A TAL-KAPITOLU I TAL-FTEHIM TA' ASSOĊJAZZJONI MAL-UKRAJNA

    Numru tal-Kwota

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni (1)

    Pajjiż tal-oriġini

    Perjodu ta' importazzjoni

    Kwantità tal-kwota

    (f'tunnellati f'piż tal-prodott)

    Kwantità tal-kwota

    Kull sitt xhur

    (f'tunnellati f'piż tal-prodott)

    Dazju tal-importazzjoni (f'EUR/100 kg piż nett)

    09. 4600

    0401

    0402 91

    0402 99

    0403 10 11

    0403 10 13

    0403 10 19

    0403 10 31

    0403 10 33

    0403 10 39

    0403 90 51

    0403 90 53

    0403 90 59

    0403 90 61

    0403 90 63

    0403 90 69

    Ħalib u krema, mhux fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn; jogurt, mhux mogħti togħma jew li fih frott, ġewż jew kawkaw miżjud; prodotti tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati, mhux mogħtija togħma jew li fihom frott, ġewż jew kawkaw miżjud u mhux fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn

    L-UKRAJNA

    Sena 2016

    Sena 2017

    Sena 2018

    Sena 2019

    Sena 2020

    Sena 2021 u sussegwenti

    8 000

    8 400

    8 800

    9 200

    9 600

    10 000

    4 000

    4 200

    4 400

    4 600

    4 800

    5 000

    0

    09. 4601

    0402 10

    0402 21

    0402 29

    0403 90 11

    0403 90 13

    0403 90 19

    0403 90 31

    0403 90 33

    0403 90 39

    0404 90 21

    0404 90 23

    0404 90 29

    0404 90 81

    0404 90 83

    0404 90 89

    Ħalib u krema, fi trab, ħbub jew forom solidi oħra: prodotti tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati, fi trab, ħbub few forom solidi oħrajn, mhux mogħtija togħma partikulari u lanqas bil-frott, lewż jew kawkaw miżjud; prodotti magħmulin minn kostitwenti naturali tal-ħalib, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra

    L-UKRAJNA

    Sena 2016

    Sena 2017

    Sena 2018

    Sena 2019

    Sena 2020

    Sena 2021 u sussegwenti

    1 500

    2 200

    2 900

    3 600

    4 300

    5 000

    750

    1 100

    1 450

    1 800

    2 150

    2 500

    0

    09. 4602

    0405 10

    0405 20 90

    0405 90

    Butir u xaħmijiet u żjut oħra miġjuba mill-ħalib; dlik (pejst) tal-butir b'kontenut tax-xaħam, bħala piż, li jaqbeż il-75 % iżda anqas minn 80 %

    L-UKRAJNA

    Sena 2016

    Sena 2017

    Sena 2018

    Sena 2019

    Sena 2020

    Sena 2021 u sussegwenti

    1 500

    1 800

    2 100

    2 400

    2 700

    3 000

    750

    900

    1 050

    1 200

    1 350

    1 500

    0


    (1)  Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, hija determinata mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM.”


    Top